+ANNESS XXVII STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs
|
ANNESS XXVII STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs
ANNESS XXVII
STRUZZJONIJIET TA’ RAPPORTAR GĦALL-FINI TA’ IDENTIFIKAZZJONI TAL-G-SIIs U L-ASSENJAR TAR-RATI TAL-BUFFER GĦALL-G-SIIs
|
Werrej
|
|
|
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
1.
|
STRUTTURA U KONVENZJONIJIET
|
|
1.1.
|
STRUTTURA
|
|
1.2.
|
KONVENZJONI TAN-NUMERAZZJONI
|
|
1.3.
|
KONVENZJONI DWAR IS-SIMBOLI
|
|
|
PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI
|
|
1.
|
RIMARKI ĠENERALI
|
|
2.
|
STRUZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW POŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
|
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI
1. Struttura u konvenzjonijiet
1.1. Struttura
1. Dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom l-għan li jappoġġaw l-identifikazzjoni ta’istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika globali (G-SIIs) u li jassenjaw ir-rati korrispondenti tal-buffer għall-G-SIIs jikkonsistu f’formola waħda li tiġbor informazzjoni dwar indikaturi ta’ importanza sistemika globali u entrati partikolari meħtieġa għall-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-Unjoni għall-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-assenjar tar-rati korrispondenti tal-buffer għall-G-SIIs.
1.2. Konvenzjoni tan-numerazzjoni
2. Id-dokument isegwi l-konvenzjoni tat-tikkettar stabbilita fil-punti minn 3 sa 5, meta ssir referenza għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-formoli. Dawk il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b’mod estensiv fir-regoli ta’ validazzjoni.
3. Fl-istruzzjonijiet tintuża n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Formola; Ringiela; Kolonna}.
4. Fejn isiru referenzi f’formola, u għaldaqstant jintużaw biss punti ta’ data ta’ dik il-formola, in-notazzjoni ma tinkludix formola: {Ringiela; Kolonna}. Fil-każ ta’ formoli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss {Formola; Ringiela}.
5. Sinjal ta’ asterisk jintuża biex jesprimi li r-referenza taqbad ir-ringieli jew il-kolonni speċifikati qabel.
1.3. Konvenzjoni dwar is-simboli
6. Kwalunkwe ammont li jżid il-valur tal-indikatur, tal-assi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-iskoperturi għandu jiġi rapportat bħala ċifra pożittiva. Kwalunkwe ammont li jnaqqas il-valur tal-indikatur, tal-assi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-iskoperturi għandu jiġi rapportat bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm simbolu negattiv (-) qabel id-deżinjazzjoni ta’ entrata, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dik l-entrata.
PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLI
1. Rimarki ġenerali
8. Il-formola hija maqsuma f’żewġ taqsimiet. It-taqsima ta’ fuq dwar l-indikaturi tal-G-SIIs tinkludi l-indikaturi għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ importanza sistemika globali kif definit fil-metodoloġija żviluppata mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. It-taqsima ta’ isfel fiha għadd ta’ entrati meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti f’konformità mal-metodoloġija definita abbażi tal-Artikolu 131(18) tad-Direttiva 2013/36/UE (
21
).
9. Fejn rilevanti, l-informazzjoni pprovduta f’din il-formola għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet rilevanti għall-finijiet tal-ġbir tal-valuri tal-indikatur mill-awtoritajiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 (
22
).
2. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi
|
Ringiela
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
0010 - 0130
|
Indikaturi tal-G-SIIs
Id-definizzjoni tal-indikaturi għandha tkun l-istess bħad-definizzjoni applikata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-informazzjoni elenkata fl-Anness tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014.
F’każ ta’ bidliet fid-definizzjonijiet f’dik il-metodoloġija, dawk id-definizzjonijiet emendati fil-metodoloġija applikabbli għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi fi tmiem is-sena finanzjarja (“metodoloġija ta’ tmiem is-sena”) għandhom jintużaw għall-finijiet tar-rapportar tal-informazzjoni fi tmiem l-ewwel, it-tieni u t-tielet trimestru ta’ dik l-istess sena finanzjarja. Meta l-formola tal-Anness XXVI ikun soġġett għal emendi matul is-sena finanzjarja inkwistjoni, il-metodoloġija ta’ tmiem is-sena għandha tiġi applikata mill-ewwel dati ta’ referenza applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju.
L-indikaturi li huma kejl ta’ flussi għandhom jiġu rapportati fuq bażi kumulattiva mill-bidu tas-sena kalendarja jew finanzjarja, kif applikabbli.
|
|
0010
|
Skoperturi totali, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0020
|
Assi tas-sistema intrafinanzjarja, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0030
|
Obbligazzjonijiet tas-sistema intrafinanzjarja, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0040
|
Titoli pendenti, inklużi titoli maħruġa minn sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0050
|
Attività ta’ pagamenti
|
|
0060
|
Assi taħt kustodja
|
|
0070
|
Attività ta’ sottoskrizzjoni
|
|
0081
|
Volum tan-negozjar — introjtu fiss
|
|
0085
|
Volum tan-negozjar — ekwitajiet u titoli oħrajn
|
|
0090
|
Ammont nozzjonali ta’ derivattivi OTC, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0100
|
Negozjar u titoli AFS
|
|
0110
|
Assi tal-Livell 3, inklużi sussidjarji tal-assigurazzjoni
|
|
0120
|
Pretensjonijiet transġuriżdizzjonali
|
|
0130
|
Obbligazzjonijiet transġuriżdizzjonali
|
|
0140 – 0160
|
Entrati li jqisu l-Unjoni Bankarja Ewropea bħala ġuriżdizzjoni unika
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-entrati speċifikati hawn taħt u fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet fl-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt, id-definizzjonijiet u l-kunċetti applikati għandhom jiġu allinjati, sa fejn ikun possibbli, mad-definizzjonijiet u mal-kunċetti definiti fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.
B’deroga minn dan, l-attivitajiet tal-entitajiet tar-rapportar fl-Istati Membri parteċipanti kollha kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandhom jiġu esklużi, jiġifieri l-Istati Membri Parteċipanti għandhom jitqiesu bħala ġuriżdizzjoni unika.
|
|
0140
|
Pretensjonijiet barranin totali fuq bażi tar-riskju aħħari
Il-pretensjonijiet barranin totali għandhom ikunu t-total tal-pretensjonijiet transfruntiera u tal-pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita lokali jew barranija. Il-pretensjonijiet minn pożizzjonijiet f’kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu esklużi. “Pretensjonijiet”, “pretensjonijiet transfruntiera”, “pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita barranija u lokali” għandu jkollhom l-istess tifsira kif definit fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.
“Fuq bażi ta’ riskju aħħari” għandha tfisser li, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk pretensjoni tkunx transfruntiera jew lokali, il-pożizzjoni tiġi allokata lil parti terza li tkun ikkuntrattat biex tassumi d-djun jew l-obbligi tal-kontroparti primarja jekk dik il-parti tonqos milli teżegwixxi, meta tali parti terza tkun teżisti. Din l-allokazzjoni għandha ssir f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti tar-riskju pprovduti fil-Linji Gwida għar-rapportar tal-istatistika bankarja internazzjonali tal-BIS.
|
|
0150
|
Pretensjonijiet barranin fuq derivattivi fuq bażi tar-riskju aħħari
Il-valur ġust pożittiv tal-pretensjonijiet kollha fuq derivattivi li huma pretensjonijiet transfruntiera, jew pretensjonijiet lokali ta’ affiljati barranin f’munita lokali jew barranija.
Derivattivi jinkludu forwards, swaps, u opzjonijiet relatati mal-kambju, rata tal-imgħax, ekwità, komodità, u strumenti ta’ kreditu. Dan jinkludi derivattivi ta’ kreditu mixtrija li jiħħeġġjaw jew ipaċu l-protezzjoni tal-kreditu mibjugħa jew miżmuma għal skopijiet ta’ negozjar.
Fil-każ ta’ tali derivattivi ta’ kreditu mixtrija, il-valur tagħhom ma għandux ikun limitat għall-valur tal-pretensjoni immedjata li tkun inxtrat biex tiggarantixxi.
Il-valuri ġusti pożittivi tal-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu paċuti b’valuri ġusti negattivi biss jekk il-pożizzjonijiet ikunu ġew eżegwiti mal-istess kontroparti skont ftehim tan-netting legalment infurzabbli. F’din l-entrata għandhom jiġu inklużi biss settijiet tan-netting b’valur pożittiv.
Il-pretensjonijiet tad-derivattivi għandhom jiġu rapportati gross b’kwalunkwe kollateral fi flus.
Għall-finijiet tar-rapportar ta’ informazzjoni fuq bażi tar-riskju aħħari, għandu japplika dan li ġej:
(a) Meta r-riskju aħħari jkun tal-kontroparti, derivattiv jitqies barrani jekk il-kontroparti ma tkunx fil-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-entitajiet relaturi.
(b) Meta r-riskju finali jkun tal-garanti, derivattiv jitqies barrani jekk il-garanti ma jkunx fil-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-entitajiet relaturi.
|
|
0160
|
Obbligazzjonijiet barranin fuq bażi ta’ riskju immedjat, inklużi derivattivi
Obbligazzjonijiet barranin, inklużi derivattivi, għandhom ikunu t-total tal-obbligazzjonijiet barranin u tal-obbligazzjonijiet barranin li jirriżultaw minn derivattivi. Obbligazzjonijiet ta’ titoli li huma assi finanzjarji negozjabbli maħruġa mill-istituzzjoni tar-rapportar għandhom jiġu esklużi minn din l-entrata.
Id-definizzjoni ta’ derivattivi għandha tkun l-istess bħal dik applikata għar-ringiela 0150.
Il-valuri ġusti negattivi tal-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu paċuti b’valuri ġusti pożittivi biss jekk il-pożizzjonijiet ikunu ġew eżegwiti mal-istess kontroparti skont ftehim tan-netting legalment infurzabbli. Obbligazzjonijiet minn derivattivi għandhom jiġu rapportati gross bi kwalunkwe kollateral (flus u mhux flus).
“Fuq bażi ta’ riskju immedjat” għandha tfisser li, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk pretensjoni tkunx transfruntiera jew lokali, il-pożizzjoni tiġi allokata lill-kontroparti diretta tal-kuntratt.
|
(1)
Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_EL -
EULAW_EL
|