|
+Artikolu 7 ---+Article 7 (a) ---+Article 7 (b) ---+Article 7 (c) ---+Article 7 (d) ---+Article 7 (e) ---+Article 7 (f) ---+Article 7 (g) ---+Article 7 (h) ---+Article 7 (i) ---+Article 7 (j) |
Artikolu 7Artikolu 7 Il-kuntratt għall-formazzjoni ta’ grupp għandu jiġi depożitat fl-uffiċċju tar-reġistrazzjoni riferit f’Artikolu 6. Id-dokumenti u l-partikolaritajiet li ġejjin għandhom ukoll ikunu depożitati f’dan l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni: (a) kull emenda għall-kuntratt tal-istabbiliment ta’ grupp, inkluża kull bidla fil-kompożizzjoni ta’ grupp; (b) avviż dwar it-twaqqif jew il-għeluq ta’ kull stabbiliment tal-grupp; (ċ) kull deċiżjoni ġuridika li twaqqaf jew tiddikjara n-nulluta ta’ grupp, bi qbil ma’ Artikolu 15; (d) avviż dwar il-ħatra tal-manager jew il-managers ta’ grupp, isimhom u kull partikolarità oħra ta’ identifikazzjoni meħtieġa bil-liġi ta’ l-Istat Membru fejn jinżamm ir-reġistru, notifika illi jistgħu jaġixxu waħedhom jew li għandhom jaġixxu flimkien, u t-temma tal-ħatra ta’ kull manager; (e) avviż dwar ix-xogħol/post ta’ membru fil-parteċipazzjoni tiegħu fi grupp jew promozzjoni fih, bi qbil ma’ Artikolu 22(1); (f) kull deċiżjoni mill-membri li tordna jew tistabbixxi l-istralċ ta’ grupp, bi qbil ma’ Artikolu 31, jew kull deċiżjoni ġuridika li tordna dan l-istralċ, bi qbil ma’ Artikoli 31 jew 32; (ġ) avviż dwar il-ħatra tal-likwidatur jew tal-likwidaturi ta’ grupp, kif riferit f’Artikolu 35, b’isimhom u kull partikolarita oħra ta’ identifikazzjoni meħtieġa bil-liġi ta’ l-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru, u t-temma tal-ħatra ta’ kull likwidatur; (ħ) avviż dwar il-konklużjoni tal-likwidazzjon tal-grupp, kif riferit f’Artikolu 35(2); (i) kull proposta għat-trasferiment ta’ l-indirizz uffiċjali, kif riferit f’Artikolu 14(1); (j) kull klawsola li teżenta membru ġdid mill-ħlas tad-djun u responsabbilitajiet l-oħra illi oriġinaw qabel id-dħul tiegħu, bi qbil ma’ Artikolu 26(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|