+Artikolu 4 Il-livelli limiti ta’ rapportar — kriterji ta’ dħul u ta’ ħruġ
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Il-livelli limiti ta’ rapportar — kriterji ta’ dħul u ta’ ħruġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (145), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jibdew jirrapportaw l-informazzjoni bħala istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar wara li jkunu ġew issodisfati dawk il-kundizzjonijiet. Fejn istituzzjonijiet ma jibqgħux jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, għandhom jieqfu jirrapportaw l-informazzjoni fl-ewwel data ta’ referenza ta’ rapportar minn hemm ’il quddiem.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (146), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jibdew jirrapportaw l-informazzjoni bħala istituzzjonijiet kbar, fl-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar wara li jkunu ġew issodisfati. Meta l-istituzzjonijiet ma jibqgħux jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet, għandhom jieqfu jirrapportaw l-informazzjoni fl-ewwel data ta’ referenza ta’ rapportar li jmiss.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni soġġetta għal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fid-data ta’ referenza ta’ rapportar li jmiss wara li dawk il-limiti jinqabżu f’żewġ dati ta’ referenza ta’ rapportar konsekuttivi. L-istituzzjonijiet jistgħu jieqfu jirrapportaw informazzjoni soġġetta għal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fid-data ta’ referenza ta’ rapportar li jmiss meta jkunu waqgħu taħt il-livelli limitu rilevanti fi tliet dati ta’ referenza ta’ rapportar konsekuttivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_ES -
EULAW_ES
|