Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi formati u formoli ta’ rapportar uniformi, struzzjonijiet u metodoloġija dwar kif jridu jintużaw dawk il-formoli, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rapportar tal-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 415, il-paragrafi 3 u 3a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-Artikolu 430, il-paragrafi 1 sa 4 u l-paragrafi 7 u 9 ta’ dak ir-Regolament.