+Artikolu 3 Rapportar tad-dati tar-rimessa
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
|
Artikolu 3 Rapportar tad-dati tar-rimessa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti sal-għeluq tan-negozju fid-dati ta’ rimessa li ġejjin:
(a)
rapportar ta’ kull xahar: il-15-il jum kalendarju wara d-data ta’ referenza ta’ rapportar;
(b)
rapporti kull tliet xhur: it-12 ta’ Mejju, il-11 ta’ Awwissu, il-11 ta’ Novembru u l-11 ta’ Frar;
(c)
rapportar ta’ kull sitt xhur: il-11 ta’ Awwissu u l-11 ta’ Frar;
(d)
rapportar annwali: il-11 ta’ Frar.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Jekk il-jum tar-rimessa jkun festa pubblika fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li lilha jkollu jiġi pprovdut ir-rapport, jew is-Sibt jew il-Ħadd, id-data għandha tiġi sottomessa fil-jum tax-xogħol segwenti.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Meta l-istituzzjonijiet jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja tagħhom jew l-informazzjoni għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjazzjoni tar-rati tal-buffers tal-G-SII bl-użu ta’ dati ta’ referenza tar-rapportar aġġustati bbażati fuq tmiem is-sena kontabilistika tagħhom kif stabbilit fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2, id-dati ta’ rimessa jistgħu jiġu aġġustati wkoll kif xieraq sabiex jinżamm l-istess perjodu ta’ rimessa mid-data ta’ referenza tar-rapportaraġġustata.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jissottomettu ċifri mhux awditjati. Meta ċ-ċifri awditjati jiddevjaw miċ-ċifri sottomessi mhux awditjati, iċ-ċifri awditjati, riveduti, jiġu sottomessi mingħajr dewmien bla bżonn. Ċifri mhux awditjati huma ċifri li ma rċevewx opinjoni ta’ awditur estern filwaqt li ċifri awditjati huma ċifri awditjati minn awditur estern li jesprimi opinjoni tal-awditjar.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Korrezzjonijiet oħrajn għar-rapporti sottomessi jiġu wkoll sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien żejjed.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_ET -
EULAW_ET
|