+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 4.

L-informazzjoni dwar telf materjali fir-rigward tar-riskju operazzjonali tiġi rrapportata kif ġej:

(a) 

l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;

(b) 

istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;

(c) 

istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2, l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

l-informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.01, il-kolonna 0080 għar-ringieli li ġejjin:

— 
għadd ta’ eventi (eventi ġodda) (ringiela 0910);
— 
ammont ta’ telf gross (eventi ġodda) (ringiela 0920);
— 
għadd ta’ eventi soġġetti għal aġġustamenti ta’ telf (ringiela 0930);
— 
aġġustamenti ta’ telf relatati ma’ perjodi ta’ rapportar preċedenti (ringiela 0940)
— 
telf uniku massimu (ringiela 0950);
— 
total tal-ikbar ħames telfiet (ringiela 0960):
— 
irkupru dirett ta’ telf totali (ħlief assigurazzjoni u mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskju) (ringiela 0970)
— 
total tal-irkupri mill-assigurazzjoni u minn mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskji (ringiela 0980);
(ii) 

informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.02.

(d) 

l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) jistgħu jirrapportaw is-sett sħiħ ta’ informazzjoni speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;

(e) 

istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;

(f) 

istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2.

Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_ET -

    EULAW_ET