|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, id-ditti tal-investiment ta’ gruppi li jikkonsistu biss f’ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikolu 95 u investimenti soġġetti għall-Artikolu 96 jew ta’ gruppi li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment li jagħmlu użu mill-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 b’referenza għall-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5, fil-paragrafi (1) sa (5) u fil-paragrafi (8) sa (13) tal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza stabbilita f’dawk l-Artikoli;
(b)
l-informazzjoni rigward entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni speċifikata fl-Anness I, il-formola 6, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 2, bi frekwenza semiannwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|