+Artikolu 21 1.

Artikolu 21 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti u filwaqt li jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data msemmi fl-Anness XIV u l-formoli ta’ validazzjoni msemmija fl-Anness XV kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma tiġix inkluża f’sottomissjoni ta’ data;

(b) 

il-valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi kif ġej:

(i) 

il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;

(ii) 

il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi bħala unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ ċifri deċimali;

(iii) 

il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Integer” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet;

(c) 

l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu identifikati biss permezz tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tagħhom;

(d) 

l-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni oħrajn għandhom jiġu identifikati mil-LEI tagħhom meta disponibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_FI -

    EULAW_FI