4. Għall-fini ta' verifika ta' jekk persuna fiżika jew ġuridika tikkwalifikax bħala utent jew bħala parti terza għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-utent jew il-parti terza ma għandhiex tirrikjedi li l-utent jipprovdi kwalunkwe informazzjoni lil hinn minn dak neċessarju. Id-detenturi tad-data ma għandhom iżommu l-ebda informazzjoni dwar l-aċċess tal-parti terza għad-data mitluba lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-eżekuzzjoni tajba tat-talba għal aċċess tal-parti terza u għas-sigurtà u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tad-data.