10. Meta ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar il-miżuri neċessarji msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu jew jekk il-parti terza tonqos milli timplimenta l-miżuri miftiehma skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu jew timmina l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, id-detentur tad-data jista' jżomm jew, skont il-każ, jissospendi l-kondiviżjoni tad-data identifikata bħala sigrieti kummerċjali. Id-deċiżjoni tad-detentur tad-data għandha tiġi debitament issostanzjata u pprovduta bil-miktub lill-parti terza mingħajr dewmien żejjed. F'każijiet bħal dawn, id-detentur tad-data għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu l-Artikolu 37 li jkun żamm jew issospenda l-kondiviżjoni tad-data u jidentifika liema miżuri ma ġewx miftiehma jew implimentati jew, fejn rilevanti, liema kunfidenzjalità ta' sigrieti kummerċjali ġiet imminata.