10. Entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-kompetenza tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-entità. Meta l-entità tkun stabbilita f'aktar minn Stat Membru wieħed, hija għandha tiġi kkunsidrata li tkun taħt il-kompetenza tal-Istat Membru li fih ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha, jiġifieri, fejn l-entità jkollha l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn fejn jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali.