+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2328 tas-16 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sottostanti eżotiċi u l-istrumenti li jġorru riskji residwi għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji residwi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Speċifikazzjoni ta’ sottostanti eżotiċi
---+Artikolu 2 Speċifikazzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi
---+Artikolu 3 Speċifikazzjoni ta’ strumenti mingħajr preżunzjoni li jġorru riskji residwi
------+Artikolu 3 (a)
------+Artikolu 3 (b)
------+Artikolu 3 (c)
------+Artikolu 3 (d)
------+Artikolu 3 (e)
---+Artikolu 4 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS Lista ta’ strumenti li jġorru riskji residwi msemmija fl-Artikolu 2
------+1. opzjonijiet fejn il-ħlas jiddependi fuq il-perkors segwit mill-prezz tal-assi sottostanti u mhux …
------+2. opzjonijiet li jibdew f’data definita minn qabel fil-futur u li l-prezz tal-eżerċitar tagħhom …
------+3. opzjonijiet li s-sottostanti tagħhom hija opzjoni oħra;
------+4. opzjonijiet bi ħlas mhux kontinwu;
------+5. opzjonijiet li jippermettu lid-detentur jimmodifika l-prezz tal-eżerċitar jew termini oħra …
------+6. opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f’sett finit ta’ dati predeterminati;
------+7. opzjonijiet li s-sottostanti tagħhom huwa denominat f’munita waħda iżda li l-ħlas tagħhom …
------+8. opzjonijiet b’diversi sottostanti, esklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (c) u (d);
------+9. opzjonijiet soġġetti għal riskju tal-imġiba, biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha …
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2328 tas-16 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sottostanti eżotiċi u l-istrumenti li jġorru riskji residwi għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji residwi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2328

tas-16 ta’ Awwissu 2022

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sottostanti eżotiċi u l-istrumenti li jġorru riskji residwi għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji residwi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325u(5), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjoni ta’ strumenti li jirreferenzjaw sottostanti eżotiku prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija ċara biżżejjed biex tippermetti lill-istituzzjonijiet jidentifikaw x’inhu sottostanti eżotiku għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fl-Artikolu 325u. Għalhekk, mhi meħtieġa l-ebda speċifikazzjoni ulterjuri tat-tifsira ta’ sottostanti eżotiku.

(2)

B’mod partikolari, ir-riskju ta’ lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità realizzata futura jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ sottostanti eżotiku, f’konformità mal-indikazzjoni pprovduta fil-qafas internazzjonali rilevanti definit mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS).

(3)

Id-definizzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mhijiex ċara biżżejjed biex tippermetti lill-istituzzjonijiet jidentifikaw ċerti strumenti li jġorru riskji residwi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi speċifikata lista ta’ strumenti li jġorru riskji residwi, għalkemm mhux eżawrjenti, biex jiġi żgurat ċertu livell ta’ armonizzazzjoni u konsistenza fit-trattament ta’ strumenti li jġorru dawk ir-riskji madwar l-Unjoni. L-elementi ta’ tali lista jenħtieġ li jintgħażlu b’kunsiderazzjoni tal-qafas internazzjonali rilevanti tal-BCBS. Għal strumenti oħra bi preżunzjoni li jġorru riskji residwi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk dawk l-istrumenti jissodisfawx id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 325u(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Minħabba n-natura mhux standard ta’ ħafna mill-istrumenti li jġorru riskju residwu, jenħtieġ li tiġi speċifikata wkoll lista mhux eżawrjenti ta’ riskji li fihom infushom ma għandhomx jiskattaw l-inklużjoni ta’ strument skont id-definizzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi sabiex jipprovdu ċertezza legali u trasparenza akbar. Madankollu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk strument espost għal dawk ir-riskji jistax jibqa’ jitqies bħala strument espost għal riskju residwu jekk l-istrument jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(6)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Speċifikazzjoni ta’ sottostanti eżotiċi

Artikolu 1

Speċifikazzjoni ta’ sottostanti eżotiċi

Ir-riskju ta’ lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità realizzata futura għandhom jitqiesu bħala sottostanti eżotiċi għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2 Speċifikazzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi

Artikolu 2

Speċifikazzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi

L-istrumenti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala strumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jikkostitwixxu strumenti li jġorru riskji residwi.

Artikolu 3 Speċifikazzjoni ta’ strumenti mingħajr preżunzjoni li jġorru riskji residwi

Strument ma għandux jitqies li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325u(2), il-punti (b)(i) u (ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 unikament minħabba li jġorr riskju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Artikolu 4 Dħul fis-seħħ

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

ANNESS Lista ta’ strumenti li jġorru riskji residwi msemmija fl-Artikolu 2

ANNESS

Lista ta’ strumenti li jġorru riskji residwi msemmija fl-Artikolu 2

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.11.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2328
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.