+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 325u(5), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjoni ta’ strumenti li jirreferenzjaw sottostanti eżotiku prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija ċara biżżejjed biex tippermetti lill-istituzzjonijiet jidentifikaw x’inhu sottostanti eżotiku għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fl-Artikolu 325u. Għalhekk, mhi meħtieġa l-ebda speċifikazzjoni ulterjuri tat-tifsira ta’ sottostanti eżotiku.

(2)

B’mod partikolari, ir-riskju ta’ lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità realizzata futura jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ sottostanti eżotiku, f’konformità mal-indikazzjoni pprovduta fil-qafas internazzjonali rilevanti definit mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS).

(3)

Id-definizzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mhijiex ċara biżżejjed biex tippermetti lill-istituzzjonijiet jidentifikaw ċerti strumenti li jġorru riskji residwi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi speċifikata lista ta’ strumenti li jġorru riskji residwi, għalkemm mhux eżawrjenti, biex jiġi żgurat ċertu livell ta’ armonizzazzjoni u konsistenza fit-trattament ta’ strumenti li jġorru dawk ir-riskji madwar l-Unjoni. L-elementi ta’ tali lista jenħtieġ li jintgħażlu b’kunsiderazzjoni tal-qafas internazzjonali rilevanti tal-BCBS. Għal strumenti oħra bi preżunzjoni li jġorru riskji residwi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk dawk l-istrumenti jissodisfawx id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 325u(2), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Minħabba n-natura mhux standard ta’ ħafna mill-istrumenti li jġorru riskju residwu, jenħtieġ li tiġi speċifikata wkoll lista mhux eżawrjenti ta’ riskji li fihom infushom ma għandhomx jiskattaw l-inklużjoni ta’ strument skont id-definizzjoni ta’ strumenti li jġorru riskji residwi sabiex jipprovdu ċertezza legali u trasparenza akbar. Madankollu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk strument espost għal dawk ir-riskji jistax jibqa’ jitqies bħala strument espost għal riskju residwu jekk l-istrument jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 325u(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(6)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.11.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2328
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.