+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1606/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità
---+Artikolu 1 Għan
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Adozzjoni u l-użu ta'standardsinternazzjonali tal-kontabilità
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
---+Artikolu 4 Kontijiet konsolidati ta' kumpanniji negozjati pubblikament
---+Artikolu 5 Għażliet fir-rigward ta' kontijiet annwali u ta' kumpanniji mhux negozjati pubblikament
---+Artikolu 6 Proċedura tal-kumitat
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
---+Artikolu 7 Rapportaġġ u koordinazzjoni
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Notifika
---+Artikolu 9 Dispożizzjonijiet transizzjonali
---+Artikolu 10 Informazzjoni u reviżjoni
---+Artikolu 11 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Corporate Law -

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1606/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1606/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Lulju 2002

rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Għan

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament għandu bħala l-objettiv tiegħu l-adozzjoni u l-użu ta' standards internazzjonali tal-kontabilità fil-Komunità bil-għan li jarmonizza l-informazzjoni finanzjarja preżentata mill-kumpanniji riferiti f'Artikolu 4 sabiex jassiguraw livell għoli tat-trasparenza u l-komparabblità ta' prospetti finanzjarji u b'hekk għall-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-kapital tal-Komunità u tas-Suq Internazzjonali.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, “standards internazzjonali tal-kontabilità” għandu jfisser International Accounting Standards (IAS) (Standards Internazzjonali tal-Kontabilità), International Financil Reporting Standards (IFRS) (Standards Internazzjonali dwar ir-Raportaġġ Finanzjarju), u l-Interpretazzjonijiet relatati (interpretezzjonijiet SIC-IFRIC), emendi sussegwenti għal dawk l-istandards u l-interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u l-interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Board ta' Standards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB).

Artikolu 3 Adozzjoni u l-użu ta'standardsinternazzjonali tal-kontabilità

Artikolu 3

Adozzjoni u l-użu ta' standards internazzjonali tal-kontabilità

▼M1

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-applikabbiltà fil-Komunità ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2).

▼B

2.  L-istandards internazzjonali tal-kontabilità jistgħu jkunu adottati biss jekk:

— dawn ma jkunux kontra l-prinċipju stabbilit f'Artikolu 2(3) tad-Direttiva 78/660/KEE u f'Artikolu 16(3) tad-Direttiva 83/349/KEE u huma konduttivi għall-ġid pubbliku Ewropew, u,

— jilħqu l-kriterja ta' ftehim, relevanza, fiduċja u l-komparabbilità meħtieġa mill-informazzjoni finanzjara kif meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u l-assessjar tat-tmexxija ta' l-amministrazzjoni.

3.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 6(2), tiddeċiedi dwar l-applikabbilità fi ħdan il-Komunità tas-standards internazzjonali tal-kontabilità li jkunu eżistenti mad-dħul b'efett ta' dan ir-Regolament.

4.  Standards internazzjonali tal-kontabilità kif adottati għandhom ikunu publikati bis-sħiħ f'kull waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità, bħala Regolament tal-Kummissjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4 Kontijiet konsolidati ta' kumpanniji negozjati pubblikament

Artikolu 4

Kontijiet konsolidati ta' kumpanniji negozjati pubblikament

Għall-kull sena finanzjarja li tibda fil, jew wara l-1 ta' Jannar 2005, kumpanniji rregolati bil-liġi ta' Stat Membru għandhom jippreparaw il-kontijiet ikkonsolidati tagħhom b'konformità mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 6(2) jekk, fid-data tal-balance sheet tagħhom, it-titoli tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f'suq regolat ta' xi Stat Membru fi ħdan it-tifsira ta' Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tad-19 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi ta' l-investiment fil-qasam tat-titoli ( 9 ).

Artikolu 5 Għażliet fir-rigward ta' kontijiet annwali u ta' kumpanniji mhux negozjati pubblikament

Artikolu 5

Għażliet fir-rigward ta' kontijiet annwali u ta' kumpanniji mhux negozjati pubblikament

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu:

(a) il-kumpanniji riferiti f'Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet annwali tagħhom.

(b) Il-kumpanniji, apparti minn dawk riferiti f'Artikolu 4 biex jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom u/jew il-kontijiet annwali tagħhom,

b'konformità ma' l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 6(2).

Artikolu 6 Proċedura tal-kumitat

Artikolu 6

Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat regolatorju tal-kontabilità, minn hawn “il quddiem riferit bħala” il-Kumitat.

▼M1

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 7 Rapportaġġ u koordinazzjoni

Artikolu 7

Rapportaġġ u koordinazzjoni

1.  Il-Kummissioni għandha żżomm kuntatt fuq bażi regolari mal-Kumitat rigward l-istat tal-proġetti attivi tal-IASB u dwar kull dokument relatat maħruġ mill-IASB sabiex tikkoordina l-pożizzjonijiet u biex tiffaċilita d-diskussjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni ta' standards li jistgħu jirriżultaw minn dawn il-proġetti u dokumenti.

2.  Il-Kummissjoni għandha debitament tħejji rapport lill-Kumitat fi żmien xieraq jekk ikollha l-intenzjoni li ma tipproponiex l-adozzjoni ta' xi standard.

Artikolu 8 Notifika

Artikolu 8

Notifika

Meta l-Istati Membri jieħdu l-miżuri bis-saħħa ta' Artikolu 5, huma għandhom immedjetament jikkomunikaw dawn lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 9 Dispożizzjonijiet transizzjonali

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4, l-Istat Membri jistgħu jipprovdu li l-ħtiġiet ta' Artikolu 4 ikunu japplikaw biss għal kull sena finanzjarja li tibda fi jew wara, Jannar 2007, għal dawk il-kumpanniji:

(a) li t-titoli ta' debitu tagħhom biss huma ammessi fuq suq irregolat ta' xi Stat Membru fil-qofol tat-tifsira ta' Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE; jew

(b) li t-titoli tagħhom huma ammesi għal negozju pubbliku f'xi Stat li mhux membru u li, għal dak l-iskop, kienu jagħmlu użu mill-istandards internazzjonalment aċċettati sa minn sena finanzjarja li tkun bdiet qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10 Informazzjoni u reviżjoni

Artikolu 10

Informazzjoni u reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat ta' dan ir-Regolament u tirraporta dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-1 ta' Lulju 2007 l-aktar tard.

Artikolu 11 Dħul fis-seħħ

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.


( 1 ) ĠU Ċ 154 E, tad-29.5.2001, p. 285.

( 2 ) ĠU Ċ 260, tas-17.9.2001, p. 86.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 202 (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2002.

( 4 ) ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, 2002/65/KE (ĠU L. 283, tas-27.10.2001, p.28).

( 5 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, 201/65/KE.

( 6 ) ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 2001/65/KE.

( 7 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7.

( 8 ) ĠU I. 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU I. 141, tal-11.6.1993, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 2000/64/KE (ĠU I. 290, tas-17.11.2000, p. 27).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.04.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002R1606
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.