+REGOLAMENT (UE) 2016/867 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet
------+Artikolu 1 (1)
------+Artikolu 1 (2)
------+Artikolu 1 (3)
------+Artikolu 1 (4)
------+Artikolu 1 (5)
------+Artikolu 1 (6)
------+Artikolu 1 (7)
------+Artikolu 1 (8)
------+Artikolu 1 (9)
------+Artikolu 1 (10)
------+Artikolu 1 (11)
------+Artikolu 1 (12)
------+Artikolu 1 (13)
------+Artikolu 1 (14)
------+Artikolu 1 (15)
------+Artikolu 1 (16)
------+Artikolu 1 (17)
------+Artikolu 1 (18)
------+Artikolu 1 (19)
------+Artikolu 1 (20)
------+Artikolu 1 (21)
------+Artikolu 1 (22)
------+Artikolu 1 (23)
------+Artikolu 1 (24)
------+Artikolu 1 (25)
------+Artikolu 1 (26)
---+Artikolu 2 Stadji ta' implimentazzjoni u l-ewwel rapportar
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
---+Artikolu 3 Popolazzjoni attwali li tirrapporta
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
---+Artikolu 4 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
---+Artikolu 5 Limiti minimi ta' rapportar
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku fuq bażi individwali
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
---+Artikolu 7 Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku
---+Artikolu 8 Rekwiżiti ġenerali għar-rapportar imsaħħaħ
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 8 4
------+Artikolu 8 5
------+Artikolu 8 6
---+Artikolu 9 Identifikazzjoni tal-kontropartijiet
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Aċċess għal u użu ta' dejta dwar il-kreditu
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Ċirkwit ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
------+Artikolu 11 4
------+Artikolu 11 5
---+Artikolu 12 Aċċess minn entitajiet ġuridiċi
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
---+Artikolu 13 Tempestività
------+Artikolu 13 1
------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 13 3
------+Artikolu 13 4
------+Artikolu 13 5
------+Artikolu 13 6
------+Artikolu 13 7
------+Artikolu 13 8
---+Artikolu 14 Standards minimi u arranġamenti ta' rapportar nazzjonali
------+Artikolu 14 1
------+Artikolu 14 2
------+Artikolu 14 3
---+Artikolu 15 Għaqdiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet
------+Artikolu 15 1
------+Artikolu 15 2
---+Artikolu 16 Derogi u frekwenza ta' rapportar imnaqqsa
------+Artikolu 16 1
------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 16 3
------+Artikolu 16 4
---+Artikolu 17 Verifika u ġbir obbligatorju u standards ta' kwalità minimi
---+Artikolu 18 Sanzjonijiet
---+Artikolu 19 Dispożizzjoni tranżitorja
---+Artikolu 20 Proċedura ta' emenda simplifikata
---+Artikolu 21 Dispożizzjonijiet finali
---+ANNESS I
------+1. Dejta ta' referenza tal-kontroparti
---------+1.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' referenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. Kull …
---------+1.2. Kull identifikatur tal-kontroparti għandu jkun uniku għal kull kontroparti rapportat …
---------+1.3. Il-kontropartijiet li għandhom jiġu rreġistrati huma kollha unitajiet istituzzjonali li huma …
---------+1.4. L-informazzjoni meħtieġa għal kull tip ta' kontroparti hija indikata fl-Anness III.
---------+1.5. Id-dejta tal-kontroparti tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-kontraparti.
---------+1.6. Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu …
---------+1.7. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta …
------+2. Dejta dwar l-istrument
---------+2.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar l-istrument huwa l-istrument. Kull rekord huwa …
---------+2.2. Kull identifikatur tal-kuntratt għandu jkun uniku għal kull kuntratt li jiġġenera riskju …
---------+2.3. Id-dejta dwar l-istrument tirreġistra kull strument li jeżisti taħt kuntratt bejn l-aġent …
---------+2.4. Id-dejta dwar l-istrument tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istrument, li rari jinbidlu …
---------+2.5. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta …
------+3. Dejta finanzjarja
---------+3.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta finanzjarja huwa l-istrument. Kull rekord huwa …
---------+3.2. Id-dejta finanzjarja tiddeskrivi l-iżvilupp finanzjarju tal-istrument.
---------+3.3. Kull ammont miġbud ta' strument għandu jiġi rreġistrat fl-attribut tad-dejta “ammont nominali …
---------+3.4. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.
------+4. Dejta dwar il-kontroparti-strument
---------+4.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta tal-kontroparti-strument huwa t-taħlita …
---------+4.2. Id-dejta dwar lill-kontroparti-strument tiddeskrivi r-rwol tal-kontrapartijiet kollha f'kull …
---------+4.3. Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu …
---------+4.4. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta …
------+5. Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum
---------+5.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar responsabilitajiet in solidum huwa t-taħlita …
---------+5.2. Din id-dejta tirreġistra l-ammont ta' responsabbiltà in solidum tal-istrument li …
---------+5.3. Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu …
---------+5.4. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.
------+6. Dejta tal-kontabbiltà
---------+6.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar il-kontabbiltà huwa l-istrument. Kull rekord huwa …
---------+6.2. Din id-dejta tiddeskrivi l-iżvilupp tal-istrument skont l-istandards ta' kontabbiltà standard …
---------+6.3. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi trimestrali.
------+7. Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta
---------+7.1. l-livell ta' granularità għad-dejta dwar il-protezzjoni rċevuta hija l-protezzjoni rċevuta. …
---------+7.2. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw kull protezzjoni li jirċievu bħala garanzija …
---------+7.3. Din id-dejta tiddeskrivi l-protezzjoni rċevuta.
---------+7.4. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta …
------+8. Dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta
---------+8.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta huwa t-taħlita ta' …
---------+8.2. Din id-dejta tiddeskrivi l-protezzjoni kollha riċevuta b'rabta mal-istrument li l-protezzjoni …
---------+8.3. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.
------+9. Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti
---------+9.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' referenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. Kull …
---------+9.2. Id-dejta tippermetti l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti.
---------+9.3. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss mid-debituri u l-fornituri ta' protezzjoni.
---------+9.4. Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu …
---------+9.5. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.
---------+9.6. Il-BĊN relevanti jista' jiddeċiedi li jiġbor id-dejta dwar ir-riskju għall-kontroparti fuq …
------+10. Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti
---------+10.1. Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' inadempjenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. …
---------+10.2. Din id-dejta tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontropartijiet inadempjenti mingħajr dewmien …
---------+10.3. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss mid-debituri u l-fornituri ta' protezzjoni.
---------+10.4. Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu …
---------+10.5. Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.
---+ANNESS II
------+1. Aġenti osservati li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta
------+2. Aġenti osservati li mhumiex suġġetti għal rekwiżiti kapitali
------+3. Strumenti dekontabilizzati totalment li qed jiġu sservisjati
------+4. Strumenti li joriġinaw qabel il-Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2018
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
------+1. Standards komuni għat-trażmissjoni: (a) ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi …
------+2. Standards minimi għall-preċiżjoni: (a) l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull …
------+3. Standards minimi għal konformità mal-kunċetti: (a) l-informazzjoni statistika għandha …
------+4. Standards minimi għal reviżjonijiet: Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti …
English - European Union - Financial Industry - Data Privacy -

REGOLAMENT (UE) 2016/867 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)

REGOLAMENT (UE) 2016/867 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Mejju 2016

dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Il-mikrodejta dwar il-kreditu u dwar ir-riskju ta' kreditu (iktar 'il quddiem id-“dejta dwar il-kreditu”) tinkludi informazzjoni dettaljata u individwali dwar strumenti li jagħtu lok għal riskju ta' kreditu għal korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, korporazzjonijiet finanzjarji minbarra korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti jew vetturi tal-ġestjoni tal-assi, li huma lkoll involuti f'tislif fuq skala sinifikanti. Din l-informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa għat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema, tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku, inklużi analiżi tal-politika monetarja u operazzjonijiet tal-politika monetarja, il-ġestjoni tar-riskju, is-sorveljanza tal-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali u r-riċerka. Din id-dejta tkun utli wkoll għall-finijiet ta' superviżjoni bankarja fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).

(2)

L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor l-informazzjoni statistika neċessarju jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' rapportar fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parti minn klassijiet speċifiċi ta' aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tiegħu.

(3)

Id-dejta dwar il-kreditu se tikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex ittejjeb l-istatistika tas-SEBĊ eżistenti, billi tipprovdi rendikonti u dettalji importanti li mhumiex disponibbli minn sorsi ta' dejta użati bħalissa, bħal informazzjoni dwar l-istruttura u l-mudelli ta' riskju ta' kreditu mogħtija mis-settur finanzjarju. Pereżempju, id-dejta tal-kreditu ser tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex iżżid il-kwalità tal-istatistika dwar: (a) self skont id-daqs tal-korporazzjonijiet, karatteristika ewlenija għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-għoti ta' kreditu lil impriżi ta' daqs żgħir u medju; (b) linji ta' kreditu mqassma skont is-settur tal-kontroparti; (c) self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji mqassmin skont l-attività ekonomika; (d) self iggarantit b'ipoteki fuq proprjetà immobbli; u (e) self transkonfinali u dħul relatat bħala parti mill-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(4)

Id-disponibblità ta' dejta dwar il-kreditu ser ittejjeb l-utilizzabbiltà tal-informazzjoni f'livell mikro li bħalissa tinġabar fuq ħruġ ta' titoli u statistika dwar parteċipazzjonijiet, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u t-trawwim tal-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Finalment, dejta dwar il-kreditu relatata ma' friegħi li huma residenti barra ż-żona tal-euro, u li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta huma importanti għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ, b'mod partikolari għall-analiżi tal-politika monetarja u kompiti ta' stabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, id-dejta tista' tappoġġa kompiti ta' sorveljanza makroprudenzjali bħall-analiżijiet superviżorji, valutazzjonijiet tar-riskju u testijiet tal-istress. L-Artikoli 8(1)(d) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 issa jippermettu speċifikament l-użu ta' dejta statistika miġbura skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ għal finijiet superviżorji.

(5)

Sett komprensiv ta' dejta dwar il-kreditu analitika u armonizzata għandu jimminimizza l-piż ta' rapportar billi tiżdied l-istabbiltà tar-rekwiżiti tar-rapportar matul iż-żmien. Dan huwa importanti għaliex l-inkorporazzjoni ta' bidliet fis-sistemi awtomatizzati ħafna tal-ipproċessar ta' dejta ta' aġenti li jirrapportaw tista' tiswa għali ħafna. Is-sett armonizzat ta' dejta se jipprovdi wkoll dettall akbar, biex b'hekk jitnaqqas il-bżonn ta' talbiet addizzjonali indirizzati lill-aġenti li jirrapportaw

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (3) tistabbilixxi l-proċedura għall-iżvilupp ta' qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu bbażat fuq rekwiżiti ta' rapportar statistiku armonizzat tal-BĊE. Għandha l-għan li tiżgura l-istabbiliment ta': (a) settijiet ta' mikrodejta dwar il-kreditu nazzjonali mħaddma mill-BĊNi tal-Eurosistema skont standards minimi nazzjonali; u (b) dejtabase komuni fuq kreditu analitiku granulari (iktar 'il quddiem “AnaCredit”) maqsum bejn il-membri tal-Eurosistema, inkluża dejta mdaħħla mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (4) tħeġġeġ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, iżda li qed jippreparaw biex jingħaqdu fil-qafas fit-tul, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6. AnaCredit għandha tkun miftuħa, fuq bażi volontarja, għall-Istati Membri barra ż-żona tal-euro, partikolarment dawk li qed jipparteċipaw fl-MSU, sabiex jitwessa' l-ambitu ġeografiku u tad-dejta tiegħu, u biex tiżdied l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni.

(8)

Filwaqt li l-miżuri preparatorji skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 kellhom l-għan li jiddefinixxu “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari] dwar il-kreditu armonizzati li jridu jiġu pprovduti lill-BĊE mill-BĊNi għal żmien twil”, l-eżitu tal-proċedura tal-merti u tal-ispejjeż wera rekwiżiti tal-utenti b'saħħithom ħafna biex b'hekk ġie enfasizzat il-bżonn mhux biss għal “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari]”, imma wkoll għal lista komprensiva ta' attributi tad-dejta u miżuri li jikkaratterizzaw l-istrumenti li jżidu r-riskju tal-kreditu għall-popolazzjoni li tirrapporta. Barra minn dan, l-armonizzazzjoni mtejba li tirriżulta għandha żżid il-paragunabbiltà tad-dejta bejn il-pajjiżi u bejn l-istituzzjonijiet, biex b'hekk tiġi żgurata dejta ta' kwalità ogħla għall-analiżi.

(9)

AnaCredit għandha l-għan li tipprovdi, flimkien ma' oqfsa statistiċi oħrajn li jiġbru informazzjoni granulari, ħarsa analitika tar-riskju tal-kreditu tal-aġenti li jirrapportaw irrispettivament mill-istrument finanzjarju, it-tip ta' skopertura jew il-klassifikazzjoni fil-kontabbiltà. F'dan ir-rigward, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jiżguraw li aġenti jirrapportaw sett komuni ta' informazzjoni armonizzata lill-BĊNi.

(10)

AnaCredit għandha tiġi stabilita fi tliet stadji, billi l-eteroġeneità sinjifikanti tal-ġbir attwali tad-dejta dwar il-kreditu fost il-pajjiżi parteċipanti tista' tiġi armonizzata biss b'mod gradwali.. Dan l-approċċ ta' pass wara pass iqis ukoll iż-żmien meħtieġ għall-aġenti li jirrapportaw biex jikkonformaw mad-diversi rekwiżiti ta' dejta. B'mod ġenerali, l-ambitu u l-kontenut tad-dejta li għandha tinġabar matul l-istadji differenti għandhom jiġu ddefiniti kmieni kemm jista' jkun, sabiex l-aġenti li jirrapportaw kollha jippreparaw għall-użu ta' sett armonizzat ta' kunċetti u definizzjonijiet. B'hekk, il-Kunsill Governattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq kull stadju sussegwenti ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiġi implimentata. Bil-għan li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u x-xogħol għall-aġenti li jirrapportaw, ser tiġi esplorata fi stadju sussegwenti l-għoti ta' informazzjoni dwar self għal djar fuq il-bażi ta' teknika ta' teħid ta' kampjuni.

(11)

Filwaqt li wieħed mill-għanijiet ewlenin fit-tul ta' Anacredit hija l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar u l-implimentazzjoni ta' prattiċi, l-eteroġenjetà tal-prattiċi tal-ġbir ta' dejta kurrenti teħtieġ il-preservazzjoni tad-diskrezzjoni tal-BĊN f'ċerti oqsma, pereżempju fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-BĊN dwar derogi għal aġenti li jirrapportaw resident żgħar. Dawn l-oqsma ta' diskrezzjoni tal-BĊN għandhom jiġu rivalutati f'kull stadju futur sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tintlaħaq iktar armonizzazzjoni ġewwa pajjiżi parteċipanti.

(12)

F'termini tal-kamp ta' applikazzjoni, l-ewwel stadju ta' rapportar taħt AnaCredit għandu jinkludi kreditu mogħti minn istituzzjonijiet ta' kreditu lil entitajiet ġuridiċi. Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu, veikoli għall-ġestjoni ta' assi u korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, ilkoll involuti f'attivitajiet ta' tislif, kif ukoll sussidjarji barranin ta' dawn l-entitajiet jistgħu jiġu inklużi fil-popolazzjoni li tirrapporta attwali fi stadju sussegwenti. Fir-rigward ta' strumenti, il-kamp ta' applikazzjoni tar-rapportar granulari jista' jiġi estiż għal derivattivi, kontijiet oħrajn riċevibbli, elementi mhux fuq il-karta tal-bilanċ (bħal garanziji finanzjarji) u kreditu estiż lil persuni li ma humiex persuni legali, inklużi proprjetarji uniċi. L-ebda dejta personali, kif definita mir-regoli ta' protezzjoni tad-dejta applikabbli, m'għandha tinġabar fl-ewwel stadju, inklużi krediti multidebituri li jinvolvu persuni naturali bħala debituri huma affiljati ma' strumenti rapportati lil AnaCredit. Jekk l-ambitu tar-rapportar jiġi estiż biex jinkludi din id-dejta personali fi stadji sussegwenti, għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni naturali fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Barra minn hekk, stadji sussegwenti jistgħu jinkorporaw rekwiżiti ta' rapportar fuq bażi kkonsolidata. Kull estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta għandha tqis id-dritt tal-BĊE li jagħti derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar u għandha tiġi adottata ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiddaħħal sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex tiġi implimentata mill-aġenti li jirrapportaw u l-BĊNi.

(13)

Fit-tħejjija ta' stadji futuri, estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta kif ukoll introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali għandha tkun ibbażata fuq analiżi mill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ (iktar 'il quddiem l-“STC”), waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, il-kosti stmati tal-aġenti li jirrapportaw u tal-BĊNi, l-iżviluppi tas-suq u l-esperjenza miksuba fl-ewwel stadju.

(14)

L-obbligi ta' rapportar ta' dejta dwar il-kreditu għandhom jiġu ddefiniti wara li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż indebitu ta' rapportar b'mod partikolari fuq aġenti żgħar li jirrapportaw bi skopertura ta' kreditu totali limitata. Għall-istess raġuni, il-BĊNi għandu jkollhom id-dritt li jagħtu derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar.

(15)

Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti u interoperabbiltà adegwata ma' oqfsa ta' rapportar eżistenti jew ġodda oħrajn, il-BĊNi għandhom jitħallew jiġbru informazzjoni li tiġi trażmessa lill-BĊE bħala parti mill-qafas ta' rapportar nazzjonali iktar estiż u biex jestendu r-rapportar ta' dejta dwar il-kreditu lil hinn mill-ambitu spjegat f'dan ir-Regolament, għall-finijiet statutorji tagħhom, skont id-dritt nazzjonali rilevanti.

(16)

Biex jikkontribwixxu għal AnaCredit, il-BĊNi għandhom ikunu jistgħu jużaw id-databases tagħhom, id-dejta rċevuta minn aġenti li jirrapportaw u kull sors ieħor, inklużi databases ta' referenza rilevanti. Il-BĊNi għandu jkollhom id-diskrezzjoni biex jiddeċiedu jekk jidħlux fi ftehim ta' kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (AKN) għas-superviżjoni tal-aġenti li jirrapportaw jew kull awtorità nazzjonali oħra, sakemm id-dejta pprovduta tissodisfa l-istandards ta' kwalità stipulati f'dan ir-Regolament. Minħabba l-arranġamenti nazzjonali differenti li huma fis-seħħ bħalissa, u biex jitnaqqas il-piż ta' rapportar taħt dan ir-Regolament, hija mħeġġa l-kollaborazzjoni effettiva u effiċjenti mal-NSIs, l-AKN u awtoritajiet nazzjonali oħrajn.

(17)

Il-qafas għall-ġbir ta' dejta dwar il-kreditu għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' reġistri ċentrali tal-kreditu (RĊK) u settijiet tal-kreditu rilevanti oħrajn stabbiliti mill-entitajiet tas-settur pubbliku, inklużi databases fuq statistiċi ta' titoli kif ukoll id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati tas-SEBĊ.

(18)

Il-BĊNi għandhom jitħallew jużaw is-sett ta' dejta granulari u analitika dwar il-kreditu b'aktar minn skop wieħed sabiex jiġu stabbiliti ċirkwiti ta' feedback mal-aġenti li jirrapportaw jew biex jissaħħu ċ-ċirkwiti ta' feedback eżistenti u servizzi ta' informazzjoni oħrajn mill-RĊK lejn aġenti li jirrapportaw. Dawn iċ-ċirkwiti ta' feedback ser itejbu l-kontribut tas-SEBĊ lejn l-istabbiltà tas- sistema finanzjarja b'mod konformi mal-mandat statutorju tiegħu skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat dwar il- Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċirkwiti ta' feedback se jipprovdu lill-aġenti ta-rapportar b'bażi usa' għal valutazzjonijiet tal-affidabbiltà tal-kreditu aktar wiesgħin, b'mod partikolari fir-rigward tad-debituri transkonfinali u jippermettu l-armonizzazzjoni ta' definizzjonijiet u attributi tad-dejta fi ħdan il-prattiki ta' self tagħhom. Dawn se jtejbu l-immaniġġjar ta' riskju tal-kreditu tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' mutwanti oħrajn. B'mod partikolari, u se jappoġġaw istituzzjonijiet ta' kreditu biex tiġi evitata dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu. ċirkwit ta' feedback għandu jsegwi l-aħjar prattiki u jiżgura standards minimi tal-kwalità tad-dejta. Is-subsett tad-dejta analitika dwar il-kreditu li jista' jiġi kondiviż bejn il-BĊNi għall-finijiet ta' ċirkuwiti ta' feedback għandu jiġi ddefinit wara li jitqies il-livell ta' kunfidenzjalità speċifiku tal-attributi tad-dejta rilevanti u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità korrispondenti, kif ukoll iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni. Iktar dettalji dwar l-ambitu u l-implimentazzjoni ta' ċirkuwiti ta' feedback jistgħu jiġu stabbiliti f'att legali separat u l-BĊNi jistgħu jidħlu f'memoranda ta' ftehim, fuq il-bażi tal-oqfsa legali applikabbli, dwar il-kooperazzjoni rispettiva tagħhom fiċ-ċirkuwiti ta' feedback. Filwaqt li wħud mill-BĊNi li joperaw RĊK diġà jaqsmu ma' xulxin mikrodejta tal-kreditu u riskju tal-kreditu transkonfinali fuq bażi bilaterali (5), oħrajn jistgħu, għal raġunijiet legali, jeħtieġu ċertu perijodu ta' żmien biex jimplimentaw il-kondiviżjoni ta' informazzjoni transkonfinali biex jgħaddu din id-dejta lil istituzzjonijiet finanzjarji li jirrapportaw lilhom. It-twaqqif u l-implimentazzjoni taċ-ċirkwiti ta' feedback għandhom iqisu dispożizzjonijiet legali nazzjonali dwar kif tiġi ttrattata informazzjoni statistika kunfidenzjali.

(19)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw l-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikoli 8 sa 8c tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

(20)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi illi l-BĊE għandu l-poter jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika ddefiniti jew imposti fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE. Din is-setgħa sanzjonati hija indipendenti mid-dritt tal-BĊNi li jissanzjonaw aġenti li jirrapportaw li ma jikkonformawx mal-obbligi statistiċi jew ta' rapportar ieħor li japplika għalihom taħt il-qafas legali nazzjonali rispettiv.

(21)

Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi fl-annessi ta' dan ir-Regolament b'mod effettiv, iżda dawn la għandhom jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw fl-Istati Membri. Jeħtieġ li din il-proċedura tippermetti li l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ jiġu kkunsidrati.

(22)

L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika obbligu li jitfasslu u jiġu implimentati fil-livell nazzjonali tal-miżuri kollha li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jikkunsidraw xierqa: (a) biex isir il-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-BĊE; u (b) għal preparazzjonijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex dawn l-Istati Membri jsiru Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(23)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-ġbir ta' dejta tal-kreditu skont il-qafas tal-MSU,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

Artikolu 2 Stadji ta' implimentazzjoni u l-ewwel rapportar
Artikolu 3 Popolazzjoni attwali li tirrapporta
Artikolu 4 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku
Artikolu 5 Limiti minimi ta' rapportar
Artikolu 6 Rekwiżiti ta' rapportar statistiku fuq bażi individwali
Artikolu 7 Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku

Artikolu 7

Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku

Ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku ddefiniti fl-Artikolu Artikolu 6 għandhom jitnaqqsu fir-rigward tad-dejta tal-kreditu kif indikat fl-Anness II.

Artikolu 8 Rekwiżiti ġenerali għar-rapportar imsaħħaħ
Artikolu 9 Identifikazzjoni tal-kontropartijiet
Artikolu 10 Aċċess għal u użu ta' dejta dwar il-kreditu
Artikolu 11 Ċirkwit ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw
Artikolu 12 Aċċess minn entitajiet ġuridiċi
Artikolu 13 Tempestività
Artikolu 14 Standards minimi u arranġamenti ta' rapportar nazzjonali
Artikolu 15 Għaqdiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet
Artikolu 16 Derogi u frekwenza ta' rapportar imnaqqsa
Artikolu 17 Verifika u ġbir obbligatorju u standards ta' kwalità minimi

Artikolu 17

Verifika u ġbir obbligatorju u standards ta' kwalità minimi

Il-BĊNi għandhom jivverifikaw u, safejn huwa meħtieġ, jagħmlu l-ġbir obbligatorju tal-informazzjoni li l-aġenti li jirraportaw huma meħtieġa jipprovdu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita huwa stess dawn id-drittijiet. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.

Artikolu 18 Sanzjonijiet

Artikolu 18

Sanzjonijiet

Il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta' rapportar ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98. L-aġenti li jirrapportaw m'għandhomx ikunu suġġetti għal sanzjonijiet sa fejn juru li huma preklużi milli jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa skont id-dritt nazzjonali ta' pajjiż fejn hija residenti l-fergħa li dwarha huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni. Is-setgħa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi ta' rapportar ta' dan ir-Regolament hija indipendenti mid-dritt ta' sanzjonar tal-BĊN, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, nuqqas ta' konformità ma' obbligi ta' rapportar oħrajn li japplikaw għal aġenti li jirrapportaw taħt il-qafas legali nazzjonali rispettiv skont l-Artikolu 8(3).

Artikolu 19 Dispożizzjoni tranżitorja

Artikolu 19

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-BĊNi jistgħu jipposponu l-ewwel trasmissjoni lill-BĊN tad-dejta tal-kreditu dwar id-dati ta' referenza ta' rapportar qabel l-1 ta' Frar 2019 iżda għandhom jittrażmettu dik id-dejta lill-BĊN mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2019.

Artikolu 20 Proċedura ta' emenda simplifikata

Artikolu 20

Proċedura ta' emenda simplifikata

Waqt li jitqiesu l-fehmiet tal-STC, il-Bord Eżekuttiv jista' jagħmel emendi tekniċi fl-Annessi ta' dan ir-Regolament, iżda dawk l-emendi la għandhom jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din.

Artikolu 21 Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta' Diċembru 2017.


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-ġbir tad-dejta granulari dwar il-kreditu u dwar ir-riskju ta' kreditu (ĠU C 261, 8.8.2015, p. 1).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2014/7) (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).

(5)  Memorandum of Understanding on the exchange of information among national central credit registers for the purpose of passing it on to reporting institutions [Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni bejn reġistri ċentrali tal-kreditu nazzjonali biex tingħadda lil istituzzjonijiet li jirrapportaw]. Jinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(7)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(8)  Disponibbli fis-sit elettroniku tal-International Organization for Standardizations (ISO) fuq www.iso.org.

(9)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(10)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

ANNESS I

ANNESS I

ANNESS II

ANNESS II

ANNESS III

ANNESS III

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

It-Tabelli 2 u 3 jispeċifikaw ir-rekwiżiti tar-rapportar għal kull attribut ta' dejta fid-dejta ta' referenza tal-kontroparti, kif deskritt fil-Mudell 1 tal-Anness I.

It-Tabella 2 tispeċifika r-rekwiżiti għall-kontropartijiet residenti fi Stat Membru li jirrapporta filwaqt li t-Tabella 3 tispeċifka r-rekwiżiti għall-kontropartijiet li mhumiex residenti di Stat Membru ta' rapportar.

Qed tintuża l-klassifikazzjoni ta' rekwiżiti li ġejja:

(a)   N: bla ħsara għal arranġamenti individwali, il-BĊNi rilevanti jistgħu jiddeċiedu li ma jiġbrux din l-informazzjoni minn aġenti li jirrapportaw individwali;

(b)   X: informazzjoni li mhijiex meħtieġa li tiġi rrapportata.

Meta ebda klassifikazzjoni ma tiġi pprovduta, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi rrapportata.

Meta d-dejta tkun koperta b'aktar minn deskrizzjoni waħda fit-Tabella 2 jew 1, għandu japplika r-rekwiżit ta' rapportar l-iktar oneruż.

Tabella 2

Dejta ta' referenza tal-kontroparti speċifika dwar rekwiżiti ta' rapportar għal kontropartijiet residenti fi Stat Membru li jirrapporta

 

1.

Aġent li jirrapporta

2.

Aġent osservat

3.

Kreditur

4.

Debitur — L-istrumenti kollha oriġinati qabel l-1 ta' Settembru 2018

5.

Debitur — Mill-inqas strument wieħed oriġinat fi jew wara l-1 ta' Settembru 2018

6.

Fornitur tal-protezzjoni

7.

Uffiċċju prinċipali ta' impriża

8.

Impriża prinċipali immedjata

9.

Impriża prinċipali aħħarija

10.

Originatur

11.

Serviser

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur tal-kontroparti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI)

 

 

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur nazzjonali

N

N

N

 

 

N

N

N

N

N

N

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Name

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indirizz: triq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: belt/raħal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kodiċi postali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: pajjiż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Forma legali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Settur istituzzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Attività ekonomika

X

X

 

 

 

N

 

 

N

N

N

Status tal-proċeduri legali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Daqs tal-impriża

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Data tad-daqs tal-impriża

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Numru ta' impjegati

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Total tal-karta tal-bilanċ

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Fatturat Annwali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Standard ta' kontabbiltà

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


Tabella 3

Dejta ta' referenza tal-kontroparti speċifika dwar rekwiżiti ta' rapportar għal kontropartijiet mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta

 

1.

Aġent li jirrapporta

2.

Aġent osservat

3.

Kreditur

4.

Debitur — L-istrumenti kollha oriġinati qabel l-1 ta' Settembru 2018

5.

Debitur — Tal-inqas strument wieħed oriġinat fi jew wara l-1 ta' Settembru 2018

6.

Fornitur tal-protezzjoni

7.

Uffiċċju prinċipali ta' impriża

8.

Impriża prinċipali immedjata

9.

Impriza prinċipali aħħarija tad-debitur

10.

Originatur

11.

Serviser

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur tal-kontroparti

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI)

NA

 

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur nazzjonali

NA

N

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Isem

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indirizz: triq

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: belt/raħal

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Indirizz: kodiċi postali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: pajjiż

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Forma legali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Settur istituzzjonali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Attività ekonomika

NA

X

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Status tal-proċeduri legali

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Daqs tal-impriża

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Data tad-daqs tal-impriża

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Numru ta' impjegati

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Total tal-karta tal-bilanċ

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Fatturat Annwali

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Standard ta' kontabbiltà

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

ANNESS IV

ANNESS IV

Attributi tad-dejta, definizzjonijiet u valuri

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati standard u definizzjonijiet tal-attributi tad-dejta speċifikati fl-Annessi I sa III. Tipprovdi wkoll il-valuri li għandhom jiġu rrapportati għall-attributi tad-dejta, inklużi deskrizzjonijiet tal-valuri.

Il-BĊNi huma responsabbli biex jittrasponu l-attributi tad-dejta u l-valuri f'attributi tad-dejta ekwivalenti u valuri applikabbli fil-livell nazzjonali.

Terminu

Tip ta' terminu

Definizzjoni

Identifikatur tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kontroparti. Kull kontroparti għandu jkollha identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-kontroparti għal xi kontroparti oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent li jirrapporta.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent osservat

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent osservat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-kuntratt

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt għandu jkollu identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux ser jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull strument taħt kuntratt uniku. Kull strument għandu jkollu identifikatur ta' strument uniku. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-istrument għal kwalunkwe strument ieħor taħt l-istess kuntratt.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull protezzjoni użata biex tiggarantixxi l-istrument. Kull protezzjoni għandu jkollha identifikatur tal-protezzjoni uniku. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-protezzjoni għal xi protezzjoni oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-fornitur tal-protezzjoni.

Jekk il-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex entità ġuridika, l-identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex meħtieġ li jiġi rrapportat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)

Attribut tad-dejta

Identifikatur ta' entità ġuridika tal-kontroparti assenjat skont l-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur nazzjonali

Attribut tad-dejta

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti jew tal-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha.

Għal kontroparti li hija fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-fergħa barranija.

Għal kontroparti li ma hijiex fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall entità ġuridika li minnha tifforma parti l-kontraparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li tagħha l-fergħa barranija hija dipendenti legalment.

Din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata biss għall-kontropartijiet li huma friegħi barranin.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali immedjata tal-kontroparti. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali aħħarija tal-kontroparti. L-impriża parent aħħarija m'għandha l-ebda impriża prinċipali. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Isem

Attribut tad-dejta

Isem legali sħiħ tal-kontroparti

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: triq

Attribut tad-dejta

Indirizz tat-triq tal-kontroparti, inkluż in-numru tat-triq.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: belt/raħal

Attribut tad-dejta

Belt jew raħal tal-kontroparti.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: kodiċi postali

Attribut tad-dejta

Kodiċi postali tal-kontroparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

Attribut tad-dejta

Kontea jew diviżjoni amministrattiva simili ta' kontropartijiet residenti fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Sensiela ta' karattri

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3

Indirizz: pajjiż

Attribut tad-dejta

Pajjiż tal-kontroparti

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż.

Forma legali

Attribut tad-dejta

Tip ta' entità tan-negozju kif iddefinit fis-sistema legali nazzjonali.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Settur istituzzjonali

Attribut tad-dejta

Setturi istituzzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013, Regolament (UE) Nru 575/2013 u Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (1).

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Valur

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 2.45 sa 2.50 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Bank Ċentrali

Valur

Banek ċentrali kif iddefiniti fil-paragrafi 2.72 sa 2.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fl-Artikolu 1(a)(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' suq tal-flus (MMF)

Valur

Fondi tas-Suq Monetarju (Money Market Funds — MMFs) huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF

Valur

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF kif iddefiniti fil-punt 2.82 sa 2.85 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (FVCs) involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

FVCs involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni u korporazzjonijiet finanzjarji vettura li jagħmlu tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

Intermedjqarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.86 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u bl-esklużjoni ta' FVCs involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Awżiljari finanzjarji

Valur

Awżiljari finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafu 2.63 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet finanzjarji selliefa ta' flus kaptivi

Valur

Istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus kif iddefiniti fil-paragrafi (98) sa (99) tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Valur

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.100 sa 2.104 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tal-pensjoni

Valur

Fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.105 sa 2.110 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern ċentrali

Valur

Gvern ċentrali kif iddefinit fil-paragrafu 2.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern statali

Valur

Gvern statali kif iddefinit fil-paragrafu 2.115 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern lokali

Valur

Gvern lokali kif iddefinit fil-paragrafu 2.116 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tas-sigurtà soċjali

Valur

Fondi tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti fil-paragrafu 2.117 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi

Valur

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.129 sa 2.130 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Attività ekonomika

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' kontropartijiet skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, b'mod konformi mal-klassifikazzjoni statistika tar-reviżjoni 2 ta' NACE kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

NACE code

Valur

Kodiċi NACE tal-livell tnejn, tlieta jew erbgħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Status tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Kategoriji li jiddeskrivu l-istatus legali ta' kontroparti b'rabta mas-solvenza tiegħu/tagħha fuq il-bażi tal-qafas legali nazzjonali.

Il-BĊN għandu jittrasponi dawn il-valuri fil-qafas legali nazzjonali. Maż-żmien għandha titħejja tabella ta' referenza minn kull BĊN biex jiġu ffaċilitati l-interpretazzjoni u l-paragun ta' dawn il-valuri bejn diversi pajjiżi.

Ma ttieħdet ebda azzjoni legali

Valur

Ma tteħditx azzjonali legali fir-rigward tas-solvenza jew l-indebitament ta' kontroparti.

Taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, amministrazzjoni kkontrollata (receivership), jew miżuri simili

Valur

Kull proċedura li tinvolvi l-intervent ta' korp ġudizzjarju jew simili mmirat biex jintlaħaq ftehim ta' rifinanzjament fost il-kredituri, ħlief għal proċeduri ta' falliment jew ta' insolvenza.

Falliment/insolvenza

Valur

Proċeduri ta' falliment jew insolvenza kollettivi u vinkolanti taħt kontroll ġudizzjarju, li jinvolvu ċ-ċessjoni parzjali jew totali tal-kontroparti u l-ħatra ta' likwidatur.

Miżuri legali oħrajn

Valur

Miżuri legali li mhumiex dawk speċifikati diġà, inklużi miżuri legali bilaterali bejn l-aġenti li jirrapportaw u l-kontroparti.

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Id-data meta nbdew il-proċeduri legali, kif irrapportat taħt l-attribut “status tal-proċeduri legali”. Din id-data għandha tkun id-data relevanti l-aktar reċenti qabel id-data tar-rapportar u għandha tkun irrapportata biss jekk l-attribut tad-dejta “Status tal-proċeduri legali” ikollu valur li mhuwiex “Ma ttieħdet ebda azzjoni legali”.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' impriżi skont id-daqs, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. (3).

Impriża kbira

Valur

Impriża li ma tikkwalifikax bħala impriża ta' daqs mikro, żgħira jew medja (SME), skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża medja

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala SME, imma mhux bħala impriża żgħira jew bħala impriża mikro, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża żgħira

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża żgħira skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża mikro

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża mikro skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Data tad-daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Id-data li għaliha jirreferi l-valur pprovdut fid-“daqs tal-impriża”. Din hija d-data tal-aħħar dejta użata għall-klassifikazzjoni jew r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-impriża.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Numru ta' impjegati

Attribut tad-dejta

Numru ta' impjegati li jaħdmu għall-kontroparti, skont l-Artikolu 5 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Numeriku

Valur

Numru mhux negattiv

Total tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Valur kontabilistiku tal-assi totali tal-kontroparti skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Fatturat Annwali

Attribut tad-dejta

Volum ta' bejgħ annwali nett minn kull skont u taxxi tal-bejgħ tal-kontroparti skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Ekwivalenti għall-kunċett “bejgħ annwali totali” fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Standard ta' kontabbiltà

Attribut tad-dejta

Standard ta' kontabbiltà użat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat. Jekk l-aġent li jirrapporta huwa suġġett għar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13), id-dejta tiġi rreġistrata skont l-istandard ta' konformità — l-International Financial Reporting Standards (IFRS) jew in-national generally accepted accounting principles (GAAP) — applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

IFRS

Valur

IFRS, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

GAAP nazzjonali konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (5) li tapplika kriterji IFRS għall-istrumenti.

GAAP nazzjonali mhux konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE li ma tapplikax kriterji IFRS għall-istrumenti.

Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti

Probabbiltà ta' inadempjenza

Attribut tad-dejta

Il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-kontroparti matul sena ddeterminata skont l-Artikoli 160, 163, 179 u180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Numru minn 0 sa 1.

Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti

Status ta' inadempjenza tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-kontroparti. Kategoriji li jiddeskrivu l-motivi li għalihom il-kontroparti tista' tkun inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex aktarx li mhux se tħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex kwalunkwe dejn ilu dovut iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser tħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Kontroparti inadempjenti kemm għaliex il-kontroparti aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex kull dejn ilu dovut għal iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “Status inadempjenti tal-kontroparti”, jitqies li ġie fis-seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument

Tip ta' strument

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrument skont it-tip ta' termini kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet.

Depożiti minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.79 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid.

Overdraft

Valur

Overdraft kif iddefinit fil-punt 2(1)(c) tat-Tabella fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn tal-karta ta' kreditu

Valur

Kreditu mogħti permezz ta' karti ta' debitu ttardjat, jiġifieri li jipprovdi kreditu ta' konvenjenza, jew permezz ta' karti ta' kreditu, jiġifieri karti li jipprovdu kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż.

Kreditu li jdur minbarra overdrafts u dejn ta' karta tal-kreditu

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

l-ammont ta' kreditu disponibbli jista' jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jittieħdu b'self u jitħallsu lura;

(iii)

il-kreditu jista' jintuża b'mod ripetittiv;

(iv)

ma jkunx dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Linji ta' kreditu minbarra kreditu li jdur

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

il-kreditu jista' jintuża ripetutament;

(iii)

ma jkunx kreditu li jdur, dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Repo rriversjat kif iddefinit fil-Parti 2.14 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-kummerċ riċevibbli kif iddefinit fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Kirjiet finanzjarji

Valur

Kirjiet finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 5.134 sa 5.135 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self ieħor

Valur

Self ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Self għandu l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 5.112, 5.113 u 5.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

Self għal finanzjament ta' proġett

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' finanzjament ta' proġett.

Self għal finanzjament ta' proġett

Valur

Jintuża jekk l-istrument huwa self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Self mhux għal finanzjament ta' proġett

Valur

L-istrument mhuwiex self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Muniti

Attribut tad-dejta

Denominazzjoni tal-munita tal-istrumenti, skont l-istandard ISO 4217.

Standard ISO 4217

Valur

Kodiċi standard ISO 4217 għall-muniti.

Data ta' bidu

Attribut tad-dejta

Id-data meta bdiet ir-relazzjoni kuntrattwali, jiġifieri d-data meta l-ftehim kuntrattwali sar vinkolanti għall-partijiet kollha.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tas-saldu

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt huma jew jistgħu jiġu eżegwiti għall-ewwel darba, jiġifieri d-data meta l-istrumenti finanzjarji huma skambjati jew maħluqa inizjalment.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data ta' maturità finali legali

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-istrument, wara li jitqies kull ftehim li jemenda l-kuntratti inizjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rikors

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrumenti bbażata fuq id-drittijiet tal-kreditur li jaqbad l-assi tad-debitur ħlief għal kwalunkwe protezzjoni li tiggarantixxi l-istrument.

Rikors

Valur

Strument li bih il-kreditur għandu d-dritt jaqbad l-assi tad-debitur għajr għal kull protezzjoni mogħtija biex tiggarantixxi l-istrument, jew, fil-każ ta' ammonti riċevibbli fil-kummerċ, id-dritt għall-ġbir ta' dejn mill-entità li biegħet l-ammonti riċevibbli lill-kreditur.

L-ebda rikors

Valur

Strument mingħajr rikors kif iddefinit iktar 'il fuq.

Tip tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu bbażati fuq ir-rata bażika biex tiġi stabbilita r-rata ta' imgħax għal kull perijodu ta' ħlas.

Fiss

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rata kostanti — rata kostanti numerika magħruga biċ-ċertezza fil-bidu tal-iskopertura — u fejn ir-rati tal-imgħax japplikaw għall-iskopertura sħiħa. L-iskema tista' tinkludi iktar minn rata ta' imgħax waħda kostanti li tiġi applikata f'perijodi differenti matul il-ħajja tal-iskopertura (eż. self b'rati ta' imgħax kostanti matul il-perijodu b'rata fiss inizjali, li mbagħad tinbidel għal rata ta' imgħax differenti, li għadha kostanti, u li kienet magħrufa fil-bidu tal-iskopertura).

Variabbli

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rati ta' imgħax ibbażati fuq l-evoluzzjoni ta' varjabbli oħra (il-varjabbli ta' referenza) u fejn ir-rata ta' imgħax tapplika għall-iskopertura sħiħa.

Imħallat

Valur

Other interest rate type not included in any of the categories listed above.

Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Frekwenza li biha r-rata tal-imgħax tiġi rrisettjata wara l-perijodu ta' rata fissa inizjali, jekk hemm.

Ma tistax tiġi rrissettjata

Valur

Strument li ma jinkludix ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax.

Mil-lejl għan-nhar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kuljum.

Ta' kull xahar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi trimestrali.

Semiannwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi semiannwali.

Annwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi annwali.

Fid-diskrezzjoni tal-kreditur

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali li bih il-kreditur għandu d-dritt li jistabbilixxi d-data tar-risettjar tar-rata ta' imgħax.

Frekwenza oħra

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax bi frekwenza differenti minn dik ta' kwalunkwe kategorija oħra elenkata iktar 'il fuq.

Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss

Attribut tad-dejta

Id-data meta jintemm il-perijodu ta' imgħax biss. Imgħax biss huwa strument li għalih, għal perijodu stabbilit kuntrattwalment, jitħallas biss l-imgħax fuq il-kapital, waqt li l-bilanċ tal-kapital ma jinbidilx.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rati ta' referenza

Attribut tad-dejta

Rata ta' referenza użata għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax attwali.

Kodiċi tar-rata ta' referenza

Valur

Il-kodiċi tar-rata ta' Referenza huwa taħlita tal-valur tar-rata ta' referenza u l-valur tal-maturità.

Għandhom jintużaw il-valuri tar-rati ta' referenza li ġejjin:

EURIBOR, USD LIBOR, GPB LIBOR, EUR LIBOR, JPY LIBOR, CHF LIBOR, MIBOR, rati ta' referenza individwali oħra, rati ta' referenza multipli oħrajn.

Il-maturitajiet li ġejjin għandhom jintużaw:

Mil-lejl għan-nhar, ġimgħa, ġimgħatejn, tliet ġimgħat, xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, sitt xhur, seba' xhur, tmien xhur, disa' xhur, għaxar xhur, ħdax-il xahar, tnax-il xahar.

Il-kodiċi tar-rata ta' referenza huwa fformat bil-mod li ġej: il-valur tar-rata ta' referenza tiġi kkombinata mal-valur tal-maturità.

Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Marġni jew firxa (espressi f'perċentwali) biex tiżdied mar-rata ta' referenza li tintuża għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax f'punti bażi.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur massimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu bażi tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur minimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Skop

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' strumenti skont l-iskop tagħhom.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Finanzjament ta' proprjetà residenzjali. Proprjetà residenzjali hija ddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Xiri ta' beni immobbli kummerċjali;

Valur

Finanzjament ta' proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali.

Self b'marġni

Valur

Strumenti li fihom istituzzjoni testendi kreditu b'konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. Strumenti ta' self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f'forma ta' titoli;

Finanzjament ta' dejn

Valur

Finanzjament ta' dejn pendenti jew li qed jimmatura. Dan jinkludi rifinanzjament ta' dejn.

Importazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni mhux residenti lil residenti

Esportazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni residenti lil persuni mhux residenti.

Investiment fil-kostruzzjoni

Valur

Finanzjament ta' kostruzzjoni ta' bini, infrastruttura u faċilitajiet industrijali.

Faċilità ta' kapital tax-xogħol

Valur

Finanzjament tal-ġestjoni tal-fluss ta' kontanti ta' organizzazzjoni

Skopijiet oħrajn

Valur

Skopijiet oħrajn mhux inklużi fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Tip ta' ammortizzament

Attribut tad-dejta

Tip ta' ammortizzament ta' strument inkluż il-kapital u l-imgħax.

Franċiż

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont totali — kapital u mgħax — imħallas lura f'kull pagament huwa l-istess.

Ġermaniż

Valur

Ammortizzament fejn l-ewwel rata hina bl-imgħax biss u r-rati li jibqa' huma kostanti, inkluż ammortizzament kapitali u mgħax.

Skeda ta' ammortizzament fissa

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont prinċipali mħallas lura f'kull pagament ikun l-istess.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Tip ta' ammortizzament ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Frekwenza ta' ħlas

Attribut tad-dejta

Frekwenza ta' ħlasijiet dovuti, jew tal-kapital jew l-imgħax, jiġifieri numru ta' xhur bejn il-pagamenti

Ta' kull xahar

Valur

Fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Fuq bażi trimestrali

Semiannwalment

Valur

Fuq bażi semiannwali

Annwali

Valur

Fuq bażi annwali.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament irrispettivament mill-frekwenza tal-ħlas ta' imgħax.

Kupun żero

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Frekwenza ta' ħlas ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Identifikatur ta' kuntratt Sindikat

Attribut tad-dejta

“Identifikatur ta' kuntratt” applikat mill-arranġatur ewlieni tas-self sindakat biex jiġi identifikat b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt sinfikat għandu jkollu “identifikatur ta' kuntratt sindikat” wieħed. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża mill-arranġatur ewlieni bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor. Il-kredituri kollha li jipparteċipaw fil-kuntratt sinfikat għandhom jużaw l-istess “identifikatur tal-kuntratt sindikat”.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejn subordinat

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' dejn subordinat Strumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, (eż. depożiti/self).

Dejn subordinat

Valur

L-istrument huwa dejn subordinat skont it-Tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn mhux subordinat

Valur

L-istrument mhux subordinat.

Drittijiet ta' ħlasijiet lura

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu skont id-drittijiet tal-kreditu biex jitlob il-ħlas lura tal-iskopertura.

Fuq talba jew avviż qasir

Valur

Strumenti li jitħallsu lura fuq talba tal-kreditur fi żmien qasir.

Oħrajn

Valur

Strumenti suġġetti għal drittijiet ta' ħlas lura ħlief fuq talba jew fi żmien qasir.

Strument fiduċjarju

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti fejn l-aġent osservat jaġixxi f'ismu stess iżda għan-nom u bir-riskju fuq it-terza persuna.

Strument fiduċjarju

Valur

Jintuża biss jekk l-istrument jitpoġġa f'kapaċità fiduċjarja.

Strument mhux fiduċjarju

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jitpoġġiex f'kapaċità fiduċjarja.

L-ammont ta' impenn fil-bidu

Attribut tad-dejta

Skopertura massima ta' aġent osservat għar-riskju tal-kreditu fid-data tal-bidu tal-istrument, mingħajr ma titqies kwalunkwe protezzjoni miżmuma jew titjib ieħor fil-kreditu. Ammont totali kommess fid-data tal-bidu jiġi stabbilit matul il-proċess ta' approvazzjoni u huwa intiż li jirrestrinġi l-ammont ta' tar-riskju tal-kreditu tal-aġent osservat lil kontroparti partikolari għall-istrument rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri

Attribut tad-dejta

Id-differenza bejn l-ammont nominali dovut u l-prezz ta' xiri tal-istrument u d-data tax-xiri. Dan l-ammont għandu jiġi rrapportat għall-istrumenti mixtrija għal ammont inqas mill-ammont dovut minħabba d-deterjorament tar-riskju tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. Ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.

Dejta finanzjarja

Rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Rata miftiehma annwalizzata jew rata tal-imgħax iddefinita b'mod ristrett skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6).

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss

Attribut tad-dejta

Id-data meta ser isir ir-risettjar li jmiss tar-rata tal-imgħax, kif iddefinit fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Jekk l-istrument mhuwiex suġġett għal risettjar tar-rata ta' imgħax fil-futur, għandha tiġi rrapportata d-data ta' maturità finali legali tiegħu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Ammont ittrasferit

Attribut tad-dejta

Ammont ittrasferit ta' proprjetà ekonomika tal-assi finanzjarju.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument. Kategoriji li jiddeskrivu s-sitwazzjonijiet fejn strument jista' jiġi deskritt li huwa inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-debitur aktarx li mhux ser iħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-dejn ilu iktar minn 90/180 jum dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser isir ħlas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Strument inadempjenti kemm għaliex huwa kkunsidrat li d-debitur aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Arretrati għall-istrument

Attribut tad-dejta

Ammont aggregat tal-kapital, imgħax u ħlas ta' tariffa pendenti fid-data tar-rapportar, li huwa kuntrattwalment dovut u ma tħallasx (dovut). Dan l-ammont dejjem jiġi rrapportat. 0 għandu jiġi rrapportat jekk l-istrument ma kienx dovut fid-data tar-rapportar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' skadenza għall-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istrument sar dovut skont il-Parti 2.48 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 680/2014. Din hija l-aħħar tali data qabel id-data ta' rapportar ta' referenza, u għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument huwa dovut fuq id-data ta' referenza ta' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status inadempjenti tal-istrument”, huwa kkonsidrat li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' titolizzazzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip ta' titolizzazzjoni skont l-Artikolu 242(10) u (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titolizzazzjoni tradizzjonali

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni tradizzjonali.

Titolizzazzjoni sintetika

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni sintetika.

Mhux titolizzat

Valur

Strument li mhuwiex titolizzat jew f'titolizzazzjoni tradizzjonali jew sintetika.

Ammont nominali dovut

Attribut tad-dejta

Ammont prinċipali pendenti fl-aħħar tad-data ta' referenza ta' rapportar, inkluż imgħax mhux imħallas dovut imma bl-esklużjoni ta' imgħax dovut. L-ammont nominali pendenti għandu jiġi rrapportat nett mit-tħassir jew tnaqqis tal-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Ammont nominali totali ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Dan jinkludi kull impenn biex jingħata self qabel ma jiġu kkunsidrati fatturi ta' konverżjoni u tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu. Huwa l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma titqies l-ebda protezzjoni miżmuma jew titjib fil-kreditu ieħor.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Imgħax akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' imgħax dovut fuq self fid-data ta' referenza ta' rapportar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (ECB/2013/33). Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax riċevut fuq strumenti għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (jiġifieri skont il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi riċevut (jiġifieri skont il-bażi ta' kontanti (cash basis)).

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta tal-kontabbiltà

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

Attribut tad-dejta

Portafoll tal-kontabbiltà fejn l-istrument huwa rrekordjat skont l-istandard ta' kontabbiltà — IFRS GAAP nazzjonali — skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) applikat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

Portafolli tal-kontabbiltà IFRS

Bilanċ ta' kontanti f'banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn

Valur

Bilanċi ta' kontanti mal-banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn skont IFRS.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont IFRS.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont IFRS.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permess ta' profitt jew telf u indikati bħala tali wara rikonoxximent inizjali jew sussegwentement IFRS ħlief dawk ikklassifikati bħala assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar.

Assi finanzjarji b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor minħabba l-mudell ta' negozju u karatterisitiċi ta' flussi ta' kontanti skont IFRS.

Assi finanzjarji mkejlin b'kost amortizzat

Valur

Assi finanzjarji mkejla bi spiża ammortizzata skont IFRS.

Portafolli tal-kontabbiltà nazzjonali GAAP

Flus kontanti u bilanċi ta' flus kontanti mal-banek ċentrali

Valur

Bilanċi ta' flus mal-banek ċentrali skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji għan-Negozjar

Valur

Negozjar ta' assi finanzjarji skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji indikati b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

Valur

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf)

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għal ekwità

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għall-ekwità skont il-GAAP nazzjonali.

Self u riċevibbli

Valur

Self u riċevibbli skont il-GAAP nazzjonali.

Investimenti miżmuma sal-maturità

Valur

Investimenti miżmuma sal-maturità skont il-GAAP nazzjonali.

Strumenti ta' dejn mhux tan-negozjar mkejla b'metodu bbażat fuq il-kosti

Valur

Strumenti ta' dejn mhux għan-negozjar imkejla b'metodu bbażat fuq il-kost skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji mhux għan-Negozjar mhux Derivattivi oħrajn

Valur

Assi Finanzjarji oħrajn mhux għan-egozjar u mhux derivattivi skont il-GAAP nazzjonali.

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ tal-assi finanzjarju.

Totalment rikonoxxut

Valur

Strument totalment rikonoxxut, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Rikonoxxut sa fejn tibqa' involuta l-istituzzjoni

Valur

Strument rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tal-istituzzjoni, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Totalment dekontabilizzat

Valur

Strument totalment dekontabilizzat, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Sorsi ta' gravami

Attribut tad-dejta

Tip ta' tranżazzjoni fejn l-iskopertura għandha piż skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi jiġu ttrattati bħala vinkolati jekk ikunu ġew mirhuna jew soġġetti għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxu, jikkolateralizzaw jew itejbu l-kreditu ta' kwakwe strument minn fejn ma jkunux jistgħu jinġibdu liberament.

Finanzjament tal-banek ċentrali

Valur

Finanzjament ta' bank ċentrali (ta' kull tip, inklużi riakkwisti), skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivattivi nnegozjati ta' skambju

Valur

Derivattivi nnegozjati fi skambju skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivat over the counter

Valur

Derivattivi barra l-borża skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti — ftehim għal xiri mill-ġdid mhux lil banek ċentrali

Valur

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid minbarra lil banek ċentrali skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti li mhumiex ftehim għal xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti minbarra ftehimiet ta' xiri mill-ġdid skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — garanziji ta' bonds koperti

Valur

Titoli ta' bonds koperti maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — titoli ggarantiti b'assi

Valur

Titoli ggarantiti b'assi (ABS) maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta dejn maħruġin — li ma jkunux bonds koperti u ABSs

Valur

Titoli ta' dejn maħruġa minbarra bonds koperti u ABSs skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Sorsi oħra ta' vinkoli

Valur

Sorsi ta' gravami oħrajn skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ebda piż

Valur

Strument li ma ġiex mirhun jew suġġett għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxi, jikkolateralizza jew itejjeb il-kreditu ta' kwalunkwe strument minn fejn ma jkunx jista' jinġibed liberament.

Tħassir akkumulat

Attribut tad-dejta

Ammont kumulattiv ta' kapital u imgħax dovut ta' kwalunkwe strument ta' dejn li l-istituzzjoni m'għadhiex tirrikonoxxi għaliex kkunsidrati bħala li ma jinġabrux, indipendentement mill-portafoll fejn ġew inklużi. Kanċellazzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati kemm minn tnaqqis fl-ammont li jġorr l-assi finanzjarji rrikonoxxuti direttament fil-profitt u t-telf u minn tnaqqis fl-ammonti tal-kontijiet ta' provvedimenti għat-telf ta' kreditu paċuti kontra l-ammont riportat ta' assi finanzjarji.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont ta' indeboliment akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti ta' telf li jinżammu kontra jew huma allokati għall-istrument fid-data ta' referenza tar-rapportar. Dan l-attribut tad-dejta japplika għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-istandard tal-kontabbiltà applikat.

Taħt l-IFRS, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont ta' 12-il xahar telf ta' kreditu mistenni;

(ii)

Provvediment ta' ammont ta' telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja;

Taħt GAAP, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti ġenerali;

(ii)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti speċifiċi.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' indeboliment

Attribut tad-dejta

Tip ta' indeboliment

Stadju 1 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument mhux indebolit u jinġiet provvediment ta' telf f'ammont ta' telf ta' kreditu mistenni ta' 12-il xahar kontra l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 2 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx indebolit u jinġieb provvediment ta' telf f'ammont ugwali għat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja kontra dan l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 3 (IFRS)

Valur

Li għandu jintuża jekk l-istrument huwa indeboliti fil-kreditu skont l-IFRS 9.

Provvedimenti ġenerali (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u ebda provvediment ta' telf speċifiku ma jitqajjem kontra l-istrument (mhux indebolit).

Provvedimenti speċifiċi (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u jitqajmu provvedimenti ta' telf speċifiċi, irrispettivament minn jekk dawk il-provvedimenti jkunux indirizzati individwalment jew b'mod kollettiv (indeboliti).

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

Attribut tad-dejta

Il-metodu li permezz tiegħu jiġi evalwat l-indeboliment, jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont l-istandards tal- kontabbiltà applikati. Issir distinzjoni bejn metodi kollettivi u individwali.

Ivvalutati individwalment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u jkun ivvalutat individwalment għal indeboliment.

Ivvalutat kollettivament

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u huwa evalwat b'mod kollettiv għal indeboliment billi jiġi raggruppat flimkien ma' strumenti b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili.

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

Attribut tad-dejta

Tibdil akkumulat b'valur ġust minħabba l-kreditu tar-riskju skont il-Parti 2.46 tal-Anness V ta-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status produttiv tal-istrument

Attribut tad-dejta

L-istrument għandu jiġi kklassifikat fid-data ta' referenza tar-rapportar taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin.

Mhux produttiv

Valur

Strumenti kklassifikati bħala mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Produttiv

Valur

Strumenti li ma jkunux mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus produttiv, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status produttiv tal-istrument”, huwa kkonsidrat li ġie stabbilit jew inbidel.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Provvedimenti assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti għal impenji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' trażżin u rinegozjar

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti mrażżna u nnegozjati mill-ġdid.

Imrażżna: strumenti b'rata ta' imgħax immodifikata taħt il-kundizzjonijiet tas-suq

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati inkluża modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34).

Imrażżna: strumenti b'termini u kundizzjonijiet oħrajn immodifikati

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati, ħlief għal modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Imrażżna: dejn iffinanzjat mill-ġdid totalment jew parzjalment

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw għal dejn iffinanzjat mill-ġdid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Strument irrinegozjat mingħajr miżuri ta' grazzja

Valur

Strument li għalih il-kundizzjonijiet finanzjarji ġew immodifikati u li għalih ebda miżura ta' trażżin ma tapplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Mhux imrażżan jew innegozjat mill-ġdid

Valur

La miżuri ta' grazzja u lanqas ta' rinegozjar ma japplikaw skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

Attribut tad-dejta

Ammont totali rkuprat mid-data tal-inadempjenza

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

Attribut tad-dejta

Id-data meta status ta' trażżin jew ta' rinegozjar kif irrapportat itaħt “status ta' trażżin u negozjar mill-ġdid” jitqies li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Portafoll prudenzjali

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skoperturi fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Portafoll tan-negozjar

Valur

Strumenti fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ktieb mhux tan-negozju

Valur

Strumenti mhux fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ammont riportat

Attribut tad-dejta

L-ammont li jinġarr skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-kontroparti — strument

Rwol tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Rwol tal-kontrapartijiet fi strument.

Kreditur

Valur

Il-kontroparti li jassumi r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Debitur

Valur

Kontroparti li jiġġenera r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Serviser

Valur

Kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;

Originator

Valur

Kontroparti fi transazzjoni ta' titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Attribut tad-dejta

Ammont nominali pendenti li għalih kull debitur huwa responsabbli fir-rigward ta' strument wieħed fejn hemm żewġ debituri jew iktar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

Data ta' maturità tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-protezzjoni, li tkun l-aktar data bikrija meta l-protezzjoni tista' tintemm jew tiġi mitmuma, waqt li jitqies kwalunkwe ftehim li jemenda l-kuntratti inizzjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' protezzjoni riċevuta, irrispettivament mill-eliġibbiltà tagħha għal mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

Deheb

Valur

Deheb skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Valuta u depożiti

Valur

Muniti u depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Titoli

Valur

Titoli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.89 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self

Valur

Self kif iddefinit fil-paragrafu 5.112 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment

Valur

Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment jew unitajiet kif iddefiniti fil-paragrafu 5.139 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Derivattivi tal-kreditu

Valur

Derivattivi tal-kreditu li huma:

—

Derivattivi tal-kreditu li josservaw id-definizzjoni ta' garanziji finanzjarji — kif imfisser fil-paragrafu 58(b) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

—

Derivattivi tal-kreditu li mhumiex garnziji finanzjarji — kif iddefiniti fil-paragrafu 67(d) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Derivattivi tal-kreditu jinkludu d-derivattivi tal-kreditu eliġibbli indikati fl-Artikolu 204 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu

Valur

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-Kummerċ riċevibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna

Valur

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni li tagħti self skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Proprjetà residenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali

Valur

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral fuq proprjetà immobbli kummerċjali;

Valur

Proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali, postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali.

Kollateral fiżiku ieħor

Valur

Kollateral fiżiku ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex inklużi fil-valuri ta' qabel.

Protezzjoni oħra

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont tal-valur tal-protezzjoni kif stabbilit għat-“Tip ta' valur tal-protezzjoni” relevanti skont l-approċċ tal-valutazzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip tal-valur ipprovdut fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Ammont nozzjonali

Valur

L-ammont nominali jew li jidher fil-wiċċ miftiehem kuntrattwalment li jintuża biex jiġu kkalkulati ħlasijiet f'każ li l-protezzjoni tiġi eżegwita.

Valur ġust

Valur

Il-prezz li jkollu jiġi riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni b'mod ordinat bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

Għandu jintuża biss jekk il-protezzjoni ma tkunx proprjetà immobbli.

Valur tas-suq

Valur

Il-“valur tas-suq” attwali ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(76) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-suq huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur sostenibbli fit-tul

Valur

Il-“valur ta' tislif b'ipoteka” ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(74) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-self ipotekarju huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Post tal-kollateral ta' beni immobbli

Attribut tad-dejta

Reġjun jew pajjiż fejn jinsab il-kollateral.

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Reġjuni ta' NUTS 3

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3 fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li jkun jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Data ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data meta saret l-aħħar stima jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel id-data ta' referenzata' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Approċċ tal-valutazzjoni tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' valutazzjoni tal-protezzjoni; metodu użat biex jiġi ddeterminat il-valur tal-protezzjoni.

Mark-to-market

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valur tal-protezzjoni huwa bbażat fuq prezzijiet ikkwotati mhux aġġustati għal assi u obbligazzjonijiet identiċi f'suq attiv.

Stima tal-kontroparti

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valutazzjoni ssir mill-fornitur tal-protezzjoni.

Valutazzjoni tal-kreditur

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu l-valutazzjoni ssir mill-kreditur: il-valutazzjoni ssir minn evalwatur estern jew li jkun membru tal-persunal li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valutazzjoni u li ma jkunx indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Valutazzjoni tat-terza persuna

Valur

Metodu ta' valutazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir minn evalwatur li jkun indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Tip ieħor ta' valutazzjoni

Valur

Tip ieħor ta' valutazzjoni mhux inkluż f'kategoriji ta' valutazzjoni oħrajn.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Il-valur ġust tal-protezzjoni fid-data meta ġiet riċevuta oriġinarjament bħala protezzjoni tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data tal-valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Id-data tal-valur oriġinali tal-protezzjoni, jiġifieri d-data meta saret l-aħħar evalwazzjoni jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel ma ġiet riċevuta inizzjalment bħala protezzjoni tal-kreditu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument u l-protezzjoni riċevuta

Valur tal-protezzjoni allokata

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu tal-valur ta' protezzjoni li jista' jiġi kkunsidrat bħala protezzjoni tal-kreditu għall-istrument. L-ammont ta' pretenzjonijiet ta' prijorità ta' terzi persuni eżistenti jew tal-aġent osservat kontra l-protezzjoni għandu jiġi eskluż fil-valur allokat ta' protezzjoni. Għal protezzjoni li hija eliġibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan il-valur għandu jiġi rrapportat skont il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Pretenzjonijiet prijoritarji ta' terzi kontra l-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu ta' kwalunkwe lien ggradat ogħla eżistenti fir-rigward ta' terzi għajr għall-aġent osservat li jista' jintuża kontra l-protezzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(2)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi ta' daqs mikro, żgħar jew medju (2003/361/KE) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(4)  Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13. Vol. 29, p. 609 — 612).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 157-173).

(6)  Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).

ANNESS V

ANNESS V

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit