+Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku
---+Preamble: 1
---+Article 1
---+Article 2
---+Article 3
------+Article 3 —
------+Article 3 —
------+Article 3 —
---+Article 4
English - European Union - Energy -

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku

Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-4 ta' Diċembru 1990

li tistabbilixxi emendi bl-iskop li jiġu implimentati fil-Ġermanja ċerti Direttivi tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' statistiċi dwar il-ġarr ta' merkanzija u statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku

(90/653/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva 78/546/KEE [4], kif emendata l-aħħar mid-Direttivi 89/462/KEE [5], 80/1119/KEE [6] u 80/1177/KEE [7], it-tnejn kif emendati mill-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, dwar statistiċi għall-ġarr ta' oġġetti;

Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva 90/377/KEE dwar proċedura tal-Komunità sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet ta' gass u elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali [8];

Billi mid-data ta' l-unifikazzjoni tal-Ġermanja 'l quddiem il-liġi tal-Komunità għandha tkun applikabbli bis-sħiħ fit-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja;

Billi l-analiżi sistematika reġjonali għal statistiċi ta' ġarr għandha tiġi estiża sabiex tinkludi t-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja;

Billi l-lista ta' amministrazzjonijiet li qegħdin imexxu s-sistemi ta' ferroviji ewlenin għandha tiġi emendata għall-iskop ta' statistiċi dwar il-ġarr ta' oġġetti bil-ferrovija;

Billi l-analiżi sistematika skond ir-reġjun u l-lokalita' ta' statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku għandha tiġi estiża sabiex tinkludi dawk tat-territorju ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża;

Billi s-sitwazzjoni preżenti ma tippermettix li r-reġjuni u l-lokalitajiet inkwestjoni jiġu definiti bi preċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Għall-analiżi sistematika ta' statistiċi dwar il-ġarr ta' oġġetti li jaqgħu taħt id-Direttivi 78/546/KEE, 80/1177/KEE u 80/1119/KEE, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tiddefinixxi r-reġjuni fit-territorju ta' dak li qabel kien ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u għandha tikkomunikahom qabel id-data ta' meta l-miżuri proviżorji mpoġġija fuq il-mejda b'mod konformi mad-Direttiva 90/476/KEE jiġu mibdula b'miżuri transizzjonali, u f'kull kas mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Fir-rigward ta' l-istatistiċi reġjonali dwar il-ġarr ta' oġġetti bil-ferrovija li jaqgħu taħt id-Direttiva 80/1177/KEE, ir- Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tikkomunika l-ismijiet ta' l-amministrazzjonijiet li jmexxu linji tal-ferroviji u ta' l-installazzjonijiet fil-Ġermanja qabel id-data ta' meta l-miżuri proviżorji mpoġġija fuq il-mejda kif previst bid-Direttiva 90/476/KEE jiġu mibdula b'miżuri transizzjonali u f'kull kas mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-Artikolu 2

Għall-analiżi sistematika skond ir-reġjun u l-lokalità ta' statistiċi dwar prezzijiet ta' gass u ta' elettriku li huma koperti bid-Direttiva 90/377/KEE, il-Ġermanja għandha tiddefinixxi sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1992 ir-reġjuni u l-lokalitajiet fit-territorju ta' dak li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u għandha tikkomunikahom lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata bħala informazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament.

L-Artikolu 3

Il-Kummissjoni hija awtorizzata li temenda dawn li ġejjin:

- L-Anness II tad-Direttivi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1(1);

- L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 80/1177/KEE;

- L-Annessi I u II tad-Direttiva 90/377/KEE, wara konsultazzjoni mal-kumitat kompetenti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

G. de Michelis

[1] ĠU C 248, tat-2.10.1990, p. 7.

[2] L-opinjoni mogħtija fil-21 ta' Novembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 1990 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 29.

[5] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 8.

[6] ĠU L 339, tal-15.12.1980, p. 30.

[7] ĠU L 350, tat-23.12.1980, p. 23.

[8] ĠU L 185, tas-17.7.1990, p. 16.

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

THE COUNCIL OF THE EUROPEAN COMMUNITIES,

Having regard to the Treaty establishing the European Economic Community, and in particular Article 213 thereof,

Having regard to the proposal from the Commission (1),

Having regard to the opinion of the European Parliament (2),

Having regard to the opinion of the Economic and Social Committee (3),

Whereas the Council has adopted Directive 78/546/EEC (4), as last amended by Directives 89/462/EEC (5), 80/1119/EEC (6) and 80/1177/EEC (7), as both amended by the Act of Accession of Spain and Portugal, on statistics on the carriage of goods;

Whereas the Council has adopted Directive 90/377/EEC concerning a Community procedure to improve the transparency of gas and electricity prices charged to industrial end-users (8);

Whereas from the date of German unification onwards Community law will be fully applicable to the territory of the former German Democratic Republic;

Whereas the regional breakdown for carriage statistics should be extended to include the territory of the former German Democratic Republic;

Whereas the list of administrations managing the main railway networks should be amended for the purpose of statistics on the carriage of goods by rail;

Whereas the breakdown by region and locality of statistics on gas and electricity prices should be extended to include those of the territory of the former German Democratic Republic;

Whereas the current situation does not allow the regions and localities in question to be defined precisely,

HAS ADOPTED THIS DIRECTIVE:

Article 1

Article 1

1.   For the regional breakdown of statistics on the carriage of goods covered by Directives 78/546/EEC, 80/1177/EEC and 80/1119/EEC, the Federal Republic of Germany shall define the regions in the territory of the former German Democratic Republic and communicate them to the Commission prior to the date at which the interim measures tabled pursuant to Directive 90/476/EEC are replaced by transitional measures and at any rate not later than 31 December 1990. This information will be communicated for information to the European Parliament and the Council.

2.   For the regional statistics on the carriage of goods by rail covered by Directive 80/1177/EEC, the Federal Republic of Germany shall communicate the names of the administrations managing railway lines and installations in Germany prior to the date at which the interim measures tabled pursuant to Directive 90/476/EEC are replaced by transitional measures and at any rate not later than 31 December 1990. This information will be communicated for information to the European Parliament and the Council.

Article 2

Article 2

For the breakdown by region and locality of statistics on gas and electricity prices covered by Directive 90/377/EEC, Germany shall define no later than 1 July 1992 the regions and localities in the territory of the former German Democratic Republic and communicate them to the Commission. This information will be communicated for information to the Council and the Parliament.

Article 3

The Commission shall be authorized to amend the following:

Article 4

Article 4

This Directive is addressed to the Member States.

Done at Brussels, 4 December 1990.

For the Council

The President

G. DE MICHELIS


(1)  OJ No C 248, 2. 10. 1990, p. 7.

(2)  Opinion delivered on 21 November 1990 (not yet published in the Official Journal).

(3)  Opinion delivered on 20 November 1990 (not yet published in the Official Journal).

(4)  OJ No L 168, 26. 6. 1978, p. 29.

(5)  OJ No L 226, 3. 8. 1989, p. 8.

(6)  OJ No L 339, 15. 12. 1980, p. 30.

(7)  OJ No L 350, 23. 12. 1980, p. 23.

(8)  OJ No L 185, 17. 7. 1990, p. 16.


1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit