+REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/802 tad-19 ta' Mejju 2015 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti żjut tqal u prodotti simili
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/802 tad-19 ta' Mejju 2015 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti żjut tqal u prodotti simili

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/802

tad-19 ta' Mejju 2015

li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti żjut tqal u prodotti simili

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt l-intestatura 2710 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni (“dazji doganali”) fuq ċerti żjut u prodotti simili li l-piż tal-kostitwenti mhux aromatiċi tagħhom jaqbeż dak tal-kostitwenti aromatiċi huma sospiżi, sakemm dawk iż-żjut u prodotti simili huma destinati li jgħaddu minn proċess speċifiku u huma soġġetti għall-proċedura tal-użu finali stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) (il-“proċedura tal-użu finali”).

(2)

Ċerti żjut u prodotti simili li l-piż tal-kostitwenti aromatiċi tagħhom jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi (“żjut tqal u prodotti simili”) kienu, sat-3 ta' April 2013, ukoll ikklassifikati taħt l-intestatura 2710 , u b'hekk kienu jgawdu minn trattament ta' eżenzjoni mid-dazju għal perjodu indefinit.

(3)

Madankollu, mill-4 ta' April 2013, dawk iż-żjut tqal u prodotti simili ġew ikklassifikati taħt l-intestatura 2707 , mingħajr ebda trattament ta' eżenzjoni mid-dazju.

(4)

B'effett mill-1 ta' Lulju 2014, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (3) ta sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi lil dawk iż-żjut tqal u prodotti simili.

(5)

Madankollu, peress li fl-Unjoni ma hemm l-ebda provvista ta' tali żjut tqal u prodotti simili, is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi kellha tiġi applikata mingħajr l-interruzzjoni matul il-perijodu mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014, sakemm dawk iż-żjut tqal u prodotti simili kienu destinati għall-użu bħala materja prima tar-raffinerija biex jgħaddu minn proċess speċifiku u kienu soġġetti għall-proċedura tal-użu finali.

(6)

Għaldaqstant, bil-għan li jiġi żgurat b'mod adegwat il-benefiċċju tas-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali awtonomi fir-rigward ta' dawk iż-żjut tqal u prodotti simili li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2707 99 99 , is-sospensjoni temporanja għandha tapplika b'effett retroattiv mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014.

(7)

Sabiex jingħata effett għal tali sospensjoni retroattiva tad-dazji doganali awtonomi, l-effett retroattiv tal-awtorizzazzjoni għal użu finali korrispondenti, kif stipulat fl-Artikolu 294(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandu wkoll jiġi estiż sal-4 ta' April 2013,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS

Artikolu 1

Artikolu 1

Mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014, id-dazji doganali awtonomi fuq żjut tqal u prodotti simili li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2707 99 99 destinati għall-użu bħala materja prima tar-raffinerija biex jgħaddu minn wieħed mill-proċessi speċifiċi deskritti fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 27 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jiġu sospiżi, sakemm ir-regoli dwar il-proċedura tal-użu finali stabbiliti fl-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jiġu applikati.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, l-effett retroattiv ta' awtorizzazzjoni għal użu finali kif stipulat fl-Artikolu 294(3) tar- Regolament (KEE) Nru 2454/93 jista' jiġi estiż sal-4 ta' April 2013 sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 294(3) ta' dak ir-Regolament jiġu ssodisfati.

Artikolu 2

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 201).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0802
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.