Artikolu 1
Mill-4 ta' April 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014, id-dazji doganali awtonomi fuq żjut tqal u prodotti simili li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2707 99 99 destinati għall-użu bħala materja prima tar-raffinerija biex jgħaddu minn wieħed mill-proċessi speċifiċi deskritti fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 27 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jiġu sospiżi, sakemm ir-regoli dwar il-proċedura tal-użu finali stabbiliti fl-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jiġu applikati.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, l-effett retroattiv ta' awtorizzazzjoni għal użu finali kif stipulat fl-Artikolu 294(3) tar- Regolament (KEE) Nru 2454/93 jista' jiġi estiż sal-4 ta' April 2013 sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 294(3) ta' dak ir-Regolament jiġu ssodisfati.