ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET U STATISTIKA LI GĦANDHA TIĠI DIKJARATA
Wara t-titolu ta' kull tifsira hemm il-lista ta' l-artikoli jew tabelli tar-regolament fejn tinstab riferenza għall-frażi.
I. TIFSIRIET U VARJANTI TA INTERESS ĠENERALI
1. Ajruport tal-Komunità (L-Artikolu 1 sa 3)
Wicc partikulari fuq art jew l-ilma li jkun jinsab fi Stat Membru soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-trattat, li hu maħsub li jkun użat għal kollox jew inparti għall-wasla, tluq jew moviment ta' l-ajruplani u miftuħ għas-servizzi ta' l-ajru kummerċjali (ara -4-).
2. Titjira Statali (L-Artikolu 1 u Lista C1)
Kwalunkwe titjira magħmula permezz ta' ajruplan tal-militar, tad-dwana, tal-pulizija jew ta' servizzi li jeżegwixxu liġi ta' Stat.
Kull titjira dikjarata bħala “titjira Statali” mill-awtoritajiet ta' l-Istat.
L-espressjoni “ħlief għat-titjiriet mill-ajruplan ta' l-Istat” fl-Artikolu 1 għandha tiġi interpretat bħala “ħlief għat-titjiriet ta' l-Istat”.
3. Unita ta' passiġġier (L-Artikolu 3(2), (3) u (5))
Unita ta' passiġġier hija ekwivalenti għal passiġġier wieħed jew għal 100 kilogramma ta' merkanzija jew posta.
Biex tiġi stabbilita l-lista ta' l-ajruporti tal-Komunitarji (ara -1-) skond l-Artikolu 3(2) u għall-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 3(4) u (5), il-kalkulu limitu minimu ta' “unita tal-passiġġieri” għandu jieħu kont, fl-ajruporti Komunitarji (ara -1-), in-numru totali ta' passiġġieri trasportati (ara -16-) b'żieda tan-numru totali ta' passiġġieri ta' transitu dirett (ara -18-) (magħdud darba) flimkien mall-kwantità totali ta' merkanzija u posta mgħobbija u maħtuta (ara -17-).
4. Servizz kummerċjali ta' l-ajru (L-Artikolu 1 u listi A1, B1, C1)
Titjira jew serje ta' titjiriet għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri u/jew tal-merkanzija u tal-posta, bil-ħlas jew skond kuntratt ta' kiri.
Is-servizz ta' l-ajru jista' jkun regorali (-5-) jew mhux regolari (-6-).
5. Servizz ta' l-ajru regolari (Tabelli A1 u B1)
Servizz bl-ajru kummerċjali (ara -4-) operat skond skeda pubblikata, jew b'regolarita' u frekwenza jikkostitwixxu serje ta' titjiriet sistematiċi faċilment rikonoxxibli.
Tinkludi titjiriet suplimentari minħabba eċċess ta' traffiku fuq titjiriet regolari.
6. Servizz ta' trasport bl-ajru mhux regolari (Tabelli A1 u B1)
Servizz kummerċjali bl-ajru (ara -4-) li mhux servizz bl-ajru regolari (ara -5-)
7. Servizz bl-ajru ta' passiġġieri (Tabelli A1 u B1)
Servizz bl-ajru regolari
(ara -5-)
jew mhux regolari
(ara -6-) li jsiru permezz ta' ajruplan li jitrasporta passiġġier wieħed jew aktar bil-ħlas kif ukoll kull titjira imħabbra b'orarju ppubblikat bħala miftuħ għall-passiġġieri.
Kompriżi t-titjiriet li jġorru kemm passiġġieri bil-ħlas u kemm merkanzija u posta bil-ħlas.
8. Servizz bl-ajru esklużivament għall-merkanzija u posta (Tabelli A1 u B1)
Servizz bl-ajru regolari
(ara -5-)
jew mhux regolari
(ara -6-) li jsir b'ajruplan li jġorr kargu bi ħlas ta' merkanzija u posta barra minn passiġġieri bi ħlas.
Mhux kompriżi t-titjiriet illi jitrasportaw passiġġieri wieħed jew aktar bil-ħlas u t-titjiriet imħabbra b'orarji pubbliċi bħala miftuħa għall-passiġġieri.
9. Linja ta' l-ajru (operatur tat-trasport ta' l-ajru kummerċjali) (Tabelli A1, B1 u C1)
Trasport ta' l-ajru li jopera b'liċenzja valida ta' operazzjoni għall-operazzjoni tat-titjiriet kummerċjali ta' l-ajru (ara -13-).
Meta l-linji ta' l-ajru għandhom konsorzju bejniethom jew arranġamenti kontrattwali li jipprevedu li tnejn jew aktar minnhom li jassumu responsabbilita' separata għall-dak li jiġi offert u għall-bejgħ ta' prodotti tat-trasport bl-ajru għal titjira jew kumbinazzjoni ta' titjiriet, il-linja li tassigura effettivament it-titjira għandha tkun indikata.
II. DEFINIZZJONIJIET U VARJANTI GĦAT-TABELLA A1 (STADJU TAT-TITJIRA)
10. Stadju tat-titijira (Tabella A1)
Il-perkors ta' l-ajruplan bejn it-tlugħ u l-ewwel inżul li jmiss.
11. Passiġġieri abbord (Tabella A1)
Il-passiġġieri kollha abbord ta' l-ajruplan mal-wasla fl-ajruport li jirraporta jew fit-tlugħ mill-ajruport li jirraporta.
Il-passiġġieri kollha li jħallsu u dawk li ma jħallsux abbord ajruplan matul stadju ta' titjira (ara -16-).
Inklużi passiġġieri fi transit dirett (ara -18-) (magħduda mal-wasla jew mat- tluq).
12. Merkanzija u posta abbord (Tabella A1)
Il-merkanzija u posta kollha flimkien abbord ta' l-ajruplan mal-wasla fl-ajruport li jirraporta jew fit-tlugħ mill-ajruport li jirraporta.
Il-merkanzija u il-posta kollha flimkien abbord ta' ajruplan matul stadju ta' titjira (ara -119-).
Il-merkanzija u il-posta fi transit dirett huma nklużi (mgħaduda mal-wasla jew mat-tluq).
Is-servizzi espress u l-valiġġi diplomatiċi.
Teskludi il-baggalji tal-passiġġieri.
13. Titjira kummerċjali (Tabella A1)
Titjira ta' trasport pubbliku ta' passiġġieri u/jew merkanzija u posta, bil-ħlas u skond kuntratt ta' kiri.
Fit-tabella A1, it-titjiriet kummerċjali jinġabru flimkien għall-kalkolu ta' “l-indikaturi oħra”. [“Passiġġieri abbord (ara -11-)”, “Merkanzija u posta abbord (ara -12-)” u “Postijiet disponibbli għall-passiġġieri (ara -14-)”).
14. Postijiet disponibbli għall-passiġġieri (Tabella A1)
In-numru totali ta' postijiet offerti għall-bejgħ għall-passiġġieri fuq ajruplan li jopera stadju ta' titjira (ara -10-) bejn żewġ ta' ajruporti.
Fi stadju tat-titjira (-10-), in-numru totali ta' passiġġieri li jħallsu m'għandux ikun aktar minn numru totali ta' postijiet ta' passiġġieri offerti għal bejgħ.
Tinkludi postijiet diġa' mibjugħa għal stadju ta' titjira, jiġifieri dawk okkupati minn passiġġieri fi transitu dirett (ara -18-).
Ma jinkludix postijiet, li ma humiex attwalment disponibbli minħabba limitazzjonijiet ta' piz massimu għat-trasport ta' passiġġieri.
Jekk l-informazzjonijiet ma jkunux disponibbli fuq din il-bażi allura jistgħu jingħataw stimi kif ġej (b'ordni ta' preferenza, mill-aktar adegwata sa l-inqas adegwata):
1. l-konfigurazzjoni speċifika ta' l-ajruplan espressa fin-numru ta' siġġijiet ta' passiġġieri fl-ajruplan (kif murija fin-numru ta' registrazzjoni);
2. il-konfigurazzjoni medja ta' l-ajruplan espressa fin-numru medju ta' siġġijiet ta' passiġġieri offerta għat-tip ta' ajruplan għat-trasport bl-ajru;
3. il-konfigurazzjoni medja ta' l-ajruplan espressa fin-numru ta' siġġijiet ta' passiġġieri disponibbli skond it-tip ta' ajruplan.
III. DEFINIZZJONIJIET U VARJANTI GĦAT-TABELLA B1 (DWAR L-ORIĠINI U DESTINAZZJONI TAT-TITJIRA) U T-TABELLA C1 (AJRUPORTI)
15. Oriġini u destinazzjoni tat-titjira (Tabella B1)
It-traffiku fuq servizz ta' l-ajru kummerċjali
(ara -4-) identifikat bin-numru tat-titjira uniku, diviż bejn żewġ ajruporti skond il-post ta' l-imbark u l-post ta' l-iżbark ta' dik it-titjira.
Għall-passiġġieri, merkanzija u posta li ma mhux magħruf il-post ta' l-imbark, il-punt tat-tluq ta' l-ajruplan għandu jitqies bħala l-punt ta' l-imbark; bl-istess mod, jekk l-ajruport ta' l-iżbark mhux magħruf, il-punt tad-destinazzjoni ta' l-ajruplan għandu jitqies bħala l-punt ta' l-iżbark.
16. Passiġġieri trasportati (Tabella B1 u C1)
Il-passiġġieri kollha fuq titjira partikulari (b'numru ta' titjira waħda) magħduda darba waħda u mhux għall kull stadju tat-titjira.
Il-passiġġieri kollha li jħallsu u li ma jħallsux fejn jibda l-vjaġġ jew fejn jispiċċa fl-ajruport li jirraporta u l-passiġġieri intransit li jimbarkaw jew jitilqu t-tijira fl-ajruport li jirraporta.
l-passiġġieri fi transitu dirett huma esklużi (ara -18-).
17. Merkanzija u posta mgħobbija jew maħtuta (Tabelli B1 u C1)
Il-merkanzija u l-posta kollha mgħobbija jew maħtuta minn ajruplan.
Is-servizz espress u l-valiggi diplomatiċi huma inklużi.
Il-baggalji tal-passiġġieri huma esklużi.
Il-Merkanzija u l-posta fi transitu dirett m'humiex inklużi.
18. Passiġġieri f'transitu dirett (Tabella C1)
Il-passiġġieri li, wara waqfa qasira, jkomplu l-vjaġġ tagħhom fl-istess ajruplan fuq titjira li jkollha l-istess numru ta' titjira bħal dik li biha jaslu.
Fl-istatistika ta' l-ajruport totali kif ukoll għall-kalkulu tal-unita tal-passiġġieri (ara -3-), il-passiġġieri fi
transitu dirett huma magħduda darba waħda.
Passiġġieri li jibdlu l-ajruplan minħabba problemi tekniċi iżda jkomplu t-titjira bl-istess numru tat-titjira huma magħduda bħala passiġġieri fi transitu dirett.
19. Total ta' movimenti kummerċjali ta' ajruplan (Tabella C1)
Total ta' tlugħ w inżul ta' titjiriet li jsiru bi ħlas u skond kuntratt ta' kiri.
Is-servizzi kummerċjali bl-ajru (ara -4-) huma nklużi bħal operazzjonijiet ta' avjazzjoni ġenerali kummerċjali.
20. Total ta' movimenti ta' l-ajruplani (Tabella C1)
It-tlugħ u l-inżul kollu ta' l-ajruplani.
Il-movimenti kummerċjali ta' ajruplani kollha (-ara 19-) huma nklużi kif ukoll it-titjiriet ta' l-avjazzjoni ġenerali kummerċjali.
It-titjiriet Statali (ara -2-) mhumiex inklużi.
Huma esklużi t-“Touch and Go”, l-“overshoots” u l-attentati ta' nżul li ma jirnexxix.