+Artikolu 3 Il-Karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni
---+Article 3 1.
---+Article 3 2.
---+Article 3 3.
---+Article 3 4.
---+Article 3 5.

Artikolu 3 Il-Karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni

Artikolu 3

Il-Karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni statistika li għandha x'taqsam mal-varjanti li ġejjin:

(a) il-passiġġieri

(b) il-merkanzija u l-posta

(c) l-istadji tat-titjiriet

(d) il-postijiet tal-passiġġieri

(e) il-movimenti ta' l-inġenji ta' l-ajru.

Il-varjanti statistiċi f'kull żona, in-nomenklaturi għall-klassifika tagħhom, il-perjodiċità ta' l-osservazzjoni u d-definizzjonijiet huma ddikjarati fl-Annessi I u II.

2.  Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha kif ddikjarat fl-Anness I għall-ajruporti Komunitarji kollha fit-territorju tiegħu bi traffiku li jaqbeż il-150 000 unità ta' passiġġieri kull sena.

Għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni lista ta' l-ajruporti Komunitarji koperti bl-ewwel sub-paragrafu u, jekk meħtieġ, aġġornata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

3.  Għall-ajruporti, minbarra dawk li għandhom biss traffiku kummerċjali okkażjonali, li mhumiex koperti bil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu biss prospett annwali ta' l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella Ċ1 fl-Anness I.

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-ajruporti:

(a) b'inqas minn 1 500 000 unità ta' passiġġieri fis-sena li għalihom ma jkun jeżisti l-ebda ġbir ta' informazzjoni li tikkorrispondi ma' dik speċifikata fl-Anness I fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

(b) u li għalihom id-dħul ta' sistema ġdida tal-ġbir ta' l-informazzjoni tinstab diffiċli ħafna,

Stat Membru jista' jittrasmetti informazzjoni inqas kompleta min dik riferita fl-Anness I għall-perjodu limitat taż-żmien ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 2003, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2)

5.  Minkejja l-paragrafu 2, għall-ajruporti:

(a) li għalihom ma jkun jeżisti l-ebda ġbir ta' informazjoni li tikkorrispondi għal dik speċifikata fit-Tabella B1 ta' l-Anness I fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

(b) u li għalihom id-dħul ta' sistema ġdida tal-ġbir ta' l-informazzjoni jinstab diffiċli ħafna,

Stat Membru jista', sal-31 ta' Diċembru 2003, jittrasmetti biss l-informazzjoni eżistenti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 3 1.

Each Member State shall collect statistical data relating to the following variables:

(a) 

passengers

(b) 

freight and mail

(c) 

flight stages

(d) 

passenger seats available

(e) 

aircraft movements.

The statistical variables in each area, the nomenclatures for their classification, their periodicity of observation and the definitions are set out in Annexes I and II.

Article 3 2.
Each Member State shall collect all data set out in Annex I for all Community airports in its territory with traffic in excess of 150 000 passenger units annually.

A list of Community airports covered by the first subparagraph shall be drawn up by the Commission and, if necessary, updated in accordance with the procedure laid down in Article 11(2).

Article 3 3.
For airports, apart from those having only occasional commercial traffic, which are not covered by paragraph 2, Member States shall transmit only an annual return of the data specified in Table C1 of Annex I.
Article 3 4.

Notwithstanding paragraphs 2 and 3, for airports:

(a) 

with fewer than 1 500 000 passenger units a year for which no collection of data corresponding to those specified in Annex I exists on the date of entry into force of this Regulation,

(b) 

and for which the introduction of a new data collection system proves very difficult,

a Member State may for a limited time not exceeding three years from 1 January 2003, in accordance with the procedure laid down in Article 11(2), transmit data less complete than those referred to in Annex I.

Article 3 5.

Notwithstanding paragraph 2, for airports:

(a) 

for which no collection of data corresponding to those specified in Table B1 of Annex I exists on the date of entry into force of this Regulation,

(b) 

and for which the introduction of a new data collection system proves very difficult,

a Member State may, until 31 December 2003, in accordance with the procedure laid down in Article 11(2), transmit only existing data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R0437
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.