+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 785/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani
---+Artikolu 1 Għan
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
---+Artikolu 2 Ambitu
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
------+Article 2 3.
------+Article 2 4.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Il-Prinċipji tal-assigurazzjoni
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
---+Artikolu 5 Konformità
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
------+Article 5 5.
---+Artikolu 6 L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
------+Article 6 5.
---+Artikolu 7 L-assigurazzjoni għar-riskji ta' terzi
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Infurzar u sanzjonijiet
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
------+Article 8 7.
---+Artikolu 8a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 8a 1.
------+Article 8a 2.
------+Article 8a 3.
------+Article 8a 4.
------+Article 8a 5.
------+Article 8a 6.
---+Artikolu 9 Proċedura tal-Kumitat
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 4.
---+Artikolu 10 Rapport u ko-operazzjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Aviation -

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 785/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 785/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta' April 2004

dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Għan

Artikolu 1

Għan

1.  L-għan ta' dan Regolment hu biex jistabbilixxi il-kondizzjoni meħtieġa ta' l-assigurazzjoni minima tat-trasportaturi ta' l-ajru u tal-operaturi ta' l-ajruplani b'rispett għall-passiġġieri, għall-bagalji, għat-tagħbija tal-merkanzija u għal ►C1  terzi ◄ .

2.  Fil-każ ta' transport tal-posta, il-kondizzjonijiet meħtieġa huma dawk miktuba fil-Regolment (KEE) Nru 2407/92 u fil-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 2 Ambitu

Artikolu 2

Ambitu

1.  Dan ir-Regolment għandu japplika għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha u għall-operaturi ta' l-ajruplani kollha li jtiru fi ħdan, għal, barra minn, jew fuq it-territorju ta' l-Istati Membri fejn japplika it-Trattat.

2.  Dan ir-Regolment ma japplikax għal:

(a) 

Ajruplani ta' l-Istat kif imsemmija fl-Artikolu 3(b) tal-Konvenzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;

(b) 

mudelli ta' l-inġenji ta' l-ajru b'MTOM inqas minn 20 kg

(ċ) 

inġenji ta' l-ajru li jinqatgħu mill-art bil-ġiri (inklużi paragliders li jaħdmu bil-magna u hang gliders)

(d) 

captive balloons;

(e) 

tjur;

(f) 

parachutes (inklużi parasceding parachutes)

(g) 

inġenji ta' l-ajru, inklużi gliders, b' MTOM ta' inqas minn 500 kg u microlights, li:

— 
li huma użati għal skopijiet mhux kummerċjali, jew
— 
li huma użati għal-korsijiet tat-titjir lokali li ma jinkludux il-qsim tal-fruntieri internazzjonali,

safejn l-obbligi ta' l-assigurazzjoni taħt dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mar-riskju tal-gwerra u t-terroriżmu huma kkonċernati.

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar huwa mifmhum li huwa mingħajr preġidizzju fil-posizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit rigward il-konflitt dwar is-sovranità fuq it-territorju fejn jinsab l-ajruport.

4.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar għandha tkun imwaqqfa sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġuta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kunsill bid-data.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) 

“trasportatur bl-ajru” ifisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenza valida;

(b) 

“Komunità tat-trasportaturi ta' l-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenza valida mogħtija mingħand Stat Membru skond ir-Regolment (KEE) Nru 2407/92;

(ċ) 

“l-operatur ta' l-ajru” ifisser il-persuna jew l-entità, li ma jkunx trasportatur tal-ajru, li għandu użu kontinwament għad dispożizzjoni tal-ħidma ta' l-ajruplan; il-persuna fizika u legali li għandha l-ajruplan il-ħin kollu ireġistrat f'isimha għandha titqies li tkun l-operatur, kemm il-darba dik il-persuna tista' tagħti prova li persuna oħra hi l-operatur;

(d) 

“titjira” tfisser:

— 
rigward il-passiġġieri u l-bagalji li mhumiex ireġistrati, il-perjodu tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajruplan tinkludi meta jidħlu fl-ajruplan u jinżlu minnu,
— 
rigward it-tagħbija tal-merkanzija u tal-bagalji ireġistrati, il-perjodu tat-trasport tal-bagalji u tat-tagħbija tal-merkanzija mill-mument li l-bagalji u t-tagħbija jingħataw lit-trasportaturi ta' l-ajru sal-mument li jingħataw lura lil sidhom,
— 
rigward ►C1  it-terzi ◄ , l-uzu tal-ajruplan mil-mument ta' meta l-magni jibdew jaħdmu sal-mument li jkun wieqaf bil-magni mitfijien; għandha tfisser ukoll, meta l-ajruplan ikun miexi waqt li jkun irmunkat u b'vetturi li jimbuttawh jew b'forzi oħra li huma tipiku għaċ-ċaqlieq u għar-rfigħ 'il fuq ta' l-ajruplan, partikolament il-kurrenti ta' l-ajra;
(e) 

“SDR” tfisser Id-Drittijiet Speċjali Ta' Preljev kif inhi definita mill-Fond Monetarju Internazzjonali;

(f) 

“MTOM” tfisser il-Massa Massima tat-Take-Off, li jikkorrispondu għal-ammonti speċifiki għal kull tipi ta' ajruplan, kif inhu iddikkjarat fil-ċertifikat tal-navigazzjoni tal-arja tal-ajruplan;

(g) 

“passiġġier” tfisser kull persuna li qegħdha fuq titjira bil-permess tat-trasportaturi ta' l-ajru jew tal-operaturi ta' l-ajru, esklużi l-membri li huma xogħol kemm il-membri tal-ekwipaġġ u il-membri tal-gabina;

(h) 

“ ►C1  terzi ◄ ” tfisser il-persuni fiżiċi u morali kollha, ħlief għal passiġġieri u l-membri tax-xogħol kemm tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-membri tal-gabina;

(i) 

“operazzjoni kummerċjali” tfisser l-operazzjoni għal rimunerazzjoni u/jew b'kera.

Artikolu 4 Il-Prinċipji tal-assigurazzjoni

Artikolu 4

Il-Prinċipji tal-assigurazzjoni

1.  It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu assigurati skond ir-Regolment fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-assigurazzjoni speċifiki tagħhom b'rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija u ►C1  tat-terzi ◄ . Ir-riskji li huma assigurati għandhom jinkludu l-atti tal-gwerra, it-terrorizmu, il-piraterija tal-ajru, l-atti tas-sabotaġġ, il-qbid illegali tal-ajruplan u l-aġitazzjoni ċivili.

2.  It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani għandhom jassiguraw li l-assigurazzjoni tipproteġi u tezisti għal titjiriet kollha, mingħajr ma jagħmlu differenza dwar jekk l-ajruplan li qed jaħdem hux disponibbli lilhom minħabba li hu proprjetà tagħhom jew permezz ta' xi forma ta' arranġamenti ta' kuntratt ta' kera, jew minħabba operazzjonijiet ta' franchise jew flimkien, l-użu tal-kowd minn tnejn jew iktar jew xi ftehim ieħor ta' l-istess natura.

3.  Dan ir-Regolment huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-responsabbiltà li jistgħu jiġu minn:

— 
Il-Konvenzjoni internazzjonali fejn l-Istati Membri u/jew il-Komunità huma partijiet,
— 
Il-liġi tal-Komunità, u
— 
il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.
Artikolu 5 Konformità

Artikolu 5

Konformità

1.  It-trasportaturi ta' l-ajru u, meta jeħtieġu, l-operaturi ta' l-ajru, skond l-Artikolu 2, għandhom juru konformità tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni kif inhi miktuba f'dan ir-Regolment billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti b'depositu ta' ċertifikat tal-assigurazzjoni jew prova oħra valida tal-assigurazzjoni.

2.  Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu “l-Istat Membru involut” għandu jfisser l-Istat Membru li ta' il-permess għal-liċensja ta' l-operazzjoni tal-ajruplan lil Komunità jew l-Istat Membru fejn l-ajruplan tal-operatur huwa irreġistrat. Għalt-trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u l-operaturi ta' l-ajruplani li juzaw ajruplani li huma ireġistrati barra mil-Komunità, “l-Istat Membri involut” għandha tfisser l-Istat Membru għal jew minn fejn l-ajruplani huma operati.

3.  B'eċċezzjoni għal paragrafu 1, l-Istati Membri li jittajru minn fuqhom it-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom juru prova ta' l-assigurazzjoni valida skond dan ir-Regolment.

4.  Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u l-operaturi ta' l-ajruplani li qed juzaw ajruplani rreġistrati fil-Komunità, depożitu ta' prova ta' l-assigurazzjoni fl-Istati Membri imsemmija fil-paragrafu 2 hu biżżejjed għall-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(6).

5.  F'kazijiet eċċezzjonali ta' nuqqas fis-suq ta' l-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 9(2), il-miżuri addattati għal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 6 L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija

Artikolu 6

L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija

1.  Għar-responsabbiltà tal-passiġġieri, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 250 000 SDR għall kull passiġġier. Madankollu, b'rispett ta' operazzjonijiet li mhumiex kummerċjali b'ajruplan b' MTOM ta' 2700 kg jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell inqas tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni minima, bil-kondizzjoni li l-protezzjoni tkun ta' l-inqas 100 000 SDR għal kull passiġġier.

▼M4

2.  Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-bagalji, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 1 288 SDR għal kull passiġġier f’operat kummerċjali.

3.  Għar-responsabbiltà fir-rigward tal-merkanzija, il-kopertura tal-assigurazzjoni minima għandha tkun 22 SDR għal kull kilogramma f’operat kummerċjali.

▼B

4.  Paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw b'rispett għal titjiriet fuq territorju ta' l-Istati Membri mwettqa minn trasportaturi ta' l-ajru u minn operaturi ta' l-ajruplani li mhumiex tal-Kommunità li jużaw ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma tinvolvix l-inżul fi, jew it-tluq minn, dan it-territorju.

▼M3

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.

▼C1

Artikolu 7 L-assigurazzjoni għar-riskji ta' terzi

Artikolu 7

L-assigurazzjoni għar-riskji ta' terzi

1.  Fir-rigward tar-responsabbiltà lejn terzi, il-kopertura minima ta' assigurazzjoni għal kull aċċident, għal kull ajruplan, għandha tkun

▼B


Kategorija

MTOM (kg)

Assigurazzjoni minima (miljun SDR)

1

< 500

0,75

2

< 1000

1,5

3

< 2700

3

4

< 6000

7

5

< 12000

18

6

< 25000

80

7

< 50000

150

8

< 200000

300

9

< 500000

500

10

≥ 500000

700

Jekk fi kwalunkwe ħin il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni għal xi ħsarat ta' ►C1  terzi ◄ minħabba riskji ta' gwerer jew ta' terroriżmu mhux disponibbli għall-ebda trasportatur ta' l-ajru jew għal operaturi ta' l-ajruplani fuq bażi ta' kull aċċident, dan it-trasportatur ta' l-ajru jew l-operatur ta' l-ajruplani jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjoni tagħhom li jassiguraw dawn ir-riskji billi jieħdu assigurazzjoni fuq bażi ta' aggregat. Il-Kummissjoni għandha timonitorja bir-reqqa l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni sabiex tassigura li l-aggregat ikun għal inqas ekwivalenti għall-ammont relevanti stabbilit fit-tabella.

▼M3

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.

▼B

Artikolu 8 Infurzar u sanzjonijiet

Artikolu 8

Infurzar u sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani msemmija fl-Artikolu 2 iħarsu dan ir-Regolment.

2.  Għar-raġunijiet tal-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, b'rispett ta' titjiriet ġewwa l-Komunità ta' trasportaturi ta' l-arju li mhumiex tal-Komunità jew ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma jinvolvux nżul jew tluq minn Stat Membru, kif ukoll b'rispett għal waqfien f'Stati Membri minn ajruplan ta' din ix-xorta għal raġunijiet mhux tat-traffiku, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob prova ta' l-osservanza tal-ħtiġijiet ta' l-assigurazzjoni kif imniżżla f'dan ir-Regolment.

3.  Fejn hu neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu prova addizzjonali mingħand it-trasportatur ta' l-ajru, l-operatur ta' l-ajruplan jew il-kumpanija ta' l-assigurazzjonikkonċernata.

4.  Sanzjonijiet għal ksur ta' dan ir-Regolment għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

5.  Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità, dawn is-sanzjonijiet għandhom jinkludu l-irtirar tal-liċenza ta' l-operazzjoni, suġġett ta' u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.

6.  Rigward trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u ta' l-operaturi ta' ajruplani li juzaw ajruplan ireġġistrat barra min Komunità, is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu rifjut tad-dritt ta' inzul fit-territorju f'Stat Membru.

7.  Meta l-Istati Membri ma humiex sodisfatti li il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolment intlaħqu, huma ma għandhomx iħallu l-ajruplan itir, qabel il-trasportatur ta' l-ajru jew dan l-operatur ta' l-ajruplan jipprovdu prova ta' protezzjoni ta' l-assigurazzjoni addattata skond dan ir-Regolment.

▼M3

Artikolu 8a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 9 Proċedura tal-Kumitat

Artikolu 9

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mil-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess tal-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għar-rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji ( 2 ).

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M3 —————

▼B

4.  Barra dan il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat mingħand il-Kummissjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment.

Artikolu 10 Rapport u ko-operazzjoni

Artikolu 10

Rapport u ko-operazzjoni

1.  Il-Kumissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-ħidma ta' dan ir-Regolment sat-30 ta' April 2008.

2.  Meta mitluba, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment lill-Kumissjoni.

Artikolu 11 Dħul fis-seħħ

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolment għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.


( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 2 ) ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. Ir-Regolment kif emendat l-aħħar bir-Regolment. (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0785
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.