|
+Artikolu 5 Konformità ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. ---+Article 5 4. ---+Article 5 5. |
Artikolu 5 KonformitàArtikolu 5 Konformità 1. It-trasportaturi ta' l-ajru u, meta jeħtieġu, l-operaturi ta' l-ajru, skond l-Artikolu 2, għandhom juru konformità tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni kif inhi miktuba f'dan ir-Regolment billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti b'depositu ta' ċertifikat tal-assigurazzjoni jew prova oħra valida tal-assigurazzjoni. 2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu “l-Istat Membru involut” għandu jfisser l-Istat Membru li ta' il-permess għal-liċensja ta' l-operazzjoni tal-ajruplan lil Komunità jew l-Istat Membru fejn l-ajruplan tal-operatur huwa irreġistrat. Għalt-trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u l-operaturi ta' l-ajruplani li juzaw ajruplani li huma ireġistrati barra mil-Komunità, “l-Istat Membri involut” għandha tfisser l-Istat Membru għal jew minn fejn l-ajruplani huma operati. 3. B'eċċezzjoni għal paragrafu 1, l-Istati Membri li jittajru minn fuqhom it-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom juru prova ta' l-assigurazzjoni valida skond dan ir-Regolment. 4. Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u l-operaturi ta' l-ajruplani li qed juzaw ajruplani rreġistrati fil-Komunità, depożitu ta' prova ta' l-assigurazzjoni fl-Istati Membri imsemmija fil-paragrafu 2 hu biżżejjed għall-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(6). 5. F'kazijiet eċċezzjonali ta' nuqqas fis-suq ta' l-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 9(2), il-miżuri addattati għal-applikazzjoni tal-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|