+REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---------+Artikolu 2 (7)
---------+Artikolu 2 (8)
---------+Artikolu 2 (9)
---------+Artikolu 2 (10)
---------+Artikolu 2 (11)
---------+Artikolu 2 (12)
---------+Artikolu 2 (13)
---------+Artikolu 2 (14)
---------+Artikolu 2 (15)
---------+Artikolu 2 (16)
---------+Artikolu 2 (17)
---------+Artikolu 2 (18)
---------+Artikolu 2 (19)
---------+Artikolu 2 (20)
---------+Artikolu 2 (21)
---------+Artikolu 2 (22)
------+Artikolu 3 Awtorità kompetenti
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---+KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji
------+Artikolu 4 Valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku
------+Artikolu 5 Il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
---------+Artikolu 5 6
---------+Artikolu 5 7
------+Artikolu 6 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 7 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 8 Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---------+Artikolu 8 4
---------+Artikolu 8 5
------+Artikolu 9 Valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---+KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
------+Artikolu 10 L-istabbiliment ta' pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---------+Artikolu 10 4
---------+Artikolu 10 5
---------+Artikolu 10 6
---------+Artikolu 10 7
---------+Artikolu 10 8
------+Artikolu 11 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri nazzjonali
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri reġjonali u bilaterali
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 13 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
---------+Artikolu 13 4
---+KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku
------+Artikolu 14 Twissija bikrija u dikjarazzjoni ta' kriżi tal-elettriku
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
---------+Artikolu 14 4
------+Artikolu 15 Il-kooperazzjoni u l-assistenza
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---------+Artikolu 15 5
---------+Artikolu 15 6
---------+Artikolu 15 7
---------+Artikolu 15 8
---------+Artikolu 15 9
------+Artikolu 16 Konformità mar-regoli tas-suq
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---+KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ
------+Artikolu 17 Evalwazzjoni ex post
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
---------+Artikolu 17 4
------+Artikolu 18 Monitoraġġ
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
------+Artikolu 19 Trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---+KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali
------+Artikolu 20 Il-kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija
------+Artikolu 21 Deroga
------+Artikolu 22 Dispożizzjoni tranżizzjonali sa meta jiġu stabbiliti ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
------+Artikolu 23 Tħassir
------+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
------+1. SOMMARJU TAX-XENARJI TA' KRIŻI TAL-ELETTRIKU
------+2. RWOLI U RESPONSABBILTAJIET TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI
------+3. PROĊEDURI U MIŻURI FIL-KRIŻI TAL-ELETTRIKU
---------+3.1. Proċeduri u miżuri nazzjonali
---------+3.2. Proċeduri u miżuri reġjonali u bilaterali
------+4. KOORDINATUR TAL-KRIŻI
------+5. KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
------+6. TESTIJIET TA' EMERĠENZA
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Ġunju 2019

dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Is-settur tal-elettriku fl-Unjoni għaddej minn trasformazzjoni profonda, ikkaratterizzata minn swieq aktar deċentralizzati b'aktar atturi, sehem ogħla ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u sistemi interkonnessi aħjar. Bi tweġiba, ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom l-għan li jtejbu l-qafas legali li jirregola s-suq intern tal-Unjoni tal-elettriku, sabiex jiżguraw li s-swieq u n-netwerks jaħdmu b'mod ottimali, għall-benefiċċju tan-negozji u taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, li minnhom is-sigurtà tal-enerġija, is-solidarjetà, il-fiduċja u politika ambizzjuża dwar it-tibdil fil-klima huma parti integrali.

(2)

Swieq u sistemi li jaħdmu sew, b'interkonnessjonijiet tal-elettriku adegwati, huma l-aħjar garanzija ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Madankollu, anki fejn is-swieq u s-sistemi jkunu jaħdmu sew u jkunu interkonnessi, ir-riskju ta' kriżi tal-elettriku, bħala riżultat ta' diżastri naturali, bħal kondizzjonijiet ta' temp estrem, attakki malizzjużi jew nuqqas ta' fjuwil qatt ma jista' jiġi eskluż. Il-konsegwenzi ta' kriżijiet tal-elettriku spiss jinfirxu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Anki fejn tali kriżijiet jibdew f'livell lokali, l-effett tagħhom malajr jistgħu jinfirxu lil hinn mill-fruntieri. Ċerti ċirkustanzi estremi, bħal perjodi ta' kesħa, mewġat ta' sħana jew ċiberattakki, jistgħu jaffettwaw lil reġjuni sħaħ fl-istess ħin.

(3)

F'kuntest ta' swieq u ta' sistemi tal-elettriku interkonnessi, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku ma jistgħux jitqiesu bħala li huma kompitu purament nazzjonali. Il-potenzjal ta' miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jenħtieġ li jiġi sfruttat iżjed. Jenħtieġu qafas komuni ta' regoli u proċeduri kkoordinati aħjar sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u atturi oħrajn jkunu jistgħu jikkooperaw b'mod effettiv b'mod transfruntier fi spirtu ta' aktar trasparenza, fiduċja u solidarjetà bejn l-Istati Membri.

(4)

Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) stabbilixxiet il-miżuri neċessarji li l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku b'mod ġenerali. Id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva fil-parti l-kbira ġew sostitwiti minn atti leġislattivi sussegwenti, b'mod partikolari rigward kif is-swieq tal-elettriku jenħtieġ li jiġu organizzati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed kapaċità disponibbli, kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li jikkooperaw għall-garanzija ta' stabbiltà tas-sistema, u rigward kif jiġi żgurat l-istabbiliment ta' infrastruttura xierqa. Dan ir-Regolament jindirizza l-kwistjoni speċifika tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-elettriku.

(5)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (7) u (UE) 2017/2196 (8) jikkostitwixxu ġabra ddettaljata ta' regoli li tirregola kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn jenħtieġ li jaġixxu u jikkooperaw sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema. Dawk ir-regoli tekniċi jenħtieġ li jiżguraw li ħafna mill-inċidenti relatati mal-elettriku jiġu indirizzati b'mod effettiv f'livell operazzjonali. Dan ir-Regolament jiffoka fuq kriżijiet tal-elettriku ta' skala u impatt akbar. Jistabbilixxi x'jenħtieġ li jagħmlu l-Istati Membri sabiex jevitaw tali kriżijiet u x'miżuri jistgħu jieħdu jekk ir-regoli operazzjonali tas-sistema ma jkunux biżżejjed. Anki fi kriżijiet tal-elettriku, ir-regoli operazzjonali tas-sistema jenħtieġ li jkomplu jiġu rrispettati bis-sħiħ u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun konsistenti mar-Regolament (UE) Nru 2017/2196.

(6)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni ta' regoli dwar kif isiru l-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal, u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku, sabiex b'hekk tinkiseb aktar trasparenza fil-fażi ta' tħejjija u matul kriżi tal-elettriku u jiġi żgurat li jittieħdu miżuri b'mod ikkoordinat u effikaċi. Huwa jobbliga lill-Istati Membri jikkooperaw f'livell reġjonali u, fejn applikabbli, b'mod bilaterali, fi spirtu ta' solidarjetà. Huwa jistabbilixxi wkoll qafas għall-monitoraġġ effettiv tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku (ECG), li ġie stabbilit permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 (9) bħala forum li fih tiġi skambjata l-informazzjoni u titrawwem il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-qafas ta' monitoraġġ huma maħsuba biex tinkiseb tħejjija aħjar għar-riskji b'inqas spejjeż. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jsaħħaħ ukoll is-suq intern tal-elettriku billi jsaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenza bejn l-Istati Membri u jelimina interventi żejda mill-Istat fi kriżijiet tal-elettriku, u b'mod partikolari jevita tnaqqis indebitu tal-flussi transfruntiera u tal-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transżonali, b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta' effetti kollaterali negattivi fuq l-Istati Membri ġirien.

(7)

Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) tistabbilixxi regoli ġenerali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, filwaqt li ser jiġu żviluppati regoli speċifiċi dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' kodiċi tan-netwerk kif previst fir-Regolament (UE) 2019/943. Dan ir-Regolament jikkomplementa d-Direttiva (EU) 2016/1148 billi jiżgura li ċ-ċiberinċidenti jiġu identifikati kif xieraq bħala riskju, u li l-miżuri meħuda sabiex jiġu indirizzati jkunu riflessi kif xieraq fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (11) tistabbilixxi proċess bl-għan li jtejjeb is-sigurtà ta' infrastruttura kritika Ewropea speċifikata, inkluża ċerta infrastruttura tal-elettriku. Id-Direttiva 2008/114/KE, flimkien ma' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' approċċ komprensiv għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Istati Membri sabiex jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq kull tliet snin, u sabiex jiżviluppaw u jirfinaw l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq. L-azzjonijiet speċifiċi ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' ppjanar għar-riskju msemmija f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-valutazzjonijiet nazzjonali usa' tar-riskju ta' diversi perikli meħtieġa taħt id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(10)

L-Istati Membri huma responsabbli li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fit-territorji tagħhom, filwaqt li s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku hija wkoll responsabbiltà kondiviża fost il-Kummissjoni u atturi oħrajn tal-Unjoni, fi ħdan is-setturi rispettivi tagħhom ta' attività u kompetenza. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tirrikjedi kooperazzjoni effettiva fost l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta' sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont l-Artikoli 31 u 40 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra għandhom ukoll rwol importanti fl-iżgurar u s-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, bħala parti mill-kompiti tagħhom attribwiti mill-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw entità eżistenti jew entità ġdida bħala l-awtorità nazzjonali governattiva jew regolatorja kompetenti unika tagħhom bil-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni trasparenti u inklużiva tal-atturi kollha involuti, it-tħejjija effiċjenti u l-implimentazzjoni korretta tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, kif ukoll tiffaċilita l-prevenzjoni u l-evalwazzjoni ex post tal-kriżijiet tal-elettriku u l-iskambji ta' informazzjoni fir-rigward tagħhom.

(11)

Approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jirrikjedi fehim komuni, bejn l-Istati Membri, dwar x'tikkostitwixxi kriżi tal-elettriku. B'mod partikolari jenħtieġ li dan ir-Regolament jiffaċilita l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri għall-fini tal-identifikazzjoni ta' sitwazzjoni fejn jeżisti jew ikun imminenti r-riskju potenzjali ta' qtugħ tal-elettriku sinifikanti jew l-impossibbiltà li jiġi pprovdut l-elettriku lill-konsumaturi. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (“ENTSO għall-Elettriku”) u l-Istati Membri jenħtieġ li, rispettivament, jiddeterminaw xenarji konkreti ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Dak l-approċċ jenħtieġ li jiżgura li l-kriżijiet rilevanti kollha tal-elettriku jkunu koperti, filwaqt li jqis l-ispeċifitajiet reġjonali u nazzjonali bħat-topoloġija tal-grilja, it-taħlita tal-elettriku, id-daqs tal-produzzjoni u l-konsum u l-livell tad-densità tal-popolazzjoni.

(12)

Approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jużaw l-istess metodi u definizzjonijiet sabiex jidentifikaw riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u jkunu effettivament f'pożizzjoni li jqabblu kemm huma u l-ġirien tagħhom sejrin tajjeb f'dak il-qasam. Dan ir-Regolament jidentifika żewġ indikaturi għas-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni: “enerġija mistennija mhux servita”, espressa f'GWh/sena, u “telf bit-tagħbija mistenni”, espress f'sigħat kull sena. Dawk l-indikaturi huma parti mill-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa mill-ENTSO għall-Elettriku, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/943. L-ECG jenħtieġ li jwettaq monitoraġġ regolari tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawk l-indikaturi. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tenħtieġ li tuża dawk l-indikaturi anki meta tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fir-rapporti annwali tagħha ta' monitoraġġ tas-suq tal-elettriku, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(13)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-valutazzjonijiet tar-riskju b'mod li tinbena l-fiduċja bejn l-Istati Membri fi kriżi tal-elettriku, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju. Għaldaqstant, l-ENTSO għall-Elettriku, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li jiżviluppa u jaġġorna metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni mal-ACER, u mal-ECG, fil-formazzjoni tagħha, magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jipproponi l-metodoloġija u jenħtieġ li l-ACER tapprovaha. L-ACER, meta tikkonsulta lill-ECG, tenħtieġ li tqis bis-sħiħ il-fehmiet tal-ECG. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jaġġorna l-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida sinifikanti.

(14)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju, l-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jfassal u jaġġorna b'mod regolari xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kondizzjonijiet ta' temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta' fjuwil jew attakki malizzjużi. Meta jiġi kkunsidrat ix-xenarju ta' kriżi ta' nuqqas ta' fjuwil tal-gass, jenħtieġ li jiġi vvalutat ir-riskju ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq il-bażi tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista u tal-infrastruttura tal-gass żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). L-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2019/943. Dawk il-kompiti delegati jenħtieġ li jsiru taħt is-superviżjoni tal-ENTSO għall-Elettriku. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali tagħhom fuq il-bażi ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali fil-prinċipju kull erba' snin. Dawk ix-xenarji jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeskrivu wkoll kwalunkwe riskju li jidentifikaw b'rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta' investimenti, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, b'indikazzjoni għaliex iqisu li tali miżuri bħala neċessarji u proporzjonati.

(15)

Approċċ ġenerali għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju u għall-iżvilupp ta' miżuri ta' prevenzjoni, tħejjija u mitigazzjoni jenħtieġ li jġib miegħu benefiċċji sinifikanti f'termini tal-effikaċja ta' dawk il-miżuri u tal-użu ottimali tar-riżorsi. Barra minn hekk, fi kriżi tal-elettriku simultanja, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw f'kuntest reġjonali.

(16)

Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jwettqu l-kompiti ta' rilevanza reġjonali assenjati lilhom skont ir-Regolament (UE) 2019/943. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti bl-għan li jiġu evitati u mmitigati inċidenti tal-elettriku fuq skala akbar, il-kooperazzjoni reġjonali meħtieġa taħt dan ir-Regolament tenħtieġ li tibni fuq l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali użati f'livell tekniku, jiġifieri l-gruppi ta' Stati Membri li jaqsmu l-istess ċentru ta' kooperazzjoni reġjonali. Ir-reġjuni ġeografiċi taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali huma għalhekk rilevanti għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u l-valutazzjonijiet tar-riskju. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiffurmaw sottogruppi fi ħdan ir-reġjuni għall-fini ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-miżuri reġjonali konkreti, billi l-kapaċità teknika li tingħata assistenza reċiproka lil xulxin fi kriżi tal-elettriku hija essenzjali. Tali sottogruppi jistgħu jkunu bbażati fuq forums ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Dan peress li mhux l-Istati Membri kollha f'reġjun akbar neċessarjament se jkunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lil Stat Membru ieħor fi kriżi tal-elettriku. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li l-Istati Membri kollha f'reġjun jikkonkludu ftehimiet reġjonali dwar miżuri reġjonali konkreti. Minflok, l-Istati Membri li jkollhom il-kapaċità teknika li jipprovdu assistenza lil xulxin jenħtieġ li jikkonkludu tali ftehimiet.

(17)

Ir-Regolament (UE) 2019/943 jipprevedi l-użu ta' metodoloġija komuni għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fit-terminu medju sa fit-tul (minn 10 snin bil-quddiem sa sena bil-quddiem), bl-għan li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet ta' investiment possibbli jsiru fuq bażi trasparenti u maqbula b'mod komuni. Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha skop differenti mill-valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir li jintużaw għall-identifikazzjoni ta' problemi possibbli relatati mal-adegwatezza f'perjodi qosra, jiġifieri valutazzjoni tal-adegwatezza staġjonali (sitt xhur minn qabel) u valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' ġimgħa bil-quddiem sa mill-inqas ġurnata qabel. Rigward il-valutazzjonijiet għal terminu qasir, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-mod kif jiġu identifikati l-problemi possibbli relatati mal-adegwatezza. L-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni tal-adegwatezza għax-xitwa u għas-sajf sabiex iwissi lill-Istati Membri u lil operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni dwar riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku li jistgħu jinqalgħu fis-sitt xhur li jmiss. Biex jittejbu dawk il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza, jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jiżviluppa metodoloġija probabilistika komuni għalihom, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u f'kooperazzjoni mal-ACER, u mal-ECG, fil-formazzjoni tagħha magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jipproponi dik il-metodoloġija u aġġornamenti tagħha lill-ACER, u jenħtieġ li l-ACER tapprova l-proposta u l-aġġornamenti. Meta tikkonsulta l-ECG, jenħtieġ li l-ACER tqis sew il-fehmiet espressi mill-ECG. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jaġġorna l-metodoloġija komuni meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida sinifikanti. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jkun kapaċi jiddelega kompiti relatati mal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, filwaqt li jenħtieġ li l-kompiti delegati jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-ENTSO għall-Elettriku.

(18)

L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li japplikaw il-metodoloġija użata għat-tħejjija ta' valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali meta jwettqu kwalunkwe tip ieħor ta' valutazzjoni tar-riskju għal terminu qasir, jiġifieri l-previżjonijiet tal-adegwatezza tal-provvista ġenerata ta' ġimgħa bil-quddiem sa mill-inqas ġurnata qabel ipprovduti fir-Regolament (UE) 2017/1485.

(19)

Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet tal-elettriku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tenħtieġ li tfassal pjan ta' tħejjija għar-riskji abbażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati, bħar-rappreżentanti ta' produtturi jew tal-korpi tal-kummerċ tagħhom jew ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, fejn dawn ikunu rilevanti għall-prevenzjoni u t-trattament ta' kriżi tal-elettriku. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiddeċiedu dwar l-arranġamenti xierqa għat-twettiq tal-konsultazzjoni. Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji kollha tal-kriżi tal-elettriku identifikati. Jenħtieġ li jitqies l-impatt ambjentali tal-miżuri proposti mil-lat ta' provvista u mil-lat ta' domanda. Il-pjanijiet jenħtieġ li jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu miżuri mhux ibbażati fuq is-suq sabiex jiġu mitigati sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku. Il-miżuri previsti kollha mhux ibbażati fuq is-suq jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiġu ppubblikati, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva.

(20)

Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri nazzjonali, reġjonali u, fejn applikabbli, bilaterali. Il-miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, il-miżuri bilaterali, huma neċessarji speċjalment f'każ ta' kriżi tal-elettriku simultanja, meta jkun meħtieġ approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel biex jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskji ta' effetti ulterjuri negattivi. Għal dak il-għan, qabel ma jadottaw il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti. L-Istati Membri rilevanti huma dawk fejn jista' jkun hemm effetti ulterjuri negattivi jew impatti oħra fuq is-sistema tal-elettriku ta' xulxin, kemm jekk dawk l-Istati Membri jkunu fl-istess reġjun kif ukoll jekk ikunu direttament konnessi. Il-pjanijiet jenħtieġ li iqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti inkluża s-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ta' xi sistemi mikroiżolati li ma jkunux konnessi mas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jaslu għall-konklużjonijiet xierqa fir-rigward, fost l-oħrajn, tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u l-miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji kif ukoll fir-rigward ta' dispożizzjonijiet dwar assistenza. Il-pjanijiet jenħtieġ li jistabbilixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ il-miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti u jenħtieġ li jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu ta' natura teknika u operattiva, bil-funzjoni tagħhom li tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew tal-eskalazzjoni ta' kriżi tal-elettriku kif ukoll sabiex itaffu l-effetti tagħha.

(21)

Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiġu aġġornati b'mod regolari. Sabiex jiżguraw li l-pjanijiet dejjem ikunu aġġornati u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun jenħtieġ li jorganizzaw simulazzjonijiet kull sentejn ta' kriżi tal-elettriku f'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u partijiet ikkonċernati oħra sabiex jittestjaw l-adegwatezza tagħhom.

(22)

Il-mudell previst f'dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita t-tħejjija tal-pjanijiet, b'mod li jippermetti l-inklużjoni ta' informazzjoni addizzjonali speċifika dwar l-Istat Membru. Il-mudell huwa maħsub ukoll biex jiffaċilita l-konsultazzjoni ma' Stati Membri oħrajn fir-reġjun ikkonċernat u mal-ECG. Il-konsultazzjoni fir-reġjun u fl-ECG tenħtieġ li tiżgura li l-miżuri meħudin fi Stat Membru jew f'reġjun wieħed ma jixħtux f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta' Stati Membri jew ta' reġjuni oħrajn.

(23)

Huwa importanti li jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u t-trasparenza bejn l-Istati Membri, meta jkollhom informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li tista' sseħħ kriżi tal-elettriku. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ġirien u lill-ECG mingħajr dewmien indebitu, filwaqt li jipprovdu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-kawżi tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku, il-miżuri ppjanati għall-prevenzjoni ta' kriżi tal-elettriku u l-ħtieġa possibbli ta' assistenza mingħand Stati Membri oħrajn.

(24)

L-iskambju ta' informazzjoni fil-każ ta' kriżi tal-elettriku huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati azzjoni kkoordinata u assistenza mmirata. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jobbliga lill-awtorità kompetenti sabiex tinforma lill-Istati Membri fir-reġjun, lill-Istati Membri ġirien u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien indebitu meta tiffaċċja kriżi tal-elettriku. L-awtorità kompetenti tenħtieġ li tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kawżi tal-kriżi, il-miżuri ppjanati jew meħudin għall-mitigazzjoni tal-kriżi u l-ħtieġa possibbli ta' assistenza mingħand Stati Membri oħrajn; Fejn dik l-assistenza tmur lil hinn mis-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jenħtieġ li jibqa' l-qafas legali applikabbli.

(25)

Fil-każ ta' kriżi tal-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw fi spirtu ta' solidarjetà. Flimkien ma' din ir-regola ġenerali, jenħtieġ li jkun hemm provvediment xieraq biex l-Istati Membri joffru assistenza lil xulxin f'każ ta' kriżi tal-elettriku. Din l-assistenza tenħtieġ li tkun ibbażata fuq miżuri maqbula minn qabel u kkoordinati, stabbiliti fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji. Dan ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri diskrezzjoni wiesgħa meta jaqblu dwar il-kontenut ta' tali miżuri kkoordinati u għalhekk dwar il-kontenut tal-assistenza li joffru. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu u jaqblu dwar tali miżuri kkoordinati, filwaqt li jqisu d-domanda u l-provvista. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jiżgura li, għall-fini tal-assistenza miftiehma, l-elettriku jiġi pprovdut b'mod koordinat. L-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu wkoll dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali u bilaterali li dwarhom sar qbil. Taħt dawk l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw il-kwantitajiet massimi tal-elettriku li jkollhom jiġu fornuti, li jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid abbażi tal-fattibbiltà teknika tal-provvista tal-elettriku ladarba l-assistenza tkun meħtieġa matul kriżi tal-elettriku. Sussegwentement, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali u bilaterali li dwarhom sar qbil u tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji.

(26)

Meta jiġu biex jiftiehmu dwar miżuri koordinati u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji u dispożizzjonijiet oħra ta' implimentazzjoni dwar l-assistenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fatturi soċjali u ekonomiċi, inkluża s-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-proporzjonalità. Huma mħeġġa jaqsmu l-aħjar prattiki u jużaw l-ECG bħala pjattaforma ta' diskussjoni li permezz tagħha jiġu identifikati l-għażliet disponibbli għall-assistenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżuri koordinati u l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa, inkluż kumpens ġust. Il-Kummissjoni tista' tiffaċilita t-tħejjija tal-miżuri reġjonali u bilaterali.

(27)

L-assistenza bejn l-Istati Membri taħt dan ir-Regolament tenħtieġ li tkun soġġetta għal kumpens ġust maqbul bejn l-Istati Membri. Dan ir-Regolament ma jarmonizzax l-aspetti kollha ta' tali kumpens ġust bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jaqblu fuq dispożizzjonijiet għal kumpens ġust qabel ma tingħata l-assistenza. L-Istat Membru li jitlob assistenza jenħtieġ li jħallas fil-pront ta' tali kumpens, jew jiżgura l-ħlas fil-pront tiegħu, lill-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza. Il-Kummissjoni tenħtieġ li tipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar l-elementi ewlenin ta' kumpens ġust u elementi oħra tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji.

(28)

Meta jipprovdu assistenza taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni u għalhekk huma marbuta li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni. Tali assistenza tista' għaldaqstant, skont il-miżuri maqbula bejn l-Istati Membri, toħloq obbligu għal Stat Membru li jħallas kumpens lil dawk milquta mill-miżuri tiegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiżguraw, fejn ikun meħtieġ, li jkunu fis-seħħ regoli nazzjonali ta' kumpens li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, l-Istat Membru li jirċievi assistenza jenħtieġ li fl-aħħar mill-aħħar jerfa' l-ispejjeż raġonevoli kollha li Stat Membru ieħor iġarrab bħala riżultat tal-għoti ta' assistenza skont tali regoli nazzjonali ta' kumpens.

(29)

Fil-każ ta' kriżi tal-elettriku, l-assistenza tenħtieġ li tingħata anki jekk l-Istati Membri ma jkunux għadhom qablu dwar miżuri koordinati u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji kif mitlub mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-assistenza. Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu assistenza f'tali sitwazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu dwar miżuri u arranġamenti ad hoc li jissostitwixxu l-miżuri koordinati u l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji li jkunu nieqsa.

(30)

Dan ir-Regolament jintroduċi tali mekkaniżmu ta' assistenza bejn l-Istati Membri bħala strument għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta' kriżi tal-elettriku fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tenħtieġ li għalhekk tirrivedi l-mekkaniżmu ta' assistenza fid-dawl tal-esperjenza futura tat-tħaddim tiegħu, u tipproponi, fejn ikun xieraq, modifiki għalih.

(31)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-intrapriżi u lill-konsumaturi tal-elettriku sabiex jiddependu fuq il-mekkaniżmi tas-suq stipulati fir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944 kemm ikun hemm bżonn meta affaċċjati minn kriżijiet tal-elettriku. Ir-regoli li jirregolaw is-suq intern u r-regoli dwar l-funzjonament tas-sistemi jenħtieġ li jkunu rrispettati anki fi kriżijiet tal-elettriku. Tali regoli jinkludu l-punt (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/1485 u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/2196, li jirregolaw it-tnaqqis ta' transazzjonijiet, il-limitazzjoni tal-provvista tal-kapaċità transżonali għall-allokazzjoni tal-kapaċità jew il-limitazzjoni tal-provvista ta' skedi. Dan ifisser li miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, bħal skonnessjoni furzata tad-domanda, jew il-forniment ta' provvisti żejda barra l-funzjonament normali tas-suq jenħtieġ li jittieħdu biss bħala l-aħħar alternattiva, meta jkunu ġew ippruvati l-possibbiltajiet kollha pprovduti mis-suq. Għaldaqstant, skonnessjoni furzata tad-domanda tenħtieġ li tiġi introdotta biss wara li jkunu ġew eżawriti l-possibbiltajiet kollha għal skonnessjoni volontarja tad-domanda. Barra minn hekk, kwalunkwe miżura mhux ibbażata fuq is-suq tenħtieġ li tkun neċessarja, proporzjonata, mhux diskriminatorja u temporanja.

(32)

Sabiex jiżguraw it-trasparenza wara kriżi tal-elettriku, l-awtorità kompetenti li ddikjarat il-kriżi tal-elettriku tenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ex post tal-kriżi u tal-impatti tagħha. Dik l-evalwazzjoni tenħtieġ li tqis, fost l-oħrajn, l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-miżuri meħudin kif ukoll il-kost ekonomiku tagħhom. Dik l-evalwazzjoni tenħtieġ li tkopri wkoll kunsiderazzjonijiet transfruntiera bħall-impatt tal-miżuri fuq Stati Membri oħrajn u l-livell tal-assistenza li l-Istat Membru li ddikjara l-kriżi tal-elettriku rċieva mingħandhom.

(33)

L-obbligi ta' trasparenza jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri kollha meħudin għall-prevenzjoni jew għall-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jikkonformaw mar-regoli dwar is-suq intern u jikkonformaw mal-prinċipji ta' kooperazzjoni u ta' solidarjetà li huma l-bażi tal-Unjoni tal-Enerġija.

(34)

Dan ir-Regolament isaħħaħ ir-rwol tal-ECG. Dan jenħtieġ li jwettaq kompiti speċifiċi, b'mod partikolari b'rabta mal-iżvilupp ta' metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku u ta' metodoloġija għall-valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u staġjonali u b'rabta mat-tħejjija tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, u jenħtieġ li jkollu rwol prominenti fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u fl-iżvilupp tal-aħjar prattiki fuq din il-bażi.

(35)

Huwa possibbli li kriżi tal-elettriku testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni sat-territorju tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Bħala Parti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, l-Unjoni tenħtieġ li tippromwovi emendi għal dak it-Trattat bl-għan li jinħoloq suq integrat u spazju regolatorju uniku billi jiġi pprovdut qafas regolatorju adegwat u stabbli. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti ta' kriżijiet, l-Unjoni tenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija meta jipprevjenu, iħejju għal, u jiġġestixxu kriżi tal-elettriku.

(36)

Fejn il-Kummissjoni, l-ACER, l-ECG, l-ENTSO għall-Elettriku, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji kompetenti u nazzjonali tagħhom, jew kwalunkwe korp, entità jew persuna oħra, jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, huma jenħtieġ li jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni. Għal dak il-għan, l-informazzjoni kunfidenzjali tenħtieġ li tkun soġġetta għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali fis-seħħ dwar it-trattament tal-informazzjoni u l-proċessi kunfidenzjali.

(37)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li fl-Unjoni jiżgura l-aktar tħejjija effettiva u effiċjenti għar-riskji, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(38)

Ċipru bħalissa huwa l-uniku Stat Membru li mhuwiex konness direttament ma' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jiġi ċċarat fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li, sakemm tippersisti din is-sitwazzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet, jiġifieri dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku, dwar l-inklużjoni ta' miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti fi pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, u dwar l-assistenza, ma japplikawx fir-rigward ta' Ċipru. Ċipru u Stati Membri rilevanti oħra huma mħeġġa jiżviluppaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, miżuri u proċeduri alternattivi fl-oqsma koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet, sakemm tali miżuri u proċeduri alternattivi ma jaffettwawx l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament bejn l-Istati Membri l-oħra.

(39)

Id-Direttiva 2005/89/KE tenħtieġ li titħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji
KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku
KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ
KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali
ANNESS

ANNESS

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit