+REGOLAMENT (KE) Nru 1099/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 4
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 5
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 12
---+ANNESS A KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA
---+ANNESS B STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA
---+ANNESS C STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA
---+ANNESS D STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR
English - European Union - Energy -

REGOLAMENT (KE) Nru 1099/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (KE) Nru 1099/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2008

dwar l-istatistika dwar l-enerġija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1
Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“statistika Komunitarja” tfisser l-istatistiċi tal-Komunità kif definiti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;

(b) 

“produzzjoni ta' l-istatistika” tfisser il-produzzjoni ta' statistiċi kif definita fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;

(ċ) 

“il-Kummissjoni (l-Eurostat)” tfisser l-awtorità tal-Komunità kif definita fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;

(d) 

“prodotti ta' l-enerġija” tfisser il-kombustibbli, is-sħana, l-enerġija rinnovabbli, l-elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta' enerġija;

(e) 

“aggregati” tfisser data li ġiet aggregata fil-livell nazzjonali dwar it-trattament jew l-użu ta' prodotti ta' l-enerġija, jiġifieri l-produzzjoni, il-kummerċ, l-istokks, it-trasformazzjoni, il-konsum u l-karatteristiċi strutturali tas-sistema ta' l-enerġija bħal kapaċitajiet installati għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku jew il-kapaċitajiet tal-produzzjoni għall-prodotti taż-żejt;

(f) 

“kwalità tad-data” tfisser l-aspetti segwenti tal-kwalità statistika: ir-rilevanza, il-preċiżjoni, it-tempestività u l-puntwalità, l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, il-komparabbiltà, il-koerenza u l-kompletezza.

Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 7

Artikolu 7

Referenza ta' żmien u frekwenza

L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data kollha speċifikata f'dan ir-Regolament mill-bidu tas-sena kalendarja wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għandhom jittrażmettuha minn dakinhar ‘il quddiem bil-frekwenzi stabbiliti fl-Artikolu 4(1).

Artikolu 8

Artikolu 8

Statistika nukleari annwali

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b'koperazzjoni mas-settur ta' l-enerġija nukleari fl-UE, tiddefinixxi sett ta' statistika nukleari annwali li għandu jiġi rappurtat u disseminat mill-2009 ‘il quddiem, b'dik is-sena bħala l-ewwel perijodu rappurtat, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità, fejn din tkun meħtieġa, u bil-preklużjoni tad-duplikazzjoni tal-ġbir tad-data, u fl-istess waqt bl-ispejjeż ta' produzzjoni miżmuma baxxi u bil-piż tar-rappurtar miżmum raġonevoli.

Is-sett ta' statistika nukleari annwali għandu jiġi stabbilit u jista' jiġi modifikat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9
Artikolu 10
Artikolu 11
Artikolu 12

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

ANNESS A KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA


ANNESS A

KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA

Dan l-Anness jipprovdi spjegazzjonijiet, noti ġeografiċi u definizzjonijiet tat-termini użati fl-Annessi l-oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dawn l-Annessi.

1.    NOTI ĠEOGRAFIĊI

Għal finijiet biss tar-rappurtar statistiku, japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

— 
l-Awstralja teskludi t-territorji esterni tagħha,
— 
id-Danimarka teskludi l-Gżejjer Faeroe u Greenland,
— 
Franza tinkludi Monaco u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej ta’ Guadeloupe, Martinique, Guyane, Reunion u Mayotte,
— 
l-Italja tinkludi San Marino u l-Vatikan (is-Santa Sede),
— 
il-Ġappun jinkludi Okinawa,
— 
il-Portugall jinkludi Açores u Madeira,
— 
Spanja tinkludi l-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Baleariċi, u Ceuta u Melilla,
— 
l-Iżvizzera ma tinkludix il-Liechtenstein,
— 
l-Istati Uniti jinkludu l-50 stat, id-Distrett ta’ Columbia, il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti, Puerto Rico u Guam.

2.    AGGREGATI

Il-produtturi tal-elettriku u tas-sħana huma kklassifikati skont il-fini tal-produzzjoni:

— 
produtturi tal-attività ewlenija huma produtturi bi sjieda privata jew pubblika li bħala l-attività ewlenija tagħhom jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana u jbigħuhom lil partijiet terzi,
— 
awtoprodutturi huma produtturi bi sjieda privata jew pubblika li bħala attività li tappoġġa l-attività ewlenija tagħhom jiġġeneraw l-elettriku u/jew is-sħana għalkollox jew parzjalment għall-użu tagħhom stess.

Nota: il-Kummissjoni tista’ tkompli tiċċara t-terminoloġija billi żżid referenzi tan-NACE ( 2 ) rilevanti f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2), wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni tan-NACE.

2.1.    Provvista

2.1.1.   PRODUZZJONI/PRODUZZJONI INDIĠENA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils estratti jew prodotti huma kkalkulati wara kull operazzjoni tat-tneħħija tal-materja inerti. Il-produzzjoni tinkludi l-kwantitajiet ikkonsmati mill-produttur waqt il-proċess tal-produzzjoni (eż. għat-tisħin jew għat-tħaddim tat-tagħmir u tal-awżiljarji), kif ukoll il-provvisti lil produtturi oħra tal-enerġija għat-trasformazzjoni jew għal użi oħra.

“Produzzjoni indiġena” tfisser il-produzzjoni minn riżorsi f’territorju speċifiku — it-territorju nazzjonali tal-pajjiż rapportatur.

2.1.2.   PRODOTTI RKUPRATI

Japplika għall-faħam iebes biss. Slurries u shale tal-munzelli tal-iskart irkuprati mill-minjieri.

2.1.3.   RIĊEVUTI MINN SORSI OĦRA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils li l-produzzjoni tagħhom hi koperta b’rappurtar ieħor dwar il-fjuwils, iżda li jitħalltu bi fjuwils oħra u kkonsmati bħala taħlita. Aktar dettalji dwar dan il-komponent iridu jingħataw bħala:

— 
Riċevuti minn sorsi oħra: Faħam
— 
Riċevuti minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux raffinat
— 
Riċevuti minn sorsi oħra: Gass naturali
— 
Riċevuti minn sorsi oħra: Sorsi rinnovabbli
— 
Riċevuti minn sorsi oħra: Idroġenu

2.1.4.   IMPORTAZZJONIJIET/ESPORTAZZJONIJIET

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, “importazzjonijiet” tirriferi għall-oriġini finali (il-pajjiż fejn ikun sar il-prodott tal-enerġija) għall-użu fil-pajjiż, u “esportazzjonijiet” tirreferi għall-pajjiż finali tal-konsum tal-prodott tal-enerġija li jkun sar. L-ammonti jitqiesu importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, sew jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u sew jekk le.

Meta ma tkunx tista’ tiġi speċifikata l-oriġini jew id-destinazzjoni, tista’ tintuża “Mhux speċifikata/Oħrajn”.

2.1.5.   BUNKERS TAL-BAĦAR INTERNAZZJONALI

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera u li jintużaw fin-navigazzjoni internazzjonali. In-navigazzjoni internazzjonali tista’ ssir fuq il-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi tal-ilma interni, u fl-ilmijiet kostali. Dawn li ġejjin huma esklużi:

— 
il-konsum mill-bastimenti involuti fin-navigazzjoni domestika; id-distinzjoni domestika/internazzjonali għandha ssir skont il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment;
— 
il-konsum mill-bastimenti tas-sajd;
— 
il-konsum mill-forzi militari.

2.1.6.   AVJAZZJONI INTERNAZZJONALI

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni internazzjonali. Id-distinzjoni domestika/internazzjonali għandha ssir skont il-postijiet tat-tluq u tal-ħatt u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Eskluż il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li jridu jiġu rappurtati f’“Mhux speċifikat band’oħra — Trasport”) u l-użu militari tal-fjuwils tal-avjazzjoni (li jridu jiġu rappurtati f’“Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn”).

2.1.7.   BIDLIET FL-ISTOKKIJIET

Id-differenza bejn il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-livell tal-istokk tal-għeluq għall-istokk miżmum fit-territorju nazzjonali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

2.1.8.   STOKKIJIET TOTALI TAL-FTUĦ U TAL-GĦELUQ FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

L-istokkijiet kollha fit-territorju nazzjonali, inkluż l-istokkijiet miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi l-kbar u mill-organizzazzjonijiet taż-żamma tal-istokkijiet, l-istokkijiet miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokkijiet miżmuma f’żoni riżervati u l-istokkijiet miżmuma għal ħaddieħor, sew jekk skont ftehim governattiv bilaterali u sew jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferu għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rappurtar, rispettivament. L-istokk jinkludi l-istokkijiet miżmuma f’kull tip ta’ faċilità tal-ħażna speċjali, fuq l-art jew taħt l-art.

2.1.9.   UŻU DIRETT

Żejt (Żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat) użat direttament mingħajr ma jiġi pproċessat f’raffineriji taż-żejt mhux raffinat. Inkluż iż-żejt mhux raffinat maħruq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

2.1.10.   PRODOTTI PRIMARJI RIĊEVUTI

Inkluż il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL ( 3 ) indiġeni użati direttament mingħajr ma jiġu pproċessati f’raffinerija taż-żejt mhux raffinat, u l-kwantitajiet tal-flussi lura mill-industrija petrokimika li, għalkemm ma jkunux fjuwil primarju, jintużaw direttament.

2.1.11.   PRODUZZJONI GROSSA TAR-RAFFINERIJA

Il-produzzjoni tal-prodotti finali f’raffinerija jew f’impjant tat-taħlit. Eskluż it-telf mir-raffineriji, iżda inkluż il-fjuwil tar-raffinerija.

2.1.12.   PRODOTTI RIĊIKLATI

Il-prodotti finali li jgħaddu għat-tieni darba min-network tal-kummerċjalizzazzjoni, wara li jkunu ġew ikkonsenjati lill-konsumaturi finali (eż. lubrikanti użati li jkunu qed jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu distinti mill-flussi lura tal-industrija petrokimika.

2.1.13.   FLUSSI LURA

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment dawn ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika.

2.1.14.   TRASFERIMENTI TAL-INTERPRODOTTI

Il-kwantitajiet klassifikati mill-ġdid għax tinbidel l-ispeċifikazzjoni tagħhom jew għax ikunu tħalltu fi prodott ieħor. Entrata negattiva għal prodott wieħed titpatta b’entrata pożittiva (jew b’diversi entrati pożittivi) għal prodott wieħed jew għal bosta prodotti u viċiversa; l-effett nett totali għandu jkun żero.

2.1.15.   PRODOTTI TRASFERITI

Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali.

2.1.16.   DIFFERENZI STATISTIĊI

Il-valur ikkalkulat, definit bħala d-differenza bejn il-kalkolu mill-perspettiva tal-provvista (approċċ minn fuq għal isfel) u l-kalkolu mill-perspettiva tal-konsum (approċċ minn isfel għal fuq). Kull differenza statistika kbira trid tiġi spjegata mill-pajjiżi rapportatur.

2.2.    Settur tat-trasformazzjoni

Fis-settur tat-trasformazzjoni, iridu jiġu rappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils li ġew trasformati fi fjuwils oħra. Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għat-tisħin, għat-tħaddim tat-tagħmir u b’mod ġenerali biex jappoġġaw it-trasformazzjoni għandhom jiġu ddikjarati fis-settur tal-enerġija.

2.2.1.   PRODUTTUR TAL-ATTIVITÀ EWLENIJA TAL-ELETTRIKU BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mill-produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu l-elettriku f’unitajiet/impjanti tal-elettriku biss.

2.2.2.   UNITAJIET TAS-SĦANA U TAL-ENERĠIJA KKOMBINATI (CHP) TAL-PRODUTTURI TAL-ATTIVITÀ EWLENIJA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mill-produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu l-elettriku u/jew is-sħana f’unitajiet CHP.

2.2.3.   PRODUTTUR TAL-ATTIVITÀ EWLENIJA TAS-SĦANA BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mill-produtturi tal-attività ewlenija biex jipproduċu s-sħana f’unitajiet/impjanti tas-sħana biss.

2.2.4.   AWTOPRODUTTUR TAL-ELETTRIKU BISS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mill-awtoprodutturi biex jipproduċu l-elettriku f’unitajiet/impjanti tal-elettriku biss.

2.2.5.   UNITAJIET TAS-SĦANA U TAL-ENERĠIJA KKOMBINATI (CHP) TAL-AWTOPRODUTTURI

Il-kwantitajiet kollha tal-fjuwils użati mill-awtoprodutturi biex jipproduċu l-elettriku u l-parti proporzjonali tal-fjuwils użati biex jipproduċu s-sħana mibjugħa f’unitajiet CHP. Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana li ma tkunx inbiegħet (sħana awtokkonsmata) trid tiġi rappurtata skont is-settur speċifiku tal-konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Is-sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra skont ftehimiet nonfinanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti trid tiġi rappurtata bl-istess prinċipju bħas-sħana mibjugħa.

2.2.6.   AWTOPRODUTTUR TAS-SĦANA BISS

Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana mibjugħa f’unitajiet/impjanti tas-sħana biss mill-awtoprodutturi. Il-parti proporzjonali tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana li ma tkunx inbiegħet (sħana awtokkonsmata) trid tiġi rappurtata skont is-settur speċifiku tal-konsum finali tal-enerġija abbażi tal-klassifikazzjoni tan-NACE. Is-sħana mhux mibjugħa iżda kkonsenjata lil entitajiet oħra skont ftehimiet nonfinanzjarji jew lil entitajiet bi sjieda differenti trid tiġi rappurtata bl-istess prinċipju bħas-sħana mibjugħa.

2.2.7.   IMPJANTI TAL-FJUWILS BIL-PRIVATTIVA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fl-impjanti tal-fjuwils bil-privattiva għall-produzzjoni tal-fjuwils bil-privattiva.

2.2.8.   FRAN TAL-KOKK

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-fran tal-kokk għall-produzzjoni tal-kokk tal-fran tal-kokk u tal-gass tal-fran tal-kokk.

2.2.9.   IMPJANTI BKB/PB

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-mattunelli tal-faħam kannella (BKB) f’impjanti BKB u l-kwantitajiet tal-fjuwils użati f’impjanti tal-mattunnelli tal-pit għall-produzzjoni tal-mattunelli tal-pit (PB).

2.2.10.   IMPJANTI TAL-MANIFATTURA TAL-GASS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-gass tal-impjanti tal-gass f’impjanti tal-manifattura tal-gass u f’impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.2.11.   FORN TAL-BLAST

Il-kwantitajiet tal-fjuwils li jidħlu fir-reċipjent tal-forn tal-blast, kemm mill-fetħa ta’ fuq flimkien mal-mineral tal-ħadid, kif ukoll mit-tuyeres fil-qiegħ flimkien mal-arja msaħħna tal-blast.

2.2.12.   LIKWIFAZZJONI TAL-FAĦAM

Il-kwantitajiet tal-fjuwil użati għall-produzzjoni taż-żejt sintetiku.

2.2.13.   IMPJANTI TAL-GASS GĦAL LIKWIDU

Il-kwantitajiet tal-fjuwils gassużi konvertiti fi fjuwils likwidi.

2.2.14.   IMPJANT TAL-PRODUZZJONI TAL-FAĦAM TAL-KANNOL

Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils solidi konvertiti f’faħam tal-kannol.

2.2.15.   RAFFINERIJI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat.

2.2.16.   IMPJANTI TAT-TAĦLIT TAL-GASS NATURALI (GĦALL-GASS NATURALI MĦALLAT)

Il-kwantitajiet tal-gassijiet imħallta mal-gass naturali għal ġol-grillja tal-gass (network tal-gass).

2.2.17.   GĦAT-TAĦLIT MAL-GAŻOLINA TAL-MAGNI/DIŻIL/PITROLJU:

Il-kwantitajiet tal-bijofuwils likwidi mħallta mal-kontropartijiet fossili tagħhom. Il-kwantitajiet tal-idroġenu mħallat fil-fjuwils.

2.2.18.   PRODUZZJONI TAL-IDROĠENU

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-idroġenu

2.2.19.   MHUX SPEĊIFIKAT BAND’OĦRA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-attivitajiet tat-trasformazzjoni li mhumiex inklużi band’oħra. Jekk użati, kulma jiddaħħal f’din l-intestatura jrid jiġi spjegat fir-rapport.

2.3.    Settur tal-enerġija

Il-kwantitajiet ikkonsmati mill-industrija tal-enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni (tħaffir fil-minjieri, produzzjoni taż-żejt u tal-gass) jew l-operazzjonijiet tal-impjanti relatati mal-attivitajiet tat-trasformazzjoni. Dan jikkorrispondi għan-NACE Div 05, 06, 19 u 35, għan-NACE Grupp 09.1 u għan-NACE Klassijiet 07.21 u 08.92.

Eskluż il-kwantitajiet tal-fjuwils trasformati f’forma ta’ enerġija oħra (li jridu jiġu rappurtati fis-settur tat-trasformazzjoni) jew użati biex jappoġġaw l-operazzjoni tal-pipelines tat-taħlitiet (slurries) biż-żejt, bil-gass u bil-faħam (li jridu jiġu rappurtati fis-settur tat-trasport).

2.3.1.   UŻU PROPRJU MILL-IMPJANTI TAL-ELETTRIKU, TAS-CHP U TAS-SĦANA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti b’unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP.

2.3.2.   MINJIERI TAL-FAĦAM

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-faħam fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri għall-faħam. Il-faħam maħruq fl-impjanti tal-enerġija fid-daħla ta’ minjiera tal-faħam irid jiġi rappurtat fis-settur tat-trasformazzjoni.

2.3.3.   IMPJANTI TAL-FJUWILS BIL-PRIVATTIVA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw operazzjonijiet fl-impjanti tal-fjuwils bil-privattiva.

2.3.4.   FRAN TAL-KOKK

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fil-fran tal-kokk (impjanti tal-kokk).

2.3.5.   IMPJANTI BKB/PB

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti BKP/PB (impjanti tal-agglomerazzjoni).

2.3.6.   IMPJANTI TAL-MANIFATTURA TAL-GASS/IMPJANTI TAL-GASSIFIKAZZJONI

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-manifattura tal-gass u fl-impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

2.3.7.   FRAN TAL-BLAST

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast.

2.3.8.   LIKWIFAZZJONI TAL-FAĦAM

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam.

2.3.9.   LIKWIFAZZJONI (LNG)/RIGASSIFIKAZZJONI

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-likwifazzjoni tal-gass naturali u tar-rigassifikazzjoni.

2.3.10.   IMPJANTI TAL-GASSIFIKAZZJONI (BIJOGASS)

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-gassifikazzjoni tal-bijogass.

2.3.11.   IMPJANTI TAL-GASS GĦAL LIKWIDU (GTL)

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-konverżjoni tal-gass għal likwidu.

2.3.12.   IMPJANTI TAL-PRODUZZJONI TAL-FAĦAM TAL-KANNOL

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fl-impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol.

2.3.13.   RAFFINERIJI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw l-operazzjonijiet fir-raffineriji taż-żejt mhux raffinat.

2.3.14.   INDUSTRIJA NUKLEARI

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw operazzjonijiet tal-industrija nukleari (it-tħaffik fil-minjieri, l-ipproċessar, u l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjali nukleari għall-fissjoni u għall-fużjoni atomika) u inkluż it-trattament, ir-rimi u l-ħżin tal-iskart nukleari radjuattiv.

2.3.15.   ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati fil-faċilitajiet tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali. Eskluż it-telf mill-pipelines (li jrid jiġi rappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni) u l-kwantitajiet tal-enerġija użata biex jitħaddmu l-pipelines (li jridu jiġu rappurtati fis-settur tat-trasport).

2.3.16.   PRODUZZJONI, LIKWIFAZZJONI U GASSIFIKAZZJONI TAL-IDROĠENU.

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati bħala enerġija biex jappoġġaw il-produzzjoni, il-likwifazzjoni u l-gassifikazzjoni tal-idroġenu.

2.3.17.   MHUX SPEĊIFIKAT BAND’OĦRA — ENERĠIJA

Il-kwantitajiet tal-fjuwils relatati mal-attivitajiet tal-enerġija mhux inklużi band’oħra. Jekk użati, kulma jiddaħħal f’din l-intestatura jrid jiġi spjegat fir-rapport.

2.4.    Telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni

2.4.1.   TELF MIT-TRAŻMISSJONI

Il-kwantitajiet ta’ telf tal-fjuwils minħabba t-trażmissjoni, fil-parti tas-sistema mħaddma mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Inkluż it-telf tekniku u mhux tekniku. Għall-elettriku, dan jinkludi t-telf fit-trasformaturi li ma jitqisux bħala partijiet integrali tal-impjanti tal-enerġija. Għall-gass, dan jinkludi l-ivventjar u l-ivvampjar waqt trażmissjoni.

2.4.2.   TELF MID-DISTRIBUZZJONI

Il-kwantitajiet ta’ telf tal-fjuwils minħabba d-distribuzzjoni, fil-parti tas-sistema mħaddma mill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni. Inkluż it-telf tekniku u mhux tekniku. Għall-gass, dan jinkludi l-ivventjar u l-ivvampjar waqt distribuzzjoni.

2.5.    Konsum finali mhux tal-enerġija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils fossili użati għal finijiet mhux tal-enerġija — fjuwils mhux maħruqa.

2.6.    Konsum finali tal-enerġija (speċifikazzjonijiet ta’ użu finali)

2.6.1.   SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Dan jirreferi għall-kwantitajiet ta’ fjuwil ikkunsmati mill-intrapriża industrijali biex issostni l-attivitajiet primarji tagħha.

Għall-unitajiet tas-sħana biss jew tas-CHP, iridu jiġu rappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana użata mill-entità stess (sħana awtokkonsmata). Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati għall-produzzjoni tas-sħana mibjugħa u għall-produzzjoni tal-elettriku jridu jiġu rappurtati fis-settur tat-trasformazzjoni xieraq.

2.6.1.1. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri: NACE Div. 07 (eskluż 07.21) u 08 (eskluż 08.92); NACE Grupp 09.9.

2.6.1.1.1. Estrazzjoni tal-metalli mhux raffinati [NACE Div 07; eskluż NACE Klassi 07.21 Estrazzjoni tal-uranju u tat-torju]

2.6.1.1.2. Tħaffir ieħor fil-minjieri u fil-barrieri [NACE Div. 08; eskluż NACE Klassi 08.92 Estrazzjoni tal-pit]

2.6.1.1.3. Attivitajiet ta’ appoġġ għat-tħaffir fil-minjieri [NACE Div. 09; eskluż in-NACE Rev. 2, il-Grupp 09.1 Attivitajiet ta’ appoġġ għall-estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali]

2.6.1.2. Ikel, xorb u tabakk: NACE Div 10, 11 u 12.

2.6.1.2.1. Manifattura tal-prodotti tal-ikel [NACE Div. 10]

2.6.1.2.2. Manifattura tax-xorb [NACE Div. 11]

2.6.1.2.3. Manifattura tal-prodotti tat-tabakk [NACE Div. 12]

2.6.1.3. Tessut u ġilda [NACE Div. 13, 14 u 15; inkluż il-Manifattura tat-tessuti, il-Manifattura tal-ħwejjeġ li jintlibsu u l-Manifattura tal-ġilda u ta’ prodotti relatati]

2.6.1.4. Injam u prodotti tal-injam — Manifattura tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-sufra, eskluż l-għamara; Manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u ta’ materjali tad-dfir [NACE Div. 16]

2.6.1.5. Polpa, karti u stampar: NACE Div 17 u 18.

2.6.1.5.1. Manifattura tal-karta u tal-prodotti tal-karta [NACE Div. 17]

2.6.1.5.1.1. Manifattura tal-polpa [NACE Klassi 17.11]

2.6.1.5.1.2. Karta u prodotti tal-karta oħrajn [NACE Klassi 17.12 u NACE Grupp 17.2]

2.6.1.5.2 Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rrekordjata [NACE Div. 18]

2.6.1.6. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi: NACE Div. 20 u 21.

2.6.1.6.1. Manifattura tal-kimiki u tal-prodotti kimiċi [NACE Div. 20]

2.6.1.6.2. Manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi bażiċi u tal-preparazzjonijiet farmaċewtiċi [NACE Div. 21]

2.6.1.7. Minerali nonmetalliċi [NACE Div. 23]

2.6.1.7.1. Manifattura tal-ħġieġ u tal-prodotti tal-ħġieġ [NACE Grupp 23.1]

2.6.1.7.2. Manifattura tas-siment, tal-ġir u tal-ġibs (inkluż il-klinker) [NACE Grupp 23.5]

2.6.1.7.3. Prodotti minerali nonmetalliċi oħra [NACE Gruppi 23.2, 23.3, 23.4, 23.6, 23.7 u 23.9]

2.6.1.8. Ħadid u azzar [Manifattura ta’ metalli bażiċi A: NACE Gruppi 24.1, 24.2 u 24.3 u Klassijiet 24.51 u 24.52]

2.6.1.9. Industriji tal-metalli nonferrużi [Manifattura tal-metalli bażiċi B: NACE Grupp 24.4 u Klassijiet 24.53 u 24.54]

2.6.1.9.1. Produzzjoni tal-aluminju [NACE Klassi 24.42]

2.6.1.9.2. Industriji tal-metalli nonferrużi oħra [NACE Grupp 24.4 — eskluż NACE Klassi 24.42; NACE Klassijiet 24.53 u 24.54]

2.6.1.10. Makkinarju: NACE Div. 25, 26, 27 u 28.

2.6.1.10.1. Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat, eskluż il-makkinarju u t-tagħmir [NACE Div. 25]

2.6.1.10.2. Manifattura tal-prodotti tal-kompjuters, elettroniċi u ottiċi [NACE Div. 26]

2.6.1.10.3. Manifattura tat-tagħmir elettriku [NACE Div. 27]

2.6.1.10.4. Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. [NACE Div. 28]

2.6.1.11. Tagћmir tat-trasport: Industriji relatati mat-tagħmir li jintuża għat-trasport [NACE Div. 29 u 30; inkluż il-Manifattura tal-vetturi bil-mutur, tat-trejlers u s-semitrejlers u l-Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport]

2.6.1.12. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija: NACE Div. 22, 31 u 32

2.6.1.12.1. Manifattura tal-prodotti tal-gomma u tal-plastik [NACE Div. 22]

2.6.1.12.2. Manifattura tal-għamara [NACE Div. 31]

2.6.1.12.3. Manifattura oħra [NACE Div. 32]

2.6.1.13. Kostruzzjoni [NACE Div. 41, 42 u 43]

2.6.2.   SETTUR TAT-TRASPORT

Enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport irrispettivament mill-kategorija tan-NACE (is-settur ekonomiku) fejn issir l-attività. Il-fjuwils użati għat-tisħin u għat-tidwil fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, fil-vened tax-xarabanks, fuq il-mollijiet tal-bastimenti u fl-ajruporti jridu jiġu rappurtati f’“Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi” u mhux fis-settur tat-trasport.

2.6.2.1.   Ferroviji

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati mit-traffiku tal-ferroviji, inkluż il-ferroviji industrijali u t-trasport bil-ferroviji bħala parti minn sistemi tat-trasport urbani u suburbani (pereżempju il-ferroviji, it-trams, il-metros).

2.6.2.1.1.   Ferroviji b’veloċità kbira

L-enerġija użata mill-ferroviji li jaħdmu fuq linji li jippermettu veloċità iżjed minn 200 kilometru fis-siegħa.

2.6.2.1.2.   Ferroviji konvenzjonali

L-enerġija użata mit-traffiku ferrovjarju, eskluż il-ferroviji ta’ veloċità għolja u l-metrò u t-tramm.

2.6.2.1.2.1.   Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija konvenzjonali

L-enerġija użata mill-ferrovija għat-trasport tal-passiġġieri, jiġifieri għall-moviment tal-passiġġieri li juża l-vetturi ferrovjarji bejn il-post tal-imbark u l-post tal-iżbark. Il-passiġġier hu kwalunkwe persuna li tivvjaġġa, eskluż il-membri tal-ekwipaġġ tal-ferrovija.

2.6.2.1.2.2.   Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija konvenzjonali

L-enerġija użata mill-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija, jiġifieri għall-moviment tal-merkanzija li juża l-vetturi ferrovjarji bejn il-post tat-tagħbija u l-post tal-ħatt.

2.6.2.1.3.   Metrò u tramm

L-enerġija użata mill-metrò, mit-tramm, mill-ferrovija ħafifa u minn sistemi ferrovjarji urbani oħra elevati jew taħt l-art.

2.6.2.2.   Navigazzjoni domestika

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera u li mhumiex involuti fin-navigazzjoni internazzjonali (ara bunkers tal-baħar internazzjonali). Id-distinzjoni domestika/internazzjonali għandha ssir skont il-port tat-tluq u l-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment.

2.6.2.3.   Bit-triq

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-vetturi tat-triq. Inkluż il-fjuwil użat mill-vetturi agrikoli fuq l-awtostradi u l-lubrikanti għall-użu fil-vetturi tat-triq.

Eskluż l-enerġija użata fil-magni stazzjonarji (ara “Settur ieħor”), fit-tratturi li ma jintużawx fl-awtostradi (ara “Agrikoltura”), għal użu militari fil-vetturi tat-triq (ara “Settur ieħor — Mhux Speċifikat Band’Oħra”), għall-bitum użat fil-kisi tat-toroq u l-enerġija użata fil-magni fis-siti tal-kostruzzjoni (ara “Industrija”, is-subsettur “Kostruzzjoni”).

2.6.2.3.1.   Vetturi tqal li jġorru l-merkanzija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fi trakkijiet b’kapaċità tat-tagħbija ta’ 3,5t, li jġorru l-merkanzija (vetturi tal-kategoriji N2 u N3 skont il-klassifikazzjoni Ewropea għall-kategorija tal-vetturi, abbażi tal-istandards tal-UNECE).

2.6.2.3.2.   Trasport kollettiv

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-vetturi kbar li jġorru l-passiġġieri, bħax-xarabanks, il-kowċis, il-vannijiet kbar, eċċ. (vetturi tal-kategoriji M2 u M3 skont il-klassifikazzjoni Ewropea għall-kategorija tal-vetturi, abbażi tal-istandards tal-UNECE).

2.6.2.3.3.   Karozzi u vannijiet

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-vetturi żgħar, bħall-karozzi u l-vannijiet, li jġorru l-passiġġieri jew il-merkanzija (vetturi tal-kategoriji N1 u M1 skont il-klassifikazzjoni Ewropea għall-kategorija tal-vetturi, abbażi tal-istandards tal-UNECE).

2.6.2.3.4.   Trasport ieħor bit-triq:

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati fil-forom kollha tat-trasport bit-triq apparti l-vetturi tqal li jġorru l-merkanzija, it-trasport kollettiv u l-karozzi u l-vannijiet.

2.6.2.4.   Trasport bil-pipelines

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati bħala enerġija li jappoġġaw it-tħaddim tal-pipelines li jġorru l-gassijiet, il-likwidi, is-slurries u komoditajiet oħra. Inkluż l-enerġija użata għall-istazzjonijiet tal-pompa u għall-manutenzjoni tal-pipelines. Eskluż l-enerġija użata għad-distribuzzjoni bil-pipelines tal-gass naturali jew tal-gass manifatturat, il-misħun jew l-istim mingħand id-distributur għall-utenti finali (li trid tiġi rappurtata fis-settur tal-enerġija), l-enerġija użata għad-distribuzzjoni finali tal-ilma lill-utenti fl-unitajiet domestiċi, lill-utenti industrijali, lill-utenti kummerċjali u lil utenti oħra (li jridu jiġu inklużi f’Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi) u t-telf imġarrab waqt dan il-ġarr bejn id-distributur u l-utenti finali (li jrid jiġi rappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni).

2.6.2.5.   Avjazzjoni domestika

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni domestika. Inkluż il-fjuwil użat għal finijiet oħra għajr it-titjir, eż. l-ittestjar ta’ qabel tal-magni. Id-distinzjoni domestika/internazzjonali għandha ssir skont il-postijiet tat-tluq u tal-ħatt u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Dan jinkludi l-vjaġġi ta’ tul konsiderevoli bejn żewġ ajruporti f’pajjiż b’territorji extra-Ewropej. Eskluż il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li jridu jiġu rappurtati f’“Mhux speċifikat band’oħra — Trasport”) u l-użu militari tal-fjuwils tal-avjazzjoni (li jridu jiġu rappurtati f’“Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn”).

2.6.2.6.   Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-attivitajiet tat-trasport li mhumiex inklużi band’oħra. Inkluż il-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom u l-fjuwils użati fil-portijiet għat-tagħmir tal-ħatt mill-bastimenti, diversi tipi ta’ krejnijiet. Jekk użati, kulma jiddaħħal f’din l-intestatura jrid jiġi spjegat fir-rapport.

2.6.3.   SETTURI OĦRA

Din il-kategorija tkopri l-kwantitajiet tal-fjuwils użati f’setturi mhux imsemmija speċifikament jew li ma jagħmlux parti mit-trasformazzjoni, l-enerġija, l-industrija jew it-trasport.

2.6.3.1.   Servizzi kummerċjali u pubbliċi

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati min-negozji u mill-uffiċċji fis-setturi pubbliċi u privati. NACE Div. 33, 36, 37, 38, 39, 45, 46, 47, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84 (eskluż Klassi 84.22), 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 u 99. Il-fjuwils użati għat-tisħin u d-dawl fil-ferroviji, fl-istazzjonijiet tax-xarabanks, fil-mollijiet tat-trasport marittimu u fl-ajruporti jridu jiġu rappurtati f’din il-kategorija. Dan jinkludi l-fjuwils użati għall-attivitajiet kollha mhux tat-trasport tan-NACE Div. 49, 50 u 51.

2.6.3.1.1. Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir [NACE Taqsima C Div. 33]

2.6.3.1.2. Provvista tal-ilma; attivitajiet ta’ drenaġġ, immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta’ rimedju [NACE Taqsima E]

2.6.3.1.3. Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u ta’ muturi [NACE Taqsima G]

2.6.3.1.3.1. Negozju bl-ingrossa [NACE Taqsima G, Div. 46]

2.6.3.1.3.2. Negozju bl-imnut [NACE Taqsima G, Div. 47]

2.6.3.1.4. Attivitajiet tal-ħżin u ta’ appoġġ għat-trasport [NACE Taqsima H, Div. 52]

2.6.3.1.5. Attivitajiet postali u tal-kurrier [NACE Taqsima H, Div. 53]

2.6.3.1.6. Attivitajiet ta’ servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel [NACE Taqsima I]

2.6.3.1.6.1. Akkomodazzjoni [NACE Taqsima I, Div. 55]

2.6.3.1.6.2. Attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel [NACE Taqsima I, Div. 56]

2.6.3.1.7. Informazzjoni u komunikazzjoni [NACE Taqsima J]

2.6.3.1.8. Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni u attivitajiet tal-proprjetà immobbli [NACE Taqsima K u NACE Taqsima L]

2.6.3.1.9. Attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ [NACE Taqsima N]

2.6.3.1.10. Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja [NACE Taqsima O]

2.6.3.1.11. Edukazzjoni [NACE Taqsima P]

2.6.3.1.12. Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u tal-ħidma soċjali [NACE Taqsima Q]

2.6.3.1.12.1. Attivitajiet tal-isptar [NACE Taqsima Q Grupp 86.1]

2.6.3.1.13. Arti, divertiment u rikreazzjoni [NACE Taqsima R]

2.6.3.1.13.1. Attivitajiet sportivi [NACE Taqsima R Div. 93]

2.6.3.1.14. Attivitajiet tal-organizzazzjonijiet u l-korpi ekstraterritorjali [NACE Taqsima U]

2.6.3.1.15. Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u Servizzi oħrajn [NACE Taqsima M u NACE Taqsima S]

2.6.3.1.16. Ċentri tad-data. Ċentru tad-data hu definit bħala struttura jew grupp ta’ strutturi użati biex jinżammu, jiġu konnessi u jitħaddmu sistemi/servers tal-kompjuter u tagħmir assoċjat għall-ħżin, l-ipproċessar u/jew id-distribuzzjoni tad-data, kif ukoll attivitajiet relatati.

2.6.3.2.   Unitajiet domestiċi

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati mill-unitajiet domestiċi kollha inkluż l-“unitajiet domestiċi b’persuni impjegati”. NACE Div. 97 u 98.

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għas-settur tal-unitajiet domestiċi:

Unità domestika hi persuna li tgħix waħedha, familja, jew grupp ta’ persuni li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-utilitajiet u spejjeż essenzjali oħra għall-għajxien. Għaldaqstant is-settur tal-unitajiet domestiċi, magħruf ukoll bħala s-settur residenzjali jew domestiku hu grupp kollettiv tal-unitajiet domestiċi kollha f’pajjiż.

Ir-residenzi kollettivi permanenti (bħall-ħabsijiet) jew temporanji (bħall-isptarijiet) iridu jiġu esklużi għax dawn huma koperti fil-konsum fis-settur tas-servizzi. L-enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport trid tiġi rappurtata fis-settur tat-trasport u mhux fis-settur tal-unitajiet domestiċi.

Anki l-konsum tal-enerġija assoċjat mal-attivitajiet ekonomiċi sinifikanti tal-unitajiet domestiċi jrid jiġi eskluż mill-konsum totali tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-attivitajiet ekonomiċi agrikoli fl-azjendi agrikoli żgħar u attivitajiet ekonomiċi oħra mwettqa fir-residenza ta’ unità domestika, u jridu jiġu rappurtati fis-settur xieraq tal-konsum finali.

2.6.3.2.1.   Tisħin tal-ispazju

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija li jipprovdi s-sħana f’żona interna ta’ binja.

2.6.3.2.2.   Tkessiħ tal-ispazju

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tkessiħ ta’ binja, b’sistema u/jew unità tar-refriġerazzjoni.

Il-fannijiet, il-blowers u tagħmir ieħor li mhux konness ma’ unità tar-refriġerazzjoni huma esklużi minn din it-Taqsima, iżda jridu jiġu koperti mit-Taqsima tat-“Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku”.

2.6.3.2.3.   Tisħin tal-ilma

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ilma għall-ilma ġieri sħun, il-banjijiet, it-tindif u applikazzjonijiet oħra mhux tat-tisjir.

It-tisħin tal-pixxini hu eskluż iżda jrid jiġi kopert fit-Taqsima ta’ “Użi finali oħra”.

2.6.3.2.4.   Tisjir

Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tħejjija tal-ikel.

It-tagħmir għat-tisjir awżiljari (microwaves, ktieli, magni tal-kafè, eċċ) hu eskluż u jrid jiġi kopert fit-taqsima tat-“Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku”.

2.6.3.2.5.   Tagħmir tat-tidwil u tal-elettriku (elettriku biss):

L-użu tal-elettriku għat-tidwil u kull tagħmir ieħor tal-elettriku f’binja mhux ikkunsidrat f’użi finali oħra.

2.6.3.2.6.   Użi finali oħra

Kull konsum tal-enerġija ieħor fl-unitajiet domestiċi, bħall-użu tal-enerġija minn attivitajiet fil-miftuħ u attivitajiet oħra li mhumiex inklużi fil-ħames użi finali tal-enerġija msemmija hawn fuq (eż. lawn mowers, tisħin tal-pixxina, ħiters ta’ barra, barbikju fil-miftuħ, sawni, eċċ.).

2.6.3.3.   Agrikoltura

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati mill-utenti klassifikati bħala produzzjoni tal-għelejjel u tal-annimali, kaċċa u attivitajiet ta’ servizzi relatati; NACE Div. 01.

2.6.3.4.   Forestrija

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsmati mill-utenti klassifikati bħala forestrija u qtugħ tas-siġar għall-injam; NACE Div. 02.

2.6.3.5.   Sajd

Il-kwantitajiet tal-fjuwils ikkonsenjati għas-sajd intern, kostali u fil-baħar fond. Is-sajd irid ikopri l-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera u li jkunu ħadu l-fjuwil fil-pajjiż (inkluż is-sajd internazzjonali) u l-enerġija użata fl-industrija tas-sajd. NACE Div. 03.

2.6.3.6.   Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

Il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għal attivitajiet mhux inklużi band’oħra (bħal NACE Klassi 84.22). Din il-kategorija tinkludi l-użu militari tal-fjuwil għal konsum mobbli u stazzjonarju kollu (eż. bastimenti, inġenji tal-ajru, toroq u enerġija użata fil-postijiet tal-għajxien), irrispettivament minn jekk il-fjuwil ikkonsenjat ikunx għall-militar ta’ dak il-pajjiż jew għall-militar ta’ pajjiż ieħor. Jekk użati, kulma jiddaħħal f’din l-intestatura jrid jiġi spjegat fir-rapport.

3.    PRODOTTI

3.1.    FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet manifatturati)

3.1.1.   FAĦAM IEBES

Il-faħam iebes hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-antraċite, il-faħam tal-kokk u faħam bituminuż ieħor.

3.1.2.   ANTRAĊITE

Il-faħam ta’ livell għoli użat għal applikazzjonijiet industrijali u domestiċi. Ġeneralment dan ikollu inqas minn 10% ta’ materja volatili u kontenut għoli ta’ karbonju (madwar 90% ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000  kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.3.   FAĦAM TAL-KOKK

Faħam bituminuż bi kwalità li tippermetti l-produzzjoni ta’ kokk (kokk tal-fran tal-kokk) adattat biex jappoġġa ċarġ tal-fran tal-blast. Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000  kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.4.   FAĦAM BITUMINUŻ IEĦOR

Il-faħam użat biex jiġi ġġenerat l-istim u li jinkludi l-faħam bituminuż kollu li la jkun inkluż mal-faħam tal-kokk u lanqas mal-antraċite. Ikkaratterizzat minn materja aktar volatili mill-antraċite (aktar minn 10%) u kontenut ta’ karbonju aktar baxx (inqas minn 90% ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu hu aktar minn 24 000  kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

3.1.5.   FAĦAM KANNELLA

Il-faħam kannella hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-faħam subbituminuż u l-linjite.

3.1.6.   FAĦAM SUBBITUMINUŻ IEĦOR

Jirreferi għall-faħam nonagglomeratorju b’valur kalorifiku gross ta’ bejn 20 000  kJ/kg u 24 000  kJ/kg b’aktar minn 31% ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.7.   LINJITE

Faħam nonagglomeratorju b’valur kalorifiku gross inqas minn 20 000  kJ/kg u aktar minn 31% ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

3.1.8.   FJUWIL BIL-PRIVATTIVA

Il-fjuwil kompost manifatturat minn trab fin tal-faħam iebes biż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad. Għaldaqstant l-ammont tal-fjuwil bil-privattiva manifatturat jista’ jkun xi ftit iżjed mill-ammont proprju tal-faħam ikkonsmat tul il-proċess tat-trasformazzjoni.

3.1.9.   KOKK TAL-FRAN TAL-KOKK

Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, l-aktar tal-faħam tal-kokk, f’temperatura għolja; għandu kwantità baxxa ta’ umdità u materja volatili. Il-kokk tal-fran tal-kokk jintuża l-aktar fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar, u jaġixxi bħala sors tal-enerġija u aġent kimiku.

Ir-riħ tal-kokk u l-kokk tal-funderija jridu jiġu rappurtati f’din il-kategorija.

Is-semikokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura baxxa) irid jiġi inkluż f’din il-kategorija. Is-semikokk jintuża bħala fjuwil għat-tisħin jew jintuża mill-impjant tat-trasformazzjoni stess.

Din tinkludi wkoll il-kokk, ir-riħ tal-kokk u s-semikokk magħmul mil-linjite.

3.1.10.   KOKK TAL-GASS

Prodott sekondarju tal-faħam iebes użat għall-produzzjoni tal-gass tal-ibliet fl-impjanti tal-gass. Il-kokk tal-gass jintuża għall-finijiet ta’ tisħin.

3.1.11.   QATRAN TAL-FAĦAM

Riżultat tad-distillazzjoni distruttiva tal-faħam bituminuż. Il-qatran tal-faħam hu l-prodott sekondarju likwidu tad-distillazzjoni tal-faħam biex isir il-kokk fil-proċess tal-fran tal-kokk jew jiġi prodott mill-faħam kannella (“qatran ta’ temperatura baxxa”).

3.1.12.   BKB (MATTUNELLI TAL-FAĦAM KANNELLA)

Il-BKB hu fjuwil kompost manifatturat mil-linjite jew mill-faħam subbituminuż, magħmul billi jingħata l-forma ta’ mattunelli bi pressjoni għolja mingħajr ma jiġi miżjud l-ebda aġent li jgħaqqad, inkluż it-trab fin u t-trab tal-linjite niexef.

3.1.13.   GASSIJIET MANIFATTURATI

Il-gassijiet manifatturati huma aggregat ta’ prodott ugwali għat-total tal-gass tal-impjanti tal-gass, il-gass tal-fran tal-kokk, il-gass tal-fran tal-blast u gassijiet irkuprati oħra.

3.1.14.   GASS TAL-IMPJANTI TAL-GASS

Ikopri t-tipi kollha tal-gassijiet magħmulin fl-impjanti tal-utilità pubblika jew fl-impjanti privati, bil-għan ewlieni jkun il-manifattura, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass. Dan jinkludi l-gass magħmul mill-karbonizzazzjoni (inkluż il-gass magħmul mill-fran tal-kokk u trasferit għall-gass tal-impjanti tal-gass), bil-gassifikazzjoni totali u b’arrikkiment jew mingħajr arrikkament ta’ prodotti taż-żejt (LPG, żejt tal-fjuwil residwu, eċċ.), u b’riformazzjoni u taħlit sempliċi ta’ gassijiet u/jew ajra, inkluż it-taħlit ma’ gass naturali li jiġi distribwit u kkonsmat tul il-grillja tal-gass naturali. L-ammont tal-gass li jirriżulta mit-trasferimenti ta’ gassijiet oħrajn tal-faħam lejn il-gass tal-impjanti tal-gass irid jiġi rappurtat bħala l-produzzjoni tal-gass tal-impjanti tal-gass.

3.1.15.   GASS TAL-FRAN TAL-KOKK

Il-gass tal-fran tal-kokk hu gass miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-kokk tal-fran tal-kokk għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar.

3.1.16.   GASS TAL-FRAN TAL-BLAST

Il-gass tal-fran tal-blast hu magħmul waqt il-kombustjoni tal-kokk fil-fran tal-blast fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar. Dan jiġi rkuprat u użat bħala fjuwil, parzjalment fl-impjant u parzjalment fi proċessi oħra tal-industrija tal-azzar jew fl-impjanti tal-enerġija attrezzati biex jaħarquh.

3.1.17.   GASSIJIET IRKUPRATI OĦRA

Prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-azzar f’forn tal-ossiġnu, irkuprat malli jinħareġ mill-forn. Il-gassijiet huma magħrufa wkoll bħala gass konvertitur, gass LD jew gass BOS. Il-kwantità tal-fjuwil irkuprat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku gross. Ikopri wkoll il-gassijiet manifatturati mhux speċifikati u mhux imsemmija hawn fuq, bħall-gassijiet kombustibbli b’oriġini karbonika solida rkuprati mill-manifattura u minn proċessi kimiċi mhux definiti band’oħra.

3.1.18.   PIT

Il-pit hu depożitu sedimentarju kombustabbli, artab, poruż jew kompressat, b’oriġini mill-pjanti u b’kontenut għoli ta’ ilma (sa 90% meta mhux ipproċessat), li jitqatta’ faċilment, b’kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Il-pit jinkludi l-pit tat-torba u l-pit mitħun. Eskluż il-pit użat għal finijiet mhux tal-enerġija.

3.1.19.   PRODOTTI TAL-PIT

Prodotti bħal mattunelli tal-pit derivati direttament jew indirettament mill-pit tat-torba u mill-pit mitħun.

3.1.20.   SHALE TAŻ-ŻEJT U RAMEL TAŻ-ŻEJT

Ix-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt huma blat sedimentarju li jkun fih materja organika fil-forma ta’ keroġenu. Il-keroġenu hu materjal tax-xama’ rikk fl-idrokarburi meqjus bħala prekursur taż-żejt mhux raffinat. Ix-shale taż-żejt jista’ jinħaraq direttament jew jiġi pproċessat bit-tisħin biex jiġi estratt iż-żejt tax-shale. Iż-żejt tax-shale u l-prodotti l-oħra derivati mil-likwifazzjoni jridu jiġu rappurtati bħal idrokarburi oħra fil-prodotti taż-żejt mhux raffinat.

3.2.    GASS NATURALI

3.2.1.   GASS NATURALI

Il-gass naturali jinkludi l-gassijiet li jokkorru bħala depożiti taħt l-art, likwifikati jew gassużi, li jikkonsistu l-aktar minn metan, indipendenti mill-metodu tal-estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Inkluż il-gass “nonassoċjat” li joriġina mill-faċilitajiet li jipproduċu l-idrokarburi biss f’forma ta’ gass, u l-gass “assoċjat” li jsir b’mod assoċjat maż-żejt mhux raffinat kif ukoll il-metanu rkuprat mill-minjieri tal-faħam (gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha) jew mis-saffi tal-faħam (gass tas-saffi tal-faħam). Il-gass naturali ma jinkludix il-bijogass u l-gassijiet manifatturati. It-trasferimenti ta’ dawn il-prodotti lejn in-network tal-gass naturali jridu jiġu rappurtati b’mod separat mill-gass naturali. Il-gass naturali jinkludi l-gass naturali likwifikat (LNG) u l-gass naturali kompressat (CNG).

3.3.    ELETTRIKU U SĦANA

3.3.1.   ELETTRIKU

L-elettriku jirreferi għat-trasferiment tal-enerġija permezz tal-fenomenu fiżiku li jinvolvi ċarġis elettriċi u l-effetti tagħhom meta jkunu weqfin u qed jiċċaqilqu. L-elettriku kollu użat, iġġenerat u kkonsmat irid jiġi rappurtat, inkluż dak barra mill-grilja u awtokkonsmat. L-elettriku lil hinn mill-grilja jiġi ġġenerat minn installazzjonijiet li ma jkunux konnessi mill-grilja mill-perspettiva tal-produzzjoni; l-installazzjoni ma tistax tintroduċi l-elettriku ġġenerat fil-grilja. L-elettriku awtokkonsmat hu l-elettriku kkonsmat mill-produttur qabel ma jiddaħħal fil-grilja.

3.3.2.   SĦANA (SĦANA DERIVATA)

Is-sħana tirreferi għall-enerġija miksuba bil-moviment translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali tal-kostitwenti tal-materja u bit-tibdil fl-istat fiżiku tagħha. Is-sħana ġġenerata kollha, għajr is-sħana ġġenerata mill-awtoprodutturi għall-użu proprju u mhux mibjugħa, trid tiġi rappurtata; il-forom l-oħra kollha tas-sħana jiġu rappurtati bħala użu ta’ prodotti li minnhom ġiet iġġenerata s-sħana.

3.4.    ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat)

3.4.1.   ŻEJT MHUX RAFFINAT

Iż-żejt mhux raffinat hu żejt minerali b’oriġini naturali li jinkludi taħlita ta’ idrokarburi u impuritajiet assoċjati, bħall-kubrit. Jeżisti fil-fażi likwida b’temperatura u bi pressjoni normali tas-superfiċje u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) ivarjaw ferm. Din il-kategorija tinkludi l-kondensati tal-impjant tat-trattament jew taż-żona tal-isfruttament irkuprati minn gassijiet assoċjati jew nonassoċjati fejn jitħalltu mal-fluss taż-żejt kummerċjali mhux raffinat. Il-kwantitajiet iridu jiġu rappurtati indipendentement mill-metodu tal-estrazzjoni (konvenzjonali u mhux konvenzjonali). Iż-żejt mhux raffinat jeskludi NGL.

3.4.2.   LIKWIDI TAL-GASS NATURALI (NGL)

L-NGL huma idrokarburi likwidi jew likwifikati rkuprati mill-gass naturali fil-faċilitajiet tas-separazzjoni jew fl-impjanti tal-ipproċessar tal-gass. L-NGL jinkludu l-etanu, il-propan, il-butan (normali u iso-), l-(iso) pentan u l-pentani plus (xi drabi jissejjaħ gażolina naturali jew kondensat tal-impjanti).

3.4.3.   MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI

Il-materja prima tar-raffineriji hi żejt ipproċessat maħsub għal aktar ipproċessar (eż. żejt tal-fjuwil tad-distillazzjoni diretta jew żejt tal-gass tal-vakwu), eskluż it-taħlit. B’aktar ipproċessar, din issir komponent wieħed jew aktar u/jew prodotti finali. Din id-definizzjoni tkopri wkoll il-prodotti trasferiti lura mill-industrija petrokimika għall-industrija tar-raffinar (eż. il-gażolina bil-piroliżi, il-frazzjonijiet C4, iż-żejt tal-fjuwil u l-frazzjonijiet taż-żejt tal-gass).

3.4.4.   ADDITTIVI/OSSIĠENATI

L-addittivi huma sustanzi mhux idrokarburi miżjuda jew imħallta ma’ prodotti taż-żejt mhux raffinat biex jimmodifikaw il-proprjetajiet tagħhom (ottan, ċetan, proprjetajiet kesħin, eċċ.). L-addittivi jinkludu l-ossiġenati (bħall-alkoħol (il-metanol, l-etanol), l-ethers (il-metil-terz-butil-etere (MTBE), l-etil-terz-butil-etere (l-ETBE), it-terz-amilmetiletere (TAME) eċċ.), l-esteri (iż-żejt tal-kolza jew id-dimetilester, eċċ.), il-komposti kimiċi (bħaċ-ċomb tetrametil (TML), iċ-ċomb tetraetile (TEL) u d-deterġenti). Il-kwantitajiet tal-addittivi/ossiġenati (alkoħol, eteri, esteri u komposti kimiċi oħra) rappurtati f’din il-kategorija jridu jkunu relatati mal-kwantitajiet imħallta mal-fjuwils jew għall-użu tal-fjuwil. Din il-kategorija tinkludi l-bijofjuwils mħalltin ma’ fjuwils fossili likwidi.

3.4.5.   BIJOFJUWILS F’ADDITTIVI/OSSIĠENATI

Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils likwidi rappurtati f’din il-kategorija huma relatati mal-bijofjuwils likwidi mħallta u jirreferu biss għall-porzjon tal-bijofjuwil likwidu u mhux għall-volum totali tal-likwidi li fih jitħalltu l-bijofjuwils. Dawn jeskludu l-bijofjuwils likwidi kollha mhux imħalltin.

3.4.6.   IDROKARBURI OĦRA

Żejt mhux raffinat sintetiku mir-ramel tal-qatran, żejt tax-shale, eċċ., likwidi mil-likwifazzjoni tal-faħam, il-produzzjoni ta’ likwidi mill-konverżjoni tal-gass naturali f’gażolina, idroġenu u żjut emulsifikati (eż. orimulsjoni); eskluż ix-shale taż-żejt; inkluż iż-żejt tax-shale (prodott sekondarju).

3.4.7.   PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat huma prodott aggregat ugwali għat-total tal-gass tar-raffineriji, l-etan, il-gassijiet likwifikati miż-żejt mhux raffinat, in-nafta, il-gażolina tal-magni, il-gażolina tal-avjazzjoni, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju, pitrolju ieħor, iż-żejt tal-gass/diżil, iż-żejt kombustibbli, l-ispirtu abjad u SPB, lubrikanti, il-bitum, ix-xama’ tal-paraffina, il-kokk taż-żejt mhux raffinat u prodotti oħra.

3.4.8.   GASS TAR-RAFFINERIJI

Il-gass tar-raffineriji jinkludi taħlita ta’ gassijiet nonkondensati li tikkonsisti l-aktar f’idroġenu, metan, etan u olefini miksuba waqt id-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat jew it-trattament tal-prodotti taż-żejt (eż. cracking) fir-raffineriji. Dan jinkludi wkoll il-gassijiet trasferiti lura mill-industrija petrokimika.

3.4.9.   ETAN

Idrokarbonu ta’ katina miftuħa u bil-gass naturali, (C2H6) estratt minn flussi tal-gass naturali u tal-gass prodott fir-raffineriji.

3.4.10.   GASSIJIET LIKWIFIKATI MIŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT (LPG)

L-LPG huma idrokarburi paraffiniċi ħfief derivati mill-impjanti tal-proċessi tar-raffineriji, tal-istabbilizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-ipproċessar tal-gass naturali. Dawn jikkonsistu l-aktar minn propan (C3H8) u butan (C4Hl0) jew taħlita tat-tnejn. Jistgħu jinkludu wkoll il-propilen, il-butilen, l-isopropilen u l-isobutilen. L-LPG normalment ikunu likwifikati bi pressjoni għall-ġarr u l-ħżin.

3.4.11.   NAFTA

In-nafta hi materja prima maħsuba għall-industrija petrokimika (eż. il-manifattura tal-etilen jew il-produzzjoni tal-aromatiċi) jew għall-produzzjoni tal-gażolina b’riforma jew iżomerizzazzjoni fir-raffinerija. In-nafta tinkludi l-materjal fil-medda tad-distillazzjoni ta’ bejn 30°C u 210°C jew f’parti minn din il-medda.

3.4.12.   GAŻOLINA TAL-MAGNI

Il-gażolina tal-magni tikkonsisti f’taħlita ta’ idrokarburi ħfief li jiddistillaw bejn 35°C u 215°C. Din tintuża bħala fjuwil għall-magni terrestri li jixegħlu bi spark. Il-gażolina tal-magni tista’ tinkludi addittivi, ossiġenati u aġenti li jtejbu l-ottan, inkluż komposti taċ-ċomb. Tinkludi komponenti ta’ taħlit tal-gażolina tal-magni (eskluż addittivi/ossiġenati), eż. alkilati, gażolina iżomerata, gażolina riformata, gażolina krekkjata maħsuba biex tintuża bħala gażolina tal-magni finali. Il-gażolina tal-magni hi prodott aggregat ugwali għat-total tal-bijogażolina (bijogażolina fil-gażolina tal-magni) u n-nonbijogażolina mħalltin.

3.4.12.1.   Bijogażolina mħallta (bijogażolina fil-gażolina tal-magni)

Il-bijogażolina mħallta fil-gażolina tal-magni.

3.4.12.2.   Nonbijoġażolina

Il-parti li jibqa’ mill-gażolina tal-magni — gażolina tal-magni mingħajr il-bijogażolina mħallta (ħafna drabi tkun gażolina tal-magni b’oriġini fossili).

3.4.13.   GAŻOLINA TAL-AVJAZZJONI

Spirtu tal-magni mħejji speċjalment għall-magni bil-pistuni tal-avjazzjoni, b’numru ta’ ottan adattat għall-magna, punt tal-iffriżar ta’ -60°C u medda tad-distillazzjoni ġeneralment fil-limiti ta’ bejn 30°C u 180°C.

3.4.14.   FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP TAL-GAŻOLINA (FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP NAFTA JEW JP4)

Dan jinkludi ż-żjut tal-idrokarbur ħafif kollha użati fl-unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni, li jiddistillaw bejn 100°C u 250°C. Dawn jinkisbu b’taħlita ta’ pitrolji u gażolina jew nafti b’tali mod li l-kontenut aromatiku ma jkunx iżjed minn 25% fil-volum, u l-pressjoni tal-fwar tkun bejn 13,7kPa u 20,6kPa.

3.4.15.   FJUWIL TAL-ĠETT TAT-TIP TAL-PITROLJU

Distillat użat għall-unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni. Għandu l-istess karatteristiċi tad-distillazzjoni ta’ bejn 150°C u 300°C (ġeneralment mhux aktar minn 250°C) u punt tal-fjammabbiltà bħall-pitrolju. Barra minn hekk, ċerti speċifikazzjonijiet partikolari tiegħu (bħall-punt tal-iffriżar) jiġu stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru. Jinkudi komponenti tat-taħlit tal-pitrolju. Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju) u pitrolju nonbijoloġiku tal-ġett.

3.4.15.1.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (pitrolju bijoloġiku tal-ġett fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju)

Il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett li ġie mħallat fi fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju.

3.4.15.2.   Pitrolju tal-ġett nonbijoloġiku

Il-parti li jibqa’ mill-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju — fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju, eskluż il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett imħallat (ħafna drabi jkun fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju b’oriġini fossili).

3.4.16.   PITROLJU IEĦOR

Distillat irfinut taż-żejt mhux raffinat li jintuża f’setturi għajr fit-trasport bl-inġenji tal-ajru. Jiddistilla bejn 150°C u 300°C.

3.4.17.   ŻEJT TAL-GASS/DIŻIL (ŻEJT TAL-FJUWIL DISTILLAT)

Iż-żejt tal-gass/diżil hu primarjament distillat medju li jiddistilla b’temperatura ta’ bejn 180°C u 380°C. Jinkludi komponenti tat-taħlit. Jinstab f’diversi gradi, jiddependi mill-użi. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi ż-żejt tad-diżil użat fit-triq, għall-magni diżil tal-karozzi u t-trakkijiet li jixegħlu bil-kompressjoni. Iż-żejt tal-gass/diżil jinkludi ż-żejt ħafif għat-tisħin għal użi industrijali u kummerċjali, id-diżil marittimu u d-diżil użat fit-traffiku tal-ferroviji, żejt tal-gass ieħor li jinkludi żjut tal-gass tqal oħra li jiddistillaw bejn 380°C u 540°C u li jintużaw bħala materja prima petrokimika. Iż-żejt tal-gass/diżil hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-bijodiżils (bijodiżils fiż-żejt tal-gass/diżil) u n-nonbijodiżils imħalltin.

3.4.17.1.   Bijodiżils imħallta (bijodiżils fiż-żejt tal-gass/diżil)

Il-bijodiżils li ġew imħallta fiż-żejt tal-gass/diżil.

3.4.17.2.   Nonbijodiżils

Il-parti li jibqa’ miż-żejt tal-gass/diżil — żejt tal-gass/diżil eskluż il-bijodiżils imħallta (ħafna drabi jkun żejt tal-gass/diżil b’oriġini fossili).

3.4.18.   ŻEJT TAL-FJUWIL (ŻEJT TAL-FJUWIL TQIL)

Iż-żjut tal-fjuwil (tqal) residwi kollha (inkluż dawk miksuba bit-taħlit). Il-viskożità kinematika tkun aktar minn 10cSt f’temperatura ta’ 80°C. Il-punt tal-fjammabbiltà jkun dejjem aktar minn 50°C u d-densità tkun dejjem aktar minn 0,90kg/l. Iż-żejt tal-fjuwil hu prodott aggregat ugwali għat-total taż-żejt tal-fjuwil b’kontenut baxx tal-kubrit u ż-żejt tal-fjuwil b’kontenut għoli tal-kubrit.

3.4.18.1.   Żejt tal-fjuwil b’kontenut baxx tal-kubrit (LSFO)

Iż-żejt tal-fjuwil b’kontenut tal-kubrit inqas minn 0,5%.

3.4.18.2.   Żejt tal-fjuwil b’kontenut għoli tal-kubrit (HSFO)

Iż-żejt tal-fjuwil b’kontenut tal-kubrit ta’ 0,5% jew aktar.

3.4.19.   SPIRTU ABJAD U SBP

L-ispirtu abjad u l-SBP huma definiti bħala intermedji tad-distillat irfinuti b’distillazzjoni fil-medda tan-nafta/tal-pitrolju. Dawn jinkludu l-ispirtu industrijali (imsejjaħ ukoll SBP; żjut ħfief li jiddistillaw bejn 30°C u 200°C bi spirtu industrijali ta’ 7 jew 8 gradi, skont il-pożizzjoni tal-qtugħ fil-medda tad-distillazzjoni — il-gradi huma definiti skont id-differenza fit-temperatura bejn il-punti tad-distillazzjoni b’volum ta’ 5% u b’volum ta’ 90%, li ma tkunx aktar minn 60°C) u l-ispirti bojod (l-ispirtu industrijali b’punt tal-fjammabbiltà iżjed minn 30°C u l-medda tad-distillazzjoni tkun bejn 135°C u 200°C).

3.4.20.   LUBRIKANTI

Idrokarburi prodotti mill-prodott sekondarju tad-distillat. Dawn jintużaw l-aktar biex tonqos il-frizzjoni bejn is-superfiċji li jġorru l-piżijiet. Inkluż il-gradi maħduma kollha taż-żejt tal-lubrikazzjoni, miż-żejt tal-fus saż-żejt taċ-ċilindri, u dawk kollha li jintużaw fil-griżijiet, fiż-żjut tal-magni u fil-gradi kollha tal-istokkijiet b’bażi taż-żejt tal-lubrikazzjoni.

3.4.21.   BITUM

Idrokarbur solidu, semisolidu jew viskuż bi struttura kollojdali, li l-kulur tiegħu jvarja mill-kannella għall-iswed, miksub bħala residwu fid-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat, bid-distillazzjoni f’vakwu tar-residwi taż-żejt minn distillazzjoni atmosferika. Il-bitum ta’ spiss jissejjaħ asfalt u jintuża l-aktar għall-bini tat-toroq u għal materjal tal-bjut. Jinkludi l-bitum fluwidizzat u l-bitum ridott.

3.4.22.   XAMA’ TAL-PARAFFINA

Dawn huma idrokarburi alifatiċi saturati. Huma residwi estratti bit-tneħħija tax-xama’ miż-żjut tal-lubrikazzjoni. Għandhom struttura kristallina, xi ftit jew wisq fina skont il-grad. Il-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma dawn: mingħajr kulur, mingħajr riħa u trasluċidi, b’punt tat-tidwib aktar minn 45°C.

3.4.23.   KOKK TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

Prodott sekondarju iswed u solidu, miksub l-aktar bit-tfarrik u bil-karbonizzazzjoni ta’ materja prima derivata miż-żejt mhux raffinat, mill-qigħan bil-vakwu, mill-qatran u miż-żiftijiet fi proċessi bħall-ikkokkjar imdewwem jew l-ikkokkjar fluwidu. Jikkonsisti prinċipalment mill-karbonju (90 sa 95%) u għandu kontenut baxx tal-irmied. Jintuża bħala materja prima fil-fran tal-kokk għall-industrija tal-azzar, għall-finijiet ta’ tisħin, għall-manifattura tal-elettrodi u għall-produzzjoni tal-kimiċi. L-aktar żewġ kwalitajiet importanti huma “kokk aħdar” u “kokk kalċinat”. Jinkludi l-“kokk katalist” depożitat fuq il-katalista tul il-proċessi tar-raffinar; dan il-kokk ma jistax jiġi rkuprat u ġeneralment jinħaraq bħala fjuwil tar-raffineriji.

3.4.24.   PRODOTTI OĦRA

Il-prodotti l-oħra kollha li ma jissemmewx b’mod speċifiku hawn fuq, pereżempju: il-qatran u l-kubrit. Jinkludu l-aromatiċi (eż. il-BTX jew il-benżen, it-toluwen u l-ksilen) u l-olefini (eż. il-propilen) magħmulin fir-raffineriji.

3.5.    ENERĠIJA RINNOVABBLI U MILL-ISKART

3.5.1.   IDRO

L-enerġija potenzjali u kinetika tal-ilma kkonvertita f’elettriku fl-impjanti idroelettriċi. L-idro hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-impjanti idro puri, l-impjanti idro mħallta u l-impjanti tal-ħżin ippompjat pur.

3.5.1.1.   Impjanti idro puri

L-impjanti idro li jużaw biss influssi diretti tal-ilma naturali u li m’għandhomx il-kapaċità għal ħżin bil-pompa idro (ippumpjar tal-ilma ’l fuq).

3.5.1.2.   Impjanti idro mħallta

L-impjanti idro b’influss tal-ilma naturali f’riżerva ta’ fuq fejn parti mit-tagħmir jew it-tagħmir kollu jista’ jintuża għall-ippumpjar tal-ilma ’l fuq; l-elettriku ġġenerat hu konsegwenza tal-influss tal-ilma naturali u tal-ilma li qabel kien ġie ppumpjat ’il fuq.

3.5.1.2.1.   Li minnhom ippumpjar

Dan hu l-porzjon tal-elettriku ġġenerat f’impjanti tal-idro mħallta bil-modalità tal-ippumpjar idro (mill-ilma li qabel kien ġie ppumpjat ’il fuq).

3.5.1.3.   Impjanti tal-ħżin ippompjat puri

L-impjanti idro li ma jkollhom l-ebda influss tal-ilma naturali fir-riżerva ta’ fuq; il-biċċa l-kbira tal-ilma li jiġġenera l-elettriku ikun ilma li qabel kien ġie ppumpjat ’il fuq; eskluż l-ilma tax-xita u tal-borra.

3.5.2.   ENERĠIJA ĠEOTERMALI

L-enerġija disponibbli bħala sħana emessa minn ġol-qoxra tad-dinja, ġeneralment bħala misħun jew stim; eskluż is-sħana ambjentali maqbuda b’pompi tas-sħana mill-art. Il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali hi d-differenza bejn l-entalpija tal-fluwidu magħmul fl-ispiera tal-ilma tal-produzzjoni u dik tal-fluwidu li eventwalment jintrema.

3.5.3.   SOLARI

Is-solari hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-fotovoltajċi solari u t-termali solari.

3.5.3.1.   Fotovoltajċi solari

Id-dawl tax-xemx konvertit fl-elettriku biċ-ċelluli solari li meta esposti għad-dawl jiġġeneraw l-elettriku. L-elettriku kollu ġġenerat irid jiġi rappurtat, inkluż il-produzzjoni fuq skala żgħira u l-installazzjonijiet barra l-grilja.

3.5.3.1.1.   Bjut

Ikteb hawn il-kwantità tal-enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi solari fuq il-bjut tal-bini li għandhom skop primarju ieħor apparti l-produzzjoni tal-enerġija. Din tinkludi wkoll l-BIPV (PV integrati fil-bini), fejn il-pannelli PV ma jkunux fuq il-bjut iżda eż. ikunu mwaħħla mal-bini. Il-pannelli PV solari ma jitqisux bħal dawk fuq il-bjut jekk jitqiegħdu f’fetħa fuq l-art, biex jimlew xi spazju żejjed bħaż-żoni agrikoli.

3.5.3.1.2.   Barra mill-grilja

Irrapporta hawnhekk dawk li jkunu lil hinn mill-grilja kif definit fl-Anness A, 3.3.1.

3.5.3.2.   Termali solari

Is-sħana mir-radjazzjoni tax-xemx (id-dawl tax-xemx) sfruttata għall-finijiet ta’ enerġija utli. Bħala eżempju, din tinkludi l-impjanti termaelettriċi solari u s-sistemi attivi fil-produzzjoni tal-misħun sanitarju jew għat-tisħin tal-ispazju fil-binjiet. Din il-produzzjoni tal-enerġija hi s-sħana disponibbli għall-mezz tat-trasferiment tas-sħana, jiġifieri l-enerġija solari inċidentali mingħajr it-telf ottiku u tal-kolletturi. L-enerġija solari maqbuda minn sistemi passivi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tat-tidwil tal-bini ma jiġux inklużi; trid tiġi inkluża biss l-enerġija solari relatata mas-sistemi attivi.

3.5.4.   MAREA, MEWĠ, OĊEAN

L-enerġija mekkanika derivata mill-moviment tal-marea, mill-moviment tal-mewġ jew mill-kurrent tal-oċeani, u sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

3.5.5.   RIĦ

L-enerġija kinetika tar-riħ sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bit-turbini tar-riħ. Ir-riħ hu prodott aggregat ugwali għat-total tar-riħ fuq l-art u r-riħ lil hinn mill-kosta.

3.5.5.1.   Riħ fuq l-art

Il-produzzjoni tal-elettriku mir-riħ f’postijiet fuq l-art (inkluż il-lagi u ilmijiet interni oħra).

3.5.5.2.   Riħ lil hinn mill-kosta

Il-produzzjoni tal-elettriku f’postijiet lil hinn mill-kosta (eż. Fuq il-baħar, l-oċeani u gżejjer artifiċjali). Rigward il-produzzjoni tar-riħ lil hinn mill-kosta, ’il barra mill-ilmijiet territorjali tat-territorju kkonċernat, iridu jitqiesu l-installazzjonijiet kollha li hemm fiż-żona ekonomika esklussiva tal-pajjiż.

3.5.6.   SKART INDUSTRIJALI (IL-PORZJON NONRINNOVABBLI)

Skart b’oriġini nonrinnovabbli industrijali maħruq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għal finijiet ta’ enerġija sinifikanti. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr irkupru tal-enerġija hu eskluż. Il-porzjon rinnovabbli tal-iskart industrijali jrid jiġi rappurtat fil-kategorija tal-bijofjuwils li tiddeskrivih l-aħjar.

3.5.7.   SKART MUNIĊIPALI:

L-iskart iġġenerat mill-unitajiet domestiċi, l-isptarijiet u s-settur terzjarju (b’mod ġenerali l-iskart kollu li jixbah l-iskart tal-unitajiet domestiċi), li jinħaraq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għall-finijiet ta’ enerġija sinifikattiva. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart inċinerat mingħajr irkupru tal-enerġija hu eskluż. L-iskart muniċipali hu prodott aggregat ugwali għat-total tal-iskart muniċipali rinnovabbli u l-iskart muniċipali nonrinnovabbli.

3.5.7.1.   Skart muniċipali rinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali li għandu oriġini bijoloġika.

3.5.7.2.   Skart muniċipali nonrinnovabbli

Il-porzjon tal-iskart muniċipali b’oriġini nonbijoloġika.

3.5.8.   BIJOFJUWILS

Il-bijofjuwils huma prodott aggregat ugwali għat-total tal-bijofjuwils solidi, il-bijogass u l-bijofjuwils likwidi. Il-bijofjuwils użati għal finijiet mhux tal-enerġija huma esklużi mill-ambitu tal-istatistika dwar l-enerġija (pereżempju l-injam użat għall-kostruzzjoni jew għall-għamara, il-bijolubrikanti għal lubrikazzjoni tal-magni u l-bijobitum użat għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq).

3.5.8.1.   Bijofjuwils solidi

Ikopru l-materjal organiku solidu, nonfossili b’oriġini bijoloġika (magħruf ukoll bħala l-bijomassa) li jista’ jintuża bħala fjuwil għall-produzzjoni tas-sħana jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-bijofjuwils solidi huma prodott aggregat ugwali għat-total tal-faħam tal-kannol, l-injam użat bħala fjuwil, ir-residwi u l-prodotti sekondarji tal-injam, il-likur iswed, il-bagasse, l-iskart tal-annimali, materjali u residwi veġetali oħra u frazzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali.

3.5.8.1.1.   Faħam tal-kannol

Il-faħam tal-kannol hu fjuwil manifatturat mill-bijofjuwils solidi — ir-residwu solidu tad-distillazzjoni distruttiva u l-piroliżi tal-injam u materjal veġetali ieħor.

3.5.8.1.2.   Injam għall-fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

L-injam li jintuża bħala fjuwil jew għall-ħruq (bħala zkuk, friegħi mejtin, gerbub jew biċċiet tal-injam) miksub mill-foresti naturali jew ġestiti, jew mi nn siġar iżolati. Inkluż ir-residwi tal-injam użati bħala fjuwil, li jżommu l-kompożizzjoni oriġinali tal-injam; inkluż il-gerbub tal-injam. Eskluż il-faħam tal-kannol u l-likur iswed. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.2.1.   Gerbub tal-injam

Il-gerbub tal-injam hu prodott ċilindriku agglomerat mir-residwi tal-injam bil-kompressjoni.

3.5.8.1.3.   Likur iswed

L-enerġija mil-likur mingħajr alkalina miksuba mid-diġesturi waqt il-produzzjoni tal-kubrit jew il-polpa tas-soda meħtieġa għall-manifattura tal-karta. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.4.   Bagassa

Il-fjuwil miksub mill-fibra li jibqa’ wara l-estrazzjoni tal-meraq fl-ipproċessar tal-kannamiela. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.5.   Skart tal-annimali

L-enerġija mir-rawt tal-annimali, mir-residwi tal-laħam u tal-ħut li meta jinxfu jintużaw direttament bħala fjuwil. Eskluż l-iskart użat fl-impjanti tal-fermentazzjoni anaerobika. Il-gassijiet tal-fjuwil minn dawn l-impjanti jiġu inklużi mal-bijogassijiet. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.6.   Residwi u materjali veġetali oħra

Il-bijofjuwils mhux speċifikati band’oħra, inkluż it-tiben, il-qxur tal-ħaxix, il-qxur tal-ġewż mitħun, il-friegħi mejta miżbura, ir-residwi taż-żebbuġ u skart ieħor li joħroġ mill-manutenzjoni, mill-qtugħ u mill-ipproċessar tal-pjanti. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.1.7.   Porzjon rinnovabbli tal-iskart industrijali

Il-porzjon rinnovabbli solidu tal-iskart industrijali maħruq direttament f’installazzjonijiet speċifiċi għall-finijiet ta’ enerġija sinifikattiva (pereżempju iżda mhux biss, il-porzjon tal-lastiku naturali fit-tajers tal-lastiku mormija jew il-porzjon tal-fibri naturali fl-iskart tessili — mill-kategoriji tal-iskart 07.3 u 07.6, rispettivament, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart). Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett.

3.5.8.2.   Bijogass

Gass magħmul l-aktar mill-metan u mid-dijossidu tal-karbonju, magħmul bid-diġestjoni anaerobika tal-bijomassa jew bi proċessi termali mill-bijomassa, inkluż il-bijomassa fl-iskart. Il-kwantità tal-fjuwil użat trid tiġi rappurtata abbażi ta’ valur kalorifiku nett. Il-bijogass hua prodott aggregat ugwali għat-total tal-gass tal-miżbliet, il-gass tal-ħama tad-dranaġġ, bijogassijiet oħra mid-diġestjoni anaerobika u l-bijogassijiet minn proċessi termali.

3.5.8.2.1.   Gass tal-miżbliet

Il-bijogass magħmul mid-diġestjoni anaerobika tal-iskart tal-miżbliet.

3.5.8.2.2.   Gass tal-ħama tad-dranaġġ

Il-bijogass magħmul mill-fermentazzjoni anerobika tal-ħama tad-dranaġġ.

3.5.8.2.3.   Bijogassijiet oħra mid-diġestjoni anaerobika

Il-bijogass magħmul mill-fermentazzjoni anaerobika tal-islurries tal-annimali u tal-iskart tal-biċċeriji, tal-birreriji u ta’ industriji agroalimentari oħra.

3.5.8.2.4.   Bijogassijiet mill-proċessi termali

Il-bijogass magħmul mill-proċessi termali (b’gassifikazzjoni jew piroliżi) tal-bijomassa.

3.5.8.3.   Bijofjuwils likwidi

Din il-kategorija tinkludi l-fjuwils likwidi kollha b’oriġini naturali (eż. prodotti mill-bijomassa u/jew il-frazzjoni tal-iskart bijodegradabbli), adattati biex jitħalltu ma’ fjuwils b’oriġini fossili jew minflokhom. Il-kwantitajiet tal-bijofjuwils likwidi rappurtati f’din il-kategorija jridu jkunu jinkludu l-kwantitajiet tal-bijofjuwil pur li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils fossili. Fil-każ partikolari tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet tal-bijofjuwils likwidi, hu rilevanti biss il-kummerċ tal-kwantitajiet mhux imħallta mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); il-kummerċ tal-bijofjuwils likwidi mħalltin fi fjuwils tat-trasport irid jiġi rappurtat fil-kategorija tal-prodotti taż-żejt. Iridu jiġu rappurtati biss il-bijofjuwils likwidi użati għal finijiet tal-enerġija, maħruqa direttament jew imħallta mal-fjuwils fossili. Il-bijofjuwils likwidi huma prodott aggregat ugwali għat-total tal-bijogażolina, il-bijodiżils, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett u bijofjuwils likwidi oħra.

3.5.8.3.1.   Biogażolina

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu mal-gażolina tal-magni minn oriġini fossili jew minflokha.

3.5.8.3.1.1.   Bijoetanol

L-etanol bħala parti mill-bijogażolina.

3.5.8.3.2.   Bijodiżils

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu maż-żejt tal-gass/diżil minn oriġini fossili jew minfloku.

3.5.8.3.3.   Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

Il-bijofjuwils likwidi adattati biex jitħalltu mal-pitrolju tal-ġett minn oriġini fossili jew minfloku.

3.5.8.3.4.   Bijofjuwils likwidi oħra

Il-bijofjuwils likwidi li mhuma inklużi fl-ebda kategorija preċedenti.

3.5.9.   SĦANA AMBJENTALI

L-enerġija tas-sħana f’livell ta’ temperatura utli estratta (maqbuda) bil-pompi tas-sħana li jeħtieġu l-elettriku jew enerġija awżiljarja oħra biex jaħdmu. Din l-enerġija tas-sħana tista’ tinħażen fl-arja ambjentali, taħt wiċċ l-art jew fl-ilma tal-wiċċ. Il-valuri jridu jiġu rappurtati bl-istess metodoloġija bħal dik użata għar-rappurtar tal-enerġija tas-sħana maqbuda mill-pompi tas-sħana skont id-Direttiva 2009/28/KE u d-Direttiva (UE) 2018/2001, iżda jridu jiġu inklużi l-pompi tas-sħana kollha irrispettivament mil-livell tal-prestazzjoni tagħhom.

3.6.    IDROĠENU

L-idroġenu użat bħala materja prima, fjuwil jew trasportatur/għall-ħżin tal-enerġija jrid jiġi rappurtat. L-idroġenu jrid jiġi rappurtat, anki meta jkun awtoġġenerat u awtokkonstmat. L-idroġenu fit-taħlitiet ma jridx jiġi rappurtat għajr meta jiġi estratt (separat) għall-użu tal-enerġija u mhux tal-enerġija.


ANNESS B STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA


ANNESS B

STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir annwali tal-istatistika dwar l-enerġija.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

a) 

Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata irid ikun sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li jibda fis-sena ta’ referenza 2022.

b) 

Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull sena.

c) 

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data: Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Ottubru tas-sena wara s-sena rappurtata.

d) 

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

e) 

Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness.

1.    FJUWILS FOSSILI SOLIDI U GASSIJIET MANIFATTURATI

1.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.1 tal-Anness A. FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet manifatturati).

1.2.    Lista tal-aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

1.2.1. PROVVISTA

1.2.1.1. Produzzjoni

1.2.1.1.1. Produzzjoni taħt l-art

Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.

1.2.1.1.2. Produzzjoni fil-wiċċ

Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.

1.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra

Dan jikkonsisti f’żewġ komponenti:

— 
slurries irkuprati, qxura u prodotti oħra tal-faħam ta’ grad baxx li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip tal-faħam, inkluż il-faħam irkuprat minn munzelli tal-iskart u minn reċipjenti oħra tal-iskart,
— 
riċevuti minn sorsi oħra.

1.2.1.3. Riċevuti minn sorsi oħra: minn prodotti taż-żejt

Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.4. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-gass naturali

Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.5. Riċevuti minn sorsi oħra: minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli

Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.1.6. Importazzjonijiet

1.2.1.7. Esportazzjonijiet

1.2.1.8. Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

1.2.1.9. Bidliet fl-istokkijiet

1.2.2. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

1.2.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss

1.2.2.2. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.2.3. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss

1.2.2.4. Awtoproduttur tal-elettriku biss

1.2.2.5. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-awtoprodutturi

1.2.2.6. Awtoproduttur tas-sħana biss

1.2.2.7. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

1.2.2.8. Fran tal-kokk

1.2.2.9. Impjanti BKB/PB

1.2.2.10. Impjanti tal-manifattura tal-gass

1.2.2.11. Fran tal-blast

1.2.2.12. Likwifazzjoni tal-faħam

1.2.2.13. Għall-gass naturali mħallat

1.2.2.14. Produzzjoni tal-idroġenu

1.2.2.15. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni

1.2.3. SETTUR TAL-ENERĠIJA

1.2.3.1. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana

1.2.3.2. Minjieri tal-faħam

1.2.3.3. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

1.2.3.4. Fran tal-kokk

1.2.3.5. Impjanti BKB/PB

1.2.3.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass

1.2.3.7. Fran tal-blast

1.2.3.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

1.2.3.9. Likwifazzjoni tal-faħam

1.2.3.10. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu

1.2.3.11. Mhux speċifikat band’oħra — Energija

1.2.4. TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI

1.2.5. UŻU MHUX TAL-ENERĠIJA

1.2.5.1. Setturi tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija

Użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija.

1.2.5.1.1. Settur kimiku u petrokimiku

NACE Div. 20 u 21; użu mhux tal-enerġija tal-faħam jinkludi l-użi bħala materja prima biex isir il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħra.

1.2.5.2. Settur tat-trasport

Użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tat-trasport.

1.2.5.3. Setturi oħra

Użu mhux tal-enerġija fis-servizzi kummerċjali u pubbliċi kollha, fl-unitajiet domestiċi, fl-agrikoltura u mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn.

1.2.6. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

1.2.6.1. Ħadid u azzar

1.2.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

1.2.6.3. Metalli nonferrużi

1.2.6.4. Minerali nonmetalliċi

1.2.6.5. Tagћmir tat-trasport

1.2.6.6. Makkinarju

1.2.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

1.2.6.8. Ikel, xorb u tabakk

1.2.6.9. Polpa, karti u stampar

1.2.6.10. Injam u prodotti tal-injam

1.2.6.11. Kostruzzjoni

1.2.6.12. Tessuti u ġilda

1.2.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

1.2.7. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

1.2.7.1. Ferroviji

1.2.7.2. Navigazzjoni domestika

1.2.7.3. Mhux Speċifikat Band’Oħra — Trasport

1.2.8. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

1.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

1.2.8.2. Unitajiet domestiċi

1.2.8.3. Agrikoltura

1.2.8.4. Forestrija

1.2.8.5. Sajd

1.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

1.2.9. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni jridu jiġu rappurtati. Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

1.2.10. VALURI KALORIFIĊI

Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-kokk tal-gass, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

Il-valuri kalorifiċi grossi u netti jridu jiġu dikjarati għall-aggregati li ġejjin:

1.2.10.1. 

Produzzjoni

1.2.10.2. 

Importazzjonijiet

1.2.10.3. 

Esportazzjonijiet

1.2.10.4. 

Użati fil-fran tal-kokk

1.2.10.5. 

Użati fil-fran tal-blast

1.2.10.6. 

Użati fl-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u CHP ta’ produttur tal-attività ewlenija

1.2.10.7. 

Użati fl-industrija

1.2.10.8. 

Għal użi oħra

1.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati), għajr għall-gassijiet manifatturati (il-gass tal-impjanti tal-gass, il-gass tal-fran tal-kokk, il-gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħra), fejn il-kwantità rappurtata trid tiġi dikjarata f’TJ GCV (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi).

Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).

1.4.    Derogi u eżenzjonijiet

Mhux applikabbli.

2.    GASS NATURALI

2.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

2.2.    Lista tal-aggregati

Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-gass naturali.

2.2.1. PROVVISTA

Il-kwantitajiet dikjarati għas-settur tal-provvista jridu jiġu espressi f’unitajiet tal-volum u f’unitajiet tal-enerġija, u jridu jinkludu l-valuri kalorifiċi grossi u netti.

2.2.1.1. Produzzjoni indiġena

Inkluż il-produzzjoni lil hinn mill-kosta.

2.2.1.1.1. Gass assoċjat

Gass naturali magħmul b’assoċjazzjoni maż-żejt mhux raffinat.

2.2.1.1.2. Gass nonassoċjat

Il-gass naturali li joriġina mill-faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarburi fil-forma ta’ gass.

2.2.1.1.3. Gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra

Il-metan prodott fil-minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal fil-wiċċ bil-pajpijiet u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra jew trażmess bil-pipelines lill-konsumaturi.

2.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra

2.2.1.2.1. Riċevuti minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux raffinat

2.2.1.2.2. Riċevuti minn sorsi oħra: Faħam

2.2.1.2.3. Riċevuti minn sorsi oħra: Sorsi rinnovabbli

2.2.1.2.4. Riċevuti minn sorsi oħra: Idroġenu

2.2.1.3. Importazzjonijiet

2.2.1.4. Esportazzjonijiet

2.2.1.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali

2.2.1.6. Bidliet fl-istokkijiet

Il-livelli tal-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq iridu jiġu dikjarati separatament, bħala stokkijiet fit-territorju nazzjonali u stokkijiet miżmuma barra l-pajjiż, rispettivament. “Livell tal-istokk” tfisser il-kwantità tal-gass disponibbli għal twassil tul xi ċiklu tad-dħul u l-ħruġ.

2.2.1.7. Konsum fuq l-art (osservat)

2.2.1.8. Gass rekuperabbli

Dan jirreferi għall-gass naturali rekuperabbli maħżun f’faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità magħluqa tal-gass u/jew taż-żejt, akkwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħallta, jew oħrajn) kif ukoll il-gass naturali likwifikat maħżun. Il-cushion gas irid jiġi eskluż. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.1.9. Gass mitluq fl-atmosfera

Il-volum tal-gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.1.10. Gass ivvampjat

Il-volum tal-gass ivvampjat fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gass. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.

2.2.2. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

2.2.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss

2.2.2.2. Awtoproduttur tal-elettriku biss

2.2.2.3. Unitajiet CHP tal-produtturi tal-attività ewlenija

2.2.2.4. Unitajiet CHP tal-awtoprodutturi

2.2.2.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss

2.2.2.6. Awtoproduttur tas-sħana biss

2.2.2.7. Impjanti tal-manifattura tal-gass

2.2.2.8. Fran tal-kokk

2.2.2.9. Fran tal-blast

2.2.2.10. Minn gass għal likwidi

2.2.2.11 Produzzjoni tal-idroġenu

2.2.2.12. Mhux speċifikati — Transformazzjoni

2.2.3. SETTUR TAL-ENERĠIJA

2.2.3.1. Minjieri tal-faħam

2.2.3.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

2.2.3.3 Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

2.2.3.4. Fran tal-kokk

2.2.3.5. Fran tal-blast

2.2.3.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass

2.2.3.7. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana

2.2.3.8. Likwifazzjoni (LNG) jew gassifikazzjoni (GNG)

2.2.3.9. Minn gass għal likwidi

2.2.3.10. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu

2.2.3.11. Mhux specifikat band’oħra — Energija

2.2.4. TELF MIT-TRAŻMISSJONI

2.2.5. TELF MID-DISTRIBUZZJONI

2.2.6. SETTUR TAT-TRASPORT

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.6.1. Bit-triq

2.2.6.2. Trasport bil-pipelines

2.2.6.3. Navigazzjoni domestika

2.2.6.4. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

2.2.7. SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.7.1. Ħadid u azzar

2.2.7.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

2.2.7.3. Metalli nonferrużi

2.2.7.4. Minerali nonmetalliċi

2.2.7.5. Tagћmir tat-trasport

2.2.7.6. Makkinarju

2.2.7.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

2.2.7.8. Ikel, xorb u tabakk

2.2.7.9. Polpa, karti u stampar

2.2.7.10. Injam u prodotti tal-injam

2.2.7.11. Kostruzzjoni

2.2.7.12. Tessuti u ġilda

2.2.7.13. Mhux speċifikat band’oħra — l-industrija

2.2.8. SETTURI OĦRA

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

2.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

2.2.8.2. Unitajiet domestiċi

2.2.8.3. Agrikoltura

2.2.8.4. Forestrija

2.2.8.5. Sajd

2.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

2.2.9. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

Iridu jiġu dikjarati l-kwantitajiet totali tal-gass naturali u tal-parti minnhom li hi LNG, skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.

2.2.10. KAPAĊITAJIET TAL-ĦAŻNA TAL-GASS

Iridu jiġu rappurtati separatament bħala faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż u terminals tal-LNG (trid ssir distinzjoni ulterjuri bejn it-terminals tal-importazzjoni tal-LNG u t-terminals tal-esportazzjoni tal-LNG).

2.2.10.1. Isem

Isem is-sit tal-faċilità tal-ħżin jew tat-terminal tal-LNG.

2.2.10.2. Tip (għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż biss)

It-tip tal-ħażna, bħal faċilità magħluqa tal-gass, akkwifikatur, kavità tal-melħ, eċċ.

2.2.10.3. Kapaċità operattiva

Għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż: il-kapaċità totali tal-ħżin tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas hu l-volum totali tal-gass meħtieġ bħala inventarju permanenti biex jinżammu pressjonijiet adegwati fir-riżerva ta’ taħt l-art u r-rati tat-twassil tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.

Għat-terminals tal-LNG: il-kapaċità totali tal-ħżin tal-gass espressa f’ekwivalenti ta’ gass gassuż.

2.2.10.4. L-ogħla livell tal-produzzjoni

Ir-rata massima kemm il-gass jista’ jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-irtirar.

2.2.10.5. Kapaċità tar-rigassifikazzjoni jew tal-likwifazzjoni (għat-terminals tal-LNG biss)

Il-kapaċità tar-rigressjoni trid tiġi rappurtata għat-terminals tal-importazzjoni, u l-kapaċità tal-likwifikazzjoni trid tiġi rappurtata għat-terminals tal-esportazzjoni.

2.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-gass naturali jridu jiġu dikjarati skont il-kontenut tal-enerġija tiegħu, jiġifieri f’TJ, abbażi tal-valur kalorifiku gross. Meta jkun hemm bżonn il-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hi f’106m3 jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).

Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).

Il-kapaċità operattiva trid tiġi dikjarata f’106m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).

L-ogħla livell tal-produzzjoni, il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni u l-kapaċità tal-likwifazzjoni jridu jiġu dikjarati f’106m3/jum, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).

3.    ELETTRIKU U SĦANA

3.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.

3.2.    Lista tal-aggregati

Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għas-sħana u l-elettriku sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

3.2.1. PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA

Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati tal-elettriku u tas-sħana diskussi f’dan il-Kapitolu:

— 
Produzzjoni grossa tal-elettriku: it-total tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet ġeneraturi kollha kkonċernati (inkluż il-ħżin ippompjat) imkejjel fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenija.
— 
Produzzjoni grossa tas-sħana: is-sħana totali ġġenerata mill-installazzjoni, inkluż is-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (tisħin tal-ispazju, tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-network, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użata bħala forma primarja tal-enerġija.
— 
Produzzjoni netta tal-elettriku: il-produzzjoni grossa tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji ġeneraturi u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni.
— 
Produzzjoni netta tas-sħana: is-sħana provduta lis-sistema tad-distribuzzjoni kif determinat skont il-kejl tal-flussi ’l barra u l-flussi lura.

L-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11 iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni netta u grossa tal-elettriku u tas-sħana trid tiġi dikjarata għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għall-unitajiet CHP, separatament kull meta applikabbli. Għall-elettriku gross iġġenerat fl-unitajiet CHP trid tiġi dikajrata s-subkategorija tiegħu fil-modalità CHP sħiħa. Għas-sħana netta ġġenerata fl-unitajiet CHP, irid jiġi dikjarat oġġett separat dwar is-sħana awtokkonsmata.

3.2.1.1. Nukleari

3.2.1.2. Idro (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.3. Enerġija ġeotermali

3.2.1.4. Solari

3.2.1.5. Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.6. Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.1.7. Fjuwils kombustibbli

Il-fjuwils li kapaċi jaqbdu jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġnu biex iżidu t-temperatura b’mod sinifikanti, u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.

3.2.1.8. Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.9. Bojlers elettriċi (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.1.10. Sħana minn proċessi kimiċi

Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal pereżempju reazzjoni kimika. Eskluż is-sħana tal-iskart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li trid tiġi rappurtata bħala sħana ġġenerata mill-fjuwil korrispondenti.

3.2.1.11. Sorsi oħra

3.2.2. PROVVISTA

Għal 3.2.2.1 u 3.2.2.2, il-kwantitajiet dikjarati jridu jkunu koerenti mal-valuri dikjarati għall-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11.

3.2.2.1. Produzzjoni grossa totali

3.2.2.2 Produzzjoni netta totali

3.2.2.3. Importazzjonijiet

L-ammonti tal-elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi ta’ pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali kif ukoll jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont irid jiġi rappurtat bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni.

3.2.2.4. Esportazzjonijiet

Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.

3.2.2.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali

3.2.2.6. Użat għall-pompi tas-sħana (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.7. Użat għall-bojlers elettriċi (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.8. Użat għall-ħżin ippompjat — impjanti tal-ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.9. Użat għall-ħżin ippompjat — impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

3.2.2.10. Użat għall-produzzjoni tal-elettriku (applikabbli biss għas-sħana)

3.2.2.11. Użat għall-produzzjoni tal-idroġenu (trasformazzjoni)

3.2.3. TELF MIT-TRAŻMISSJONI

3.2.4. TELF MID-DISTRIBUZZJONI

3.2.5. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — Settur tat-trasport

Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.

3.2.5.1. Ferroviji

3.2.5.2. Trasport bil-pipelines

3.2.5.3. Bit-triq

3.2.5.4. Navigazzjoni domestika

3.2.5.5. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

3.2.6. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

3.2.6.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

3.2.6.2. Unitajiet domestiċi

3.2.6.3. Agrikoltura

3.2.6.4. Forestrija

3.2.6.5. Sajd

3.2.6.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

3.2.7. SETTUR TAL-ENERĠIJA

Eskluż l-użu proprju tal-impjanti tal-ħżin ippompjat, tal-pompi tas-sħana u tal-bojlers elettriċi.

3.2.7.1. Minjieri tal-faħam

3.2.7.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

3.2.7.3. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

3.2.7.4. Fran tal-kokk

3.2.7.5. Impjanti BKB/PB

3.2.7.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass

3.2.7.7. Fran tal-blast

3.2.7.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

3.2.7.9. Industrija nukleari

3.2.7.10. Impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam

3.2.7.11. Impjanti tal-likwifazzjoni (LNG)/tar-rigassifikazzjoni (GNG)

3.2.7.12. Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.7.13. Minn gass għal likwidi

3.2.7.14. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.

3.2.7.16. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

3.2.7.17. Mhux speċifikat band’oħra — Energija

3.2.8. SETTUR TAL-INDUSTRIJA

3.2.8.1. Ħadid u azzar

3.2.8.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

3.2.8.3. Metalli nonferrużi

3.2.8.4. Minerali nonmetalliċi

3.2.8.5. Tagћmir tat-trasport

3.2.8.6. Makkinarju

3.2.8.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

3.2.8.8. Ikel, xorb u tabakk

3.2.8.9. Polpa, karti u stampar

3.2.8.10. Injam u prodotti tal-injam

3.2.8.11. Kostruzzjoni

3.2.8.12. Tessuti u ġilda

3.2.8.13. Mhux speċifikat band’oħra — L-industrija

3.2.9. IMPORTAZZJONIJIET U ESPORTAZZJONIJIET

L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kwantitajiet tal-elettriku u tas-sħana skont il-pajjiż tal-oriġini u tad-destinazzjoni, rispettivament, iridu jiġu rappurtati. Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.

3.2.10. PRODUZZJONI NETTA MILL-AWTOPRODUTTURI

Għall-impjanti jew l-attivitajiet li ġejjin, il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-ġenerazzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi jridu jiġu dikjarati separatament għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP:

3.2.10.1. 

Settur tal-enerġija: Minjieri tal-faħam

3.2.10.2. 

Settur tal-enerġija: Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

3.2.10.3. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

3.2.10.4. 

Settur tal-enerġija: Fran tal-kokk

3.2.10.5. 

Settur tal-enerġija: Impjanti BKB/PB

3.2.10.6. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-manifattura tal-gass

3.2.10.7. 

Settur tal-enerġija: Fran tal-blast

3.2.10.8. 

Settur tal-enerġija: Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

3.2.10.9. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam

3.2.10.10. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-likwifazzjoni (LNG)/tar-rigassifikazzjoni

3.2.10.11. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

3.2.10.12. 

Settur tal-enerġija: Minn gass għal likwidi

3.2.10.13. 

Settur tal-enerġija: Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

3.2.10.14. 

Settur tal-enerġija: Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.

3.2.10.15. 

Settur tal-enerġija: Mhux speċifikat band’oħra — Enerġija

3.2.10.16. 

Settur tal-industrija: Ħadid u azzar

3.2.10.17. 

Settur tal-industrija: Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

3.2.10.18. 

Settur tal-industrija: Metalli nonferrużi

3.2.10.19. 

Settur tal-industrija: Minerali nonmetalliċi

3.2.10.20. 

Settur tal-industrija: Tagћmir tat-trasport

3.2.10.21. 

Settur tal-industrija: Makkinarju

3.2.10.22. 

Settur tal-industrija: Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

3.2.10.23. 

Settur tal-industrija: Ikel, xorb u tabakk

3.2.10.24. 

Settur tal-industrija: Polpa, karti u stampar

3.2.10.25. 

Settur tal-industrija: Injam u prodotti tal-injam

3.2.10.26. 

Settur tal-industrija: Kostruzzjoni

3.2.10.27. 

Settur tal-industrija: Tessuti u ġilda

3.2.10.28. 

Settur tal-industrija: Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

3.2.10.29. 

Settur tat-trasport: Ferroviji

3.2.10.30. 

Settur tat-trasport: Trasport bil-pipelines

3.2.10.31. 

Settur tat-trasport: Bit-triq

3.2.10.32. 

Settur tat-trasport: Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

3.2.10.33. 

Setturi oħra: Unitajiet domestiċi

3.2.10.34. 

Setturi oħra: Servizzi kummerċjali u pubbliċi

3.2.10.35. 

Setturi oħra: Agrikoltura/Forestrija

3.2.10.36. 

Setturi oħra: Sajd

3.2.10.37. 

Setturi oħra: Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

3.2.11. PRODUZZJONI NETTA TAL-ELETTRIKU SKONT IS-SETTUR

Il-produzzjoni netta totali tal-elettriku u l-parti awtokkonsmata (mingħajr il-qsim bejn il-produttur tal-attività ewlenija u l-awtoġeneratur) iridu jiġu dikjarati separatament għall-unitajiet domestiċi, għas-servizzi kummerċjali u pubbliċi, għas-settur tal-enerġija, għas-settur tal-industrija u għal setturi oħra għal kull wieħed mill-gruppi tal-fjuwils li ġejjin:

3.2.11.1. 

PV solari

3.2.11.2. 

Bijofjuwils solidi, likwidi u gassużi

3.2.11.3. 

Sorsi rinnovabbli oħra

3.2.11.4. 

Gass naturali

3.2.11.5. 

Oħrajn (nonrinnovabbli)

3.2.12. PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA GROSSA MILL-FJUWILS KOMBUSTIBBLI

L-elettriku gross iġġenerat, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet tal-fjuwils użati, inkluż l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli kif elenkat hawn taħt, iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ produtturi, il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana trid tiġi dikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull meta applikabbli.

3.2.12.1. Antraċite

3.2.12.2. Faħam tal-kokk

3.2.12.3. Faħam bituminuż ieħor

3.2.12.4. Faħam subbituminuż ieħor

3.2.12.5. Linjite

3.2.12.6. Pit

3.2.12.7. Fjuwil bil-privattiva

3.2.12.8. Kokk tal-fran tal-kokk

3.2.12.9. Kokk tal-gass

3.2.12.10. Qatran tal-faħam

3.2.12.11. BKB (mattunelli tal-faħam kannella)

3.2.12.12. Gass tal-impjanti tal-gass

3.2.12.13. Gass tal-fran tal-kokk

3.2.12.14. Gass tal-fran tal-blast

3.2.12.15. Gassijiet irkuprati oħra

3.2.12.16. Prodotti tal-pit

3.2.12.17. Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

3.2.12.18. Żejt mhux raffinat

3.2.12.19. NGL

3.2.12.20. Gass tar-raffineriji

3.2.12.21. LPG

3.2.12.22. Nafta

3.2.12.23. Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju

3.2.12.24. Pitrolju ieħor

3.2.12.25. Żejt tal-gass/diżil

3.2.12.26. Żejt tal-fjuwil

3.2.12.27. Bitum

3.2.12.28. Kokk taż-żejt mhux raffinat

3.2.12.29. Prodotti oħra taż-żejt

3.2.12.30. Gass naturali

3.2.12.31. Skart industrijali

3.2.12.32. Skart muniċipali rinnovabbli

3.2.12.33. Skart muniċipali nonrinnovabbli

3.2.12.34. Bijofjuwils solidi

3.2.12.35. Bijogassijiet

3.2.12.36. Bijodiżils

3.2.12.37. Bijogażolini

3.2.12.38. Bijofjuwils likwidi oħra

3.2.12.39. Idroġenu

3.2.13. KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA

Il-kapaċità trid tiġi dikjarata kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rappurtata rilevanti u għall-fjuwils indikati hawn taħt. Inkluż il-kapaċità elettrika tal-impjanti tal-elettriku biss u tal-unitajiet CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta trid tiġi dikjarata għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Din hi t-total tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu operattiv partikolari. Il-perjodu operattiv meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kuljum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima meqjusa bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

3.2.13.1. Nukleari

3.2.13.2. Impjanti idro puri

3.2.13.3. Impjanti idro mħallta

3.2.13.4. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri

3.2.13.5. Enerġija ġeotermali

3.2.13.6. Fotovoltajċi solari

3.2.13.7. Termali solari

3.2.13.8. Marea, mewġ, oċean

3.2.13.9. Riħ

3.2.13.10. Fjuwils kombustibbli

3.2.13.10.1. Tip ta’ ġenerazzjoni: Stim

3.2.13.10.2. Tip ta’ ġenerazzjoni: Kombustjoni interna

3.2.13.10.3. Tip ta’ ġenerazzjoni: Turbina tal-gass

3.2.13.10.4. Tip ta’ ġenerazzjoni: Ċiklu kkombinat

3.2.13.10.5. Tip ta’ ġenerazzjoni: Oħrajn

3.2.13.11. Ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu

3.2.13.12. Sorsi oħra

3.2.14. KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA TAL-FJUWILS KOMBUSTIBBLI

Il-kapaċità elettrika massima netta tal-fjuwils kombustibbli trid tiġi dikjarata għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi, u b’mod separat għal kull tip ta’ impjant li jaħdem bi fjuwil wieħed jew b’aktar minn fjuwil wieħed imsemmi hawn taħt. Is-sistemi li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss l-unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip ta’ fjuwil wieħed b’mod kontinwu. L-istazzjonijiet b’unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti jridu jinfirdu fil-kategoriji adattati ta’ dawk li jaħdmu bi fjuwil wieħed. Iridu jingħataw ukoll l-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ fjuwil jintuża bħala primarju u alternat, għal kull kategorija tal-impjanti li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed.

3.2.14.1. Jaħdem bi fjuwil wieħed (għall-kategoriji kollha tal-fjuwils primarji)

3.2.14.2. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi u likwidi

3.2.14.3. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi u gass naturali

3.2.14.4. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, likwidi u gass naturali

3.2.14.5. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi, likwidi u gass naturali

3.2.15. KAPAĊITÀ ELETTRIKA INSTALLATA ĠDIDA U DEKUMMISSJONATA

Il-kapaċità installata ġdida hi l-kapaċità elettrika massima netta tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni li bdew joperaw fis-sena ta’ referenza. Il-kapaċità dekummissjonata hi l-kapaċità elettrika massima netta li ma tkunx għadha operattiva tul is-sena ta’ referenza.

Għall-fjuwils kollha indikati fi 3.2.13 u 3.2.14, il-kapaċità installata ġdida u dekummissjonata trid tiġi rappurtata għas-sena ta’ referenza.

3.2.16. BATTERIJI

Il-kapaċità tal-ħżin jew il-kapaċità tal-enerġija ta’ batterija hi l-kwantità totali tal-enerġija li l-batterija tista’ taħżen. Il-kapaċità nominali tal-enerġija hi r-rata massima tal-iskariku li l-batterija tista’ tikseb, billi tibda minn stat iċċarġjat għalkollox. L-informazzjoni ta’ hawn taħt trid tiġi dikjarata għall-batteriji konnessi mal-grilja u użati bħala element tal-ħżin/ibbilanċjar. Iridu jiġu dikjarati biss batteriji b’kapaċità tal-ħżin ta’ 1 MWh jew aktar u jridu jiġu dikjarati biss l-iskambji mal-grilja.

3.2.16.1. Kapaċità tal-ħżin tal-batteriji

3.2.16.2. Kapaċità nominali tal-enerġija tal-batteriji

3.2.16.3. Elettriku injettat fil-grilja mill-batteriji

3.2.16.4. Elettriku użat mill-grilja għall-iċċarġjar tal-batteriji

Kull wieħed mill-elementi ta’ hawn fuq irid jinfired fil-gruppi tad-daqs tal-kapaċità tal-ħżin li ġejjin:

— 
Minn 1 MWh sa 10 MWh
— 
Minn aktar minn 10 MWh sa 100 MWh
— 
Aktar minn 100 MWh.

3.3.    Unitajiet tal-kejl

L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (terajoules) u l-kapaċità f’MW (megawatts). Għall-batteriji, il-kapaċità tal-ħżin trid tiġi dikjarata f’MWh u l-kapaċità nominali tal-enerġija f’MW.

Jekk ikunu jridu jiġu rappurtati xi fjuwils oħra, l-unitajiet applikabbli huma definiti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.

4.    ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

4.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat)

4.2.    Lista tal-aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

4.2.1.   PROVVISTA TA’ ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI, U IDROKARBURI OĦRA

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/ossiġenati, il-bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati u idrokarburi oħra:

4.2.1.1. Produzzjoni indiġena

Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.

4.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra.

Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.2.1. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-faħam

4.2.1.2.2. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-gass naturali

4.2.1.2.3. Riċevuti minn sorsi oħra: minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli

4.2.1.2.4. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-idroġenu

4.2.1.3. Ritorn ta’ flussi mis-settur petrokimiku

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.4. Prodotti trasferiti

Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

4.2.1.5. Importazzjonijiet

Inkuż il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs iridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika. Nota: il-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) ma jridx jiġi rappurtat hawn. Ir-riesportazzjonijiet taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riżervati jridu jiġu inklużi bħala esportazzjoni ta’ prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.

4.2.1.6. ESportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) tapplika wkoll għall-esportazzjonijiet.

4.2.1.7. Użu dirett

4.2.1.8. Bidliet fl-istokkijiet

4.2.1.9. Konsum osservat tar-raffineriji

Ammonti mkejla bħala dħul fir-raffineriji

4.2.1.10. Telf mir-raffineriji

Id-differenza bejn il-konsum osservat tar-raffineriji u l-produzzjoni grossa tar-raffineriji. It-telf jista’ jsir waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf rappurtat hu pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.

4.2.1.11. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

4.2.1.12. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

4.2.1.13. Valur kalorifiku nett

4.2.1.13.1. Produzzjoni (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjwils fl-addittivi/ossiġenati)

4.2.1.13.2. Importazzjonijiet (mhux applikabbli għal bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati)

4.2.1.13.3. Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għal bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati)

4.2.1.13.4. Medja ġenerali

4.2.2.   PROVVISTA TAL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT

It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti finali (gass tar-raffineriji, etanu, LPG, nafta, gażolina tal-magni, u l-parti tagħha tal-bijogażolina, gażolina tal-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju u l-parti bijoloġika tiegħu, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/diżil, żejt tal-fjuwil b’livell baxx u għoli tal-kubrit, spirtu abjad u SBP, lubrikanti, bitum, xama’ tal-paraffina, kokk taż-żejt mhux raffinat u prodotti oħra). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGL użat għall-ħruq dirett iridu jiġu inklużi fil-konsenji tal-prodotti finali u fit-trasferimenti tal-interprodotti.

4.2.2.1. Prodotti primarji riċevuti

4.2.2.2. Produzzjoni grossa tar-raffinerija

4.2.2.3. Prodotti riċiklati

4.2.2.4. Fjuwil tar-raffineriji (raffineriji taż-żejt mhux raffinat)

Anki l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa jridu jiġu inklużi f’din il-kategorija.

4.2.2.4.1. Użat fl-impjanti/unitajiet tal-elettriku biss

4.2.2.4.2. Użat fl-unitajiet CHPs

4.2.2.4.3. Użat fl-impjanti/unitajiet tas-sħana biss

4.2.2.5. Importazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.2.6. Esportazzjonijiet

In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.2.7. Bunkers tal-baħar internazzjonali

4.2.2.8. Trasferimenti tal-interprodotti

4.2.2.9. Prodotti trasferiti

4.2.2.10. Bidliet fl-istokkijiet

4.2.2.11. Livelli tal-istokkijiet tal-ftuħ

4.2.2.12. Livelli tal-istokkijiet tal-għeluq

4.2.2.13 Bidliet fl-istokk għand il-produtturi tal-attività ewlenija

Il-bidliet fl-istokkijiet li jinżammu mill-utilitajiet pubbliċi u mhux inklużi fil-livelli tal-istokkijiet u fil-bidliet fl-istokkijiet rappurtati band’oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

4.2.2.14. Valuri kalorifiċi netti medji

4.2.3.   KONSENJI GĦAS-SETTUR PETROKIMIKU

Il-konsenja osservata tal-prodotti finali taż-żejt mhux raffinat minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

4.2.3.1. Konsenji grossi għas-settur petrokimiku

4.2.3.2. Użu tal-enerġija fis-settur petrokimiku

Il-kwantitajiet taż-żejt użat bħala fjuwil għall-proċessi petrokimiċi bħall-krekkjar tal-istim.

4.2.3.3. Użu mhux tal-enerġija fis-settur petrokimiku

Il-kwantitajiet taż-żejt użat fis-settur petrokimiku biex isiru l-etilen, il-propilen, il-butilen, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadjen u materjali mhux ipproċessati oħra bbażati fuq l-idrokarburi fi proċessi bħall-krekkjar tal-istim, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-istim. Eskluż l-ammonti taż-żejt użat għall-finijiet ta’ fjuwil.

4.2.3.4. Flussi lura mis-settur petrokimiku lir-raffineriji

4.2.4.   SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.4.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss

4.2.4.2. Awtoproduttur tal-elettriku biss

4.2.4.3. Unitajiet CHP tal-produtturi tal-attività ewlenija

4.2.4.4. Unitajiet CHP tal-awtoprodutturi

4.2.4.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss

4.2.4.6. Awtoproduttur tas-sħana biss

4.2.4.7. Impjanti tal-manifattura tal-gass/tal-gassifikazzjoni

4.2.4.8. Gass naturali mħallat

4.2.4.9. Fran tal-kokk

4.2.4.10. Fran tal-blast

4.2.4.11. Industrija petrokimika

4.2.4.12. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

4.2.4.13. Produzzjoni tal-idroġenu

4.2.4.14. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni

4.2.5.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.5.1. Minjieri tal-Faħam

4.2.5.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

4.2.5.3. Fran tal-Kokk

4.2.5.4. Fran tal-blast

4.2.5.5. Impjanti tal-manifattura tal-gass

4.2.5.6. Użu mill-impjanti stess tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana.

4.2.5.7. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.

4.2.5.8. Mhux Speċifikat Band’Oħra — Enerġija

4.2.6.   TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.7.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.7.1. Ħadid u azzar

4.2.7.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

4.2.7.3. Metalli nonferrużi

4.2.7.4. Minerali nonmetalliċi

4.2.7.5. Tagћmir tat-trasport

4.2.7.6. Makkinarju

4.2.7.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

4.2.7.8. Ikel, xorb u tabakk

4.2.7.9. Polpa, karti u stampar

4.2.7.10. Injam u prodotti tal-injam

4.2.7.11. Kostruzzjoni

4.2.7.12. Tessuti u ġilda

4.2.7.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

4.2.8.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.8.1. Avjazzjoni internazzjonali

4.2.8.2. Avjazzjoni domestika

4.2.8.3. Bit-triq

4.2.8.4. Ferroviji

4.2.8.5. Navigazzjoni domestika

4.2.8.6. Trasport bil-pipelines

4.2.8.7. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

4.2.9.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.

4.2.9.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

4.2.9.2. Unitajiet domestiċi

4.2.9.3. Agrikoltura

4.2.9.4. Forestrija

4.2.9.5. Sajd

4.2.9.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

4.2.10.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet iridu jiġu dikjarati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.

4.2.11.   KAPAĊITÀ TAR-RAFFINERIJI

Irrapporta l-kapaċità tar-raffineriji totali nazzjonali u d-diżaggregazzjoni tal-kapaċità annwali skont ir-raffineriji f’eluf ta’ tunnellati metriċi kull sena. Iridu jiġu rappurtati l-punti li ġejjin:

4.2.11.1. Isem/Post

4.2.11.2. Distillazzjoni atmosferika

4.2.11.3. Distillazzjoni f’vakwu

4.2.11.4. Krekkjar (termali)

4.2.11.4.1. Li minnu hu tnaqqis tal-viskożità

4.2.11.4.2. Li minnu ikkokkjar

4.2.11.5. Krekkjar (katalittiku)

4.2.11.5.1. Li minnu kkrekkjar katalitiku fluwidu (FCC)

4.2.11.5.2. Li minnu idrokkrekkjar (HCK)

4.2.11.6. Riformazzjoni

4.2.11.7. Desulfurizzazzjoni

4.2.11.8. Alkilazzjoni, polimerizzazzjoni, iżomerizzazzjoni

4.2.11.9. Eterifikazzjoni

4.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati). Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).

4.4.    Eżenzjonijiet

Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-aggregati speċifikati fit-Taqsima 4.2.9 (Konsum finali tal-enerġija — Setturi oħra); iridu jiġu rappurtati biss il-valuri totali. Ċipru hu eżentat ukoll milli jirrapporta l-użu mhux tal-enerġija fit-Taqsimiet 4.2.4 (Settur tat-trasformazzjoni), 4.2.5 (Settur tal-enerġija), 4.2.7 (Industrija), 4.2.7.2 (Settur tal-industrija — li minnu huma sustanzi kimiċi u petrokimiċi), 4.2.8 (Trasport) u 4.2.9 (Setturi oħra).

5.   ENERĠIJA RINNOVABBLI U ENERĠIJA MILL-ISKART

5.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.5 tal-Anness A. RINNOVABBLI U SKART. Iridu jiġu rappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-enerġija (pereżempju fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, fil-kombustjoni bi rkupru tal-enerġija, fil-magni mobbli fit-trasport u fil-magni stazzjonarji). Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija rinnovabbli użati biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili għal finijiet mhux tal-enerġija jridu jiġu rappurtati fit-Taqsima 5.2.9, iżda dawn ma jridux jiġu inklużi fil-bqija tat-Taqsimiet f’dan il-Kapitolu. Il-prodotti rinnovabbli li ma ġewx żviluppati biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili jridu jiġu esklużi mir-rapportar fit-Taqsima 5.2.9, bħall-bijofjuwils solidi użati għall-produzzjoni tal-għamara, il-kostruzzjoni u l-produzzjoni tal-karta/kartun, l-alkoħol użat fl-industrija tal-ikel u l-qoton/fibri naturali użati fl-industrija tat-tessuti. Anki l-enerġija termali passiva trid tiġi eskluża mir-rapportar fil-Kapitolu 5 (pereżempju, it-tisħin termali solari passiv tal-bini).

5.2.    Lista tal-aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti. Is-sħana ambjentali (il-pompi tas-sħana) trid tiġi rappurtata biss għas-setturi li ġejjin: Trasformazzjoni (biss għall-aggregati relatati mas-sħana mibjugħa), Enerġija (it-total biss, l-ebda subkategorija), total tal-Industrija (it-total biss, l-ebda subkategorija), Servizzi kummerċjali u pubbliċi, Unitajiet domestiċi u Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn. Għas-sħana ambjentali (pompi tas-sħana), is-subkategoriji Aerotermali, Ġeotermali u Idrotermali jridu jiġu dikjarati taħt produzzjoni indiġena. Għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji, trid tiġi dikjarata s-subkategorija Li minnhom mill-pompi tas-sħana b’SPF iżjed mil-limitu. Il-limitu SPF (fattur tal-prestazzjoni staġunali) jrid ikun konformi mad-Direttiva 2009/28/KE u mad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

5.2.1.   PRODUZZJONI GROSSA TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA

Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 3.2.1. L-aggregati 5.2.1.1 sa 5.2.1.18 iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni tal-elettriku gross u tas-sħana grossa trid tiġi dikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull meta applikabbli.

5.2.1.1. Impjanti idro puri (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.2. Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.2.1. Li minnhom ippumpjar (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.3. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.4. Enerġija ġeotermali

5.2.1.5. Fotovoltajka solari (applikabbli biss għall-elettriku)

Is-subkategoriji tad-daqs li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-fotovoltajka solari:

5.2.1.5.1. Inqas minn 30 kW

5.2.1.5.2. Minn 30 kW sa 1 000 kW

5.2.1.5.3. Aktar minn 1 000 kW

Għal 5.2.1.5.1 sa 5.2.1.5.3, iridu jiġu dikjarati s-subkategoriji tal-bjut u ta’ barra mill-grilja. Il-kategorija ta’ barra mill-grilja hi obbligatorja biss jekk tammonta għal 1% jew aktar tal-kapaċità fotovoltajka fil-kategorija tad-daqs rispettiva tagħha.

5.2.1.6. Termali solari

5.2.1.7. Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.8. Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)

5.2.1.9. Riħ fuq l-art

5.2.1.10. Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.1.11. Skart muniċipali rinnovabbli

5.2.1.12. Skart muniċipali nonrinnovabbli

5.2.1.13. Bijofjuwils solidi

5.2.1.14. Bijogassijiet

5.2.1.15. Bijodiżils

5.2.1.16. Bijogażolini

5.2.1.17. Bijofjuwils likwidi oħra

5.2.1.18. Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)

5.2.2.   PROVVISTA

5.2.2.1. Produzzjoni

5.2.2.2. Importazzjonijiet

5.2.2.3. Esportazzjonijiet

5.2.2.4. Bunkers tal-baħar internazzjonali

5.2.2.5. Bidliet fl-istokkijiet

5.2.3.   Settur tat-trasformazzjoni

5.2.3.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss

5.2.3.2. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-produtturi tal-attività ewlenija

5.2.3.3. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss

5.2.3.4. Awtoproduttur tal-elettriku biss

5.2.3.5. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-awtoprodutturi

5.2.3.6. Awtoproduttur tas-sħana biss

5.2.3.7. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

5.2.3.8. Impjanti BKB/PB

5.2.3.9. Fran tal-blast

5.2.3.10. Imħallta fil-grilja tal-gass (eż. impjanti tat-taħlit tal-gass naturali)

5.2.3.11. Imħallta ma’ fjuwils fossili likwidi (eż. Gażolina tal-magni / diżil / pitrolju)

5.2.3.12. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

5.2.4.13. Produzzjoni tal-idroġenu

5.2.3.14. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni

5.2.4.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

5.2.4.1. Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)

5.2.4.2. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana

5.2.4.3. Minjieri tal-faħam

5.2.4.4. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva

5.2.4.5. Fran tal-kokk

5.2.4.6. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

5.2.4.7. Impjanti BKB/PB

5.2.4.8. Impjanti tal-manifattura tal-gass

5.2.4.9. Fran tal-blast

5.2.4.10. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol

5.2.4.11. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu

5.2.4.12. Mhux speċifikat band’oħra — Energija

5.2.5.   TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI

5.2.6.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

5.2.6.1. Ħadid u azzar

5.2.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

5.2.6.3. Metalli nonferrużi

5.2.6.4. Minerali nonmetalliċi

5.2.6.5. Tagћmir tat-trasport

5.2.6.6. Makkinarju

5.2.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

5.2.6.8. Ikel, xorb u tabakk

5.2.6.9. Polpa, karti u stampar

5.2.6.10. Injam u prodotti tal-injam

5.2.6.11. Kostruzzjoni

5.2.6.12. Tessuti u ġilda

5.2.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

5.2.7.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

5.2.7.1. Ferroviji

5.2.7.2. Bit-triq

5.2.7.3. Navigazzjoni domestika

5.2.7.4. Avjazzjoni domestika

5.2.7.5. Avjazzjoni internazzjonali

5.2.7.6. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

5.2.8.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA

5.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

5.2.8.2. Unitajiet domestiċi

5.2.8.3. Agrikoltura

5.2.8.4. Forestrija

5.2.8.5. Sajd

5.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

5.2.9.   KONSUM FINALI — UŻU MHUX TAL-ENERĠIJA

Għall-entrati li ġejjin:

5.2.9.1. 

Settur tat-trasport

5.2.9.2. 

Settur tal-industrija

5.2.9.3. 

Setturi oħra

Il-konsum finali — użu mhux tal-enerġija jrid jiġi dikjarat għall-gruppi tal-fjuwils li ġejjin:

5.2.9.4. 

Bijofjuwils solidi

5.2.9.5. 

Bijofjuwils likwidi

5.2.9.6. 

Bijogassijiet

L-ewwel sena ta’ referenza biex jiġu dikjarati l-elementi fit-Taqsima 5.2.9 hija l-2024. Sas-sena ta’ referenza 2027 jista’ jiġi dikjarat biss il-konsum finali totali aggregat — l-użu mhux tal-enerġija minflok l-entrati 5.2.9.1 sa 5.2.9.3 separatament. Il-kwantitajiet rappurtati f’5.2.9 ma jridux jiġu inklużi f’5.2.2 sa 5.2.8.

5.2.10.   KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA

Il-kapaċità trid tiġi dikjarata kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rappurtata rilevanti. Inkluż il-kapaċità elettrika tal-impjanti tal-elettriku biss u tal-unitajiet CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta hi t-total tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu operattiv partikolari. Il-perjodu operattiv meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kuljum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima meqjusa bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.

5.2.10.1. Impjanti idro puri

5.2.10.2. Impjanti idro mħallta

5.2.10.3. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri

5.2.10.4. Enerġija ġeotermali

5.2.10.5. Fotovoltajċi solari

Is-subkategoriji tad-daqs li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-fotovoltajka solari:

5.2.10.5.1. 

Inqas minn 30 kW

5.2.10.5.2. 

Minn 30 kW sa 1 000 kW

5.2.10.5.3. 

Aktar minn 1 000 kW

Għal 5.2.10.5.1 sa 5.2.10.5.3, iridu jiġu dikjarati s-subkategoriji tal-bjut u ta’ barra mill-grilja. Il-kategorija ta’ barra mill-grilja hi obbligatorja biss jekk tammonta għal 1% jew aktar tal-kapaċità fil-kategorija tad-daqs rispettiva tagħha.

5.2.10.6. Termali solari

5.2.10.7. Marea, mewġ, oċean

5.2.10.8. Riħ fuq l-art

5.2.10.9. Riħ lil hinn mill-kosta

5.2.10.10. Skart industrijali

5.2.10.11. Skart muniċipali

5.2.10.12. Bijofjuwils solidi

5.2.10.13. Bijogassijiet

5.2.10.14. Bijodiżils

5.2.10.15. Bijogażolini

5.2.10.16. Bijofjuwils likwidi oħra

5.2.11.   KARATTERISTIĊI TEKNIĊI

5.2.11.1. Superfiċje tal-kolletturi solari

Trid tiġi dikjarata l-erja totali tas-superfiċje tal-kolletturi solari installati. Is-superfiċje tal-kolletturi solari hi relatata biss mal-kolletturi solari użati għall-produzzjoni tas-sħana termali solari; is-superfiċje tal-kolletturi solari użati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku m’hemmx għalfejn tiġi rappurtata hawn (PV solari u enerġija solari kkonċentrata). Trid tiġi inkluża l-erja tas-superfiċje tal-kolletturi solari kollha: il-kolletturi glejżjati u mhux glejżjati, ta’ pjanċa ċatta u ta’ tubu vakwu bil-likwidu jew bl-arja bħala t-trasportatur tal-enerġija.

5.2.11.2. Kapaċità tal-produzzjoni għall-bijogażolina

5.2.11.3. Kapaċità tal-produzzjoni għall-bijodiżils

5.2.11.4. Kapaċità tal-produzzjoni għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.11.5. Kapaċità tal-produzzjoni għal bijofjuwils likwidi oħra

5.2.11.6. Valur kalorifiku nett medju għall-bijogażolina

5.2.11.7. Valur kalorifiku nett medju għall-bijoetanol

5.2.11.8. Valur kalorifiku nett medju għall-bijodiżils

5.2.11.9. Valur kalorifiku nett medju għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett

5.2.11.10. Valur kalorifiku nett medju għal bijofjuwils likwidi oħra

5.2.11.11. Valur kalorifiku nett medju għall-faħam tal-kannol

5.2.11.12. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Aerotermika

5.2.11.12.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja Aerotermika

5.2.11.12.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-ilma Aerotermika

5.2.11.12.3. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja Aerotermika (riversibbli)

5.2.11.12.4. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-ilma Aerotermika (riversibbli)

5.2.11.12.5. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-arja tal-Egżost Aerotermika

5.2.11.12.6. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-Ilma tal-Egżost Aerotermika

5.2.11.13. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Enerġija ġeotermali

5.2.11.13.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Enerġija Ġeotermali tal-art-arja

5.2.11.13.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma ta’ taħt l-art b’enerġija ġeotermali

5.2.11.14. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Sħana idrotermali

5.2.11.14.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma-arja idrotermali bis-sħana

5.2.11.14.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma idrotermali bis-sħana

Għall-entrati kollha minn 5.2.11.12 sa 5.2.11.14.2, trid tiġi dikjarata s-subkategorija Li minnhom mill-pompi tas-sħana b’SPF iżjed mil-limitu. Il-limitu SPF (fattur tal-prestazzjoni staġunali) irid ikun konformi mad-Direttivi 2009/28/KE u (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

5.2.12.   PRODUZZJONI TAL-BIJOFJUWILS U L-BIJOGASSIJIET SOLIDI

Il-produzzjoni totali tal-bijofjuwils solidi (eskluż il-faħam tal-kannol) trid tinqasam fost il-fjuwils li ġejjin:

5.2.12.1. Injam għall-fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.12.1.1. Gerbub tal-injam bħala parti mill-injam użat bħala fjuwil, residwi tal-injam u prodotti sekondarji tal-injam

5.2.12.2. Likur iswed

5.2.12.3. Bagassa

5.2.12.4. Skart tal-annimali

5.2.12.5. Materjali u residwi veġetali oħra

5.2.12.6. Frazzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali

Il-produzzjoni totali tal-bijogass trid tinfired skont il-metodi tal-produzzjoni li ġejjin:

5.2.12.7. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-miżbliet

5.2.12.8. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-ħama tad-dranaġġ

5.2.12.9. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: bijogassijiet oħra mill-fermentazzjoni anaerobika

5.2.12.10. Bijogassijiet mill-proċessi termali

5.2.13.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Applikabbli għall-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, bijofjuwils likwidi oħra, il-gerbub tal-injam.

5.3.    Unitajiet tal-kejl

L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (terajoules) u l-kapaċità elettrika f’MW (megawatts).

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’TJ NCV (terajoules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).

Is-superfiċje tal-kolletturi solari jrid jiġi dikjarata f’1 000 m2.

Il-kapaċità tal-produzzjoni trid tiġi dikjarata f’kt (kilotunnellati) fis-sena.

6.    STATISTIKA NUKLEARI ANNWALI

Id-data li ġejja dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari trid tiġi dikjarata:

6.1.    Lista tal-aggregati

6.1.1.   KAPAĊITÀ TAL-ARRIKKIMENT

Il-kapaċità operatorja separattiva annwali tal-impjanti tal-arrikkiment operazzjonali (separazzjoni isotopika tal-uranju).

6.1.2.   KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL ĠDID

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Eskluż l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

6.1.3.   KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI TAL-IMPJANTI TAL-FABBRIKAZZJONI TAL-FJUWIL MOX

Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta’ plutonju u uranju (ossidu mħallat).

6.1.4.   PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL ĠDID

Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti nukleari tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Eskluż il-vireg jew prodotti parzjali oħra. Eskluż ukoll l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

6.1.5.   PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL MOX

Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Eskluż il-vireg jew prodotti parzjali oħra.

6.1.6.   PRODUZZJONI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI

L-ammont totali tas-sħana ġġenerata mir-reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet utli oħra tas-sħana.

6.1.7.   MEDJA ANNWALI TAL-UŻU TAL-ELEMENTI TAL-FJUWIL IRRADJATI LI JINTILFU DEFINITTIVAMENT

Il-medja kkalkulata tal-użu tal-elementi tal-fjuwil li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari tul is-sena ta’ referenza kkonċernata. Eskluż l-elementi tal-fjuwil li jintilfu biss temporanjament u li aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.

6.1.8.   PRODUZZJONI TAL-URANJU U TAL-PLUTONJU FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID

L-uranju u l-plutonju magħmulin fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid tul is-sena ta’ referenza.

6.1.9.   KAPAĊITÀ (TAL-URANJU U TAL-PLUTONJU) FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID

Il-kapaċità annwali tal-ipproċessar mill-ġdid tal-uranju u tal-plutonju.

6.2.    Unitajiet tal-kejl

tSWU (tunnellati ta’ unitajiet operatorji separattivi) għal 6.1.1.
tHM (tunnellati ta’ metall tqil) għal 6.1.4, 6.1.5., 6.1.8.
tHM (tunnellati ta’ metall tqil) fis-sena għal 6.1.2., 6.1.3, 6.1.9
TJ (terajoules) għal 6.1.6.
GWd/tHM (gigawatt/jum għal kull tunnellata ta’ metall tqil) għal 6.1.7.

7.    IDROĠENU

Id-data li ġejja dwar l-idroġenu trid tiġi dikjarata għall-ewwel darba għas-sena ta’ referenza 2024:

7.1.    Lista tal-aggregati

7.1.1.   PROVVISTA

7.1.1.1. Produzzjoni indiġena

7.1.1.1.1. Mill-gass naturali

7.1.1.1.2. Minn prodotti taż-żejt u taż-żejt mhux raffinat

7.1.1.1.3. Mill-fjuwils solidi

7.1.1.1.4. Mir-rinnovabbli (inkluż l-iskart rinnovabbli)

7.1.1.1.5. Mill-iskart nonrinnovabbli

7.1.1.1.6. Mill-elettroliżi

7.1.1.1.6.1. Li minnhom: elettriku mir-rinnovabbli — linja diretta tat-trażmissjoni

7.1.1.1.6.2. Li minnhom: elettriku min-nukleari — linja diretta tat-trażmissjoni

7.1.1.1.6.3. Li minnhom: elettriku mill-fjuwils fossili — linja diretta tat-trażmissjoni

7.1.1.1.7. Mill-elettriku — Oħrajn

7.1.1.1.8. Minn sorsi oħra (Oħrajn)

7.1.1.2. Importazzjonijiet

7.1.1.3. Esportazzjonijiet

7.1.1.4. Bidliet fl-istokkijiet

7.1.1.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali

7.1.1.6. Avjazzjoni internazzjonali

7.1.2.   SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI

7.1.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku

7.1.2.2. Awtoprodutturi tal-elettriku

7.1.2.3. Produtturi tal-attività ewlenija tas-CHP

7.1.2.4. Awtoprodutturi tas-CHP

7.1.2.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana

7.1.2.6. Awtoprodutturi tas-sħana

7.1.2.7. Impjanti tal-gass (u konverżjoni oħra għall-gassijiet)

7.1.2.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

7.1.2.9. Impjanti tat-taħlit tal-gass naturali

7.1.2.10. Għat-taħlit ma’ gażolina tal-magni/diżil/pitrolju

7.1.2.11. Għat-taħlit mar-rinnovabbli

7.1.2.12. Idroġenu mħallat mal-fjuwils rinnovabbli

7.1.2.13. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni

7.1.3.   SETTUR TAL-ENERĠIJA

7.1.3.1. Minjieri tal-faħam

7.1.3.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass

7.1.3.3. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

7.1.3.4. Fran tal-kokk (Enerġija)

7.1.3.5. Il-fran tal-blast (Enerġija)

7.1.3.6. Impjanti tal-gass (Enerġija)

7.1.3.7. Elettriku, CHP u sħana

7.1.3.8. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu

7.1.3.10. Mhux speċifikat band’oħra — Enerġija

7.1.4.   TELF MIT-TRAZMISSJONI U MMID-DISTRIBUZZJONI

7.1.5   Konsum finali mhux tal-enerġija — Settur tal-Industrija

7.1.5.1. Ħadid u azzar

7.1.5.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

7.1.5.3. Metalli nonferrużi

7.1.5.4. Minerali nonmetalliċi

7.1.5.5. Tagћmir tat-trasport

7.1.5.6. Makkinarju

7.1.5.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

7.1.5.8. Ikel, xorb u tabakk

7.1.5.9. Karta, polpa u stampar

7.1.5.10. Injam u prodotti tal-injam

7.1.5.11. Kostruzzjoni

7.1.5.12. Tessuti u ġilda

7.1.5.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

7.1.5.14. Setturi oħra

7.1.6   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA

7.1.6.1. Ħadid u azzar

7.1.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

7.1.6.3. Metalli nonferrużi

7.1.6.4. Minerali nonmetalliċi

7.1.6.5. Tagћmir tat-trasport

7.1.6.6. Makkinarju

7.1.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

7.1.6.8. Ikel, xorb u tabakk

7.1.6.9. Karta, polpa u stampar

7.1.6.10. Injam u prodotti tal-injam

7.1.6.11. Kostruzzjoni

7.1.6.12. Tessuti u ġilda

7.1.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

7.1.7   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT

7.1.7.1. Avjazzjoni domestika

7.1.7.2. Bit-triq

7.1.7.3. Ferroviji

7.1.7.4. Navigazzjoni domestika

7.1.7.5. Trasport bil-pipelines

7.1.7.6. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport

7.1.8   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR IEĦOR

7.1.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi

7.1.8.2. Unitajiet domestiċi

7.1.8.3. Agrikoltura

7.1.8.4. Forestrija

7.1.8.5. Sajd

7.1.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn

7.2.    Kapaċità tal-produzzjoni

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza trid tiġi dikjarata bl-istess livell ta’ dettall bħal dak għall-produzzjoni (il-punti 7.1.1.1 sa 7.1.1.1.8).

7.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’TJ (NCV) u l-kapaċità tal-produzzjoni f’TJ (NCV) kull sena.

8.    STATISTIKA DETTALJATA DWAR IL-KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA

Id-data diżaggregata li ġejja dwar il-konsum finali tal-enerġija trid tiġi dikjarata.

8.1.    Lista tal-aggregati

8.1.1.   SETTUR TAL-INDUSTRIJA

Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.1 tal-Anness A.

8.1.1.1. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri

8.1.1.1.1. Estrazzjoni tal-metalli mhux raffinati

8.1.1.1.2. Tħaffir ieħor fil-minjieri u fil-barrieri

8.1.1.1.3. Attivitajiet ta’ appoġġ għat-tħaffir fil-minjieri

8.1.1.2. Ikel, xorb u tabakk

8.1.1.2.1. Manifattura tal-prodotti tal-ikel

8.1.1.2.2. Manifattura tax-xorb

8.1.1.2.3. Manifattura tal-prodotti tat-tabakk

8.1.1.3. Tessuti u ġilda

8.1.1.4. Injam u prodotti tal-injam

8.1.1.5. Polpa, karti u stampar

8.1.1.5.1. Manifattura tal-karti u tal-prodotti tal-karti

8.1.1.5.1.1. Manifattura tal-polpa

8.1.1.5.1.2. Karta u prodotti tal-karta oħra

8.1.1.5.2 Stampar u riproduzzjoni tal-midja rreġistrata

8.1.1.6. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi

8.1.1.6.1. Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi

8.1.1.6.2. Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

8.1.1.7. Minerali nonmetalliċi

8.1.1.7.1. Manifattura tal-ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ

8.1.1.7.2. Manifattura tas-siment, tal-ġir u tal-ġibs (inkluż il-klinker)

8.1.1.7.3. Prodotti minerali nonmetalliċi oħra

8.1.1.8. Ħadid u azzar [Manifattura ta’ metalli bażiċi A]

8.1.1.9. Industriji tal-metalli nonferrużi [Manifattura tal-metalli bażiċi B]

8.1.1.9.1. Produzzjoni tal-aluminju

8.1.1.9.2. Industriji tal-metalli nonferrużi oħra

8.1.1.10. Makkinarju

8.1.1.10.1. Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat, eskluż il-makkinarju u t-tagħmir

8.1.1.10.2. Manifattura tal-prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi

8.1.1.10.3. Manifattura tat-tagħmir elettriku

8.1.1.10.4. Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c.

8.1.1.11. Tagћmir tat-trasport

8.1.1.12. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija

8.1.1.12.1. Manifattura tal-prodotti tal-lasktu u tal-plastik

8.1.1.12.2. Manifattura tal-għamara

8.1.1.12.3. Manifattura oħra

8.1.2.   SETTUR TAT-TRASPORT

Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.2 tal-Anness A.

8.1.2.1. Ferroviji

8.1.2.1.1. Ferroviji b’veloċità kbira

8.1.2.1.2. Ferroviji konvenzjonali

8.1.2.1.2.1. Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija konvenzjonali

8.1.2.1.2.2. Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija konvenzjonali

8.1.2.1.3. Metrò u tramm

8.1.2.2. Bit-triq

8.1.2.2.1. Vetturi tqal li jġorru l-merkanzija

8.1.2.2.2. Trasport kollettiv

8.1.2.2.3. Karozzi u vannijiet

8.1.2.2.4. Trasport bit-triq ieħor

8.1.3.   SETTUR TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI U PUBBLIĊI

Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.3.1 tal-Anness A.

8.1.3.1. Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

8.1.3.2. Provvista tal-ilma; drenaġġ, immaniġġar tal-iskart u attivitajiet tar-rimedju

8.1.3.3. Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

8.1.3.3.1. Kummerċ bl-ingrossa

8.1.3.3.2. Kummerċ bl-imnut

8.1.3.4 Magazzinaġġ u attivatijiet ta’ appoġġ għat-trasportazzjoni

8.1.3.5. Attivitajiet tal-posta u tal-kurrier

8.1.3.6. Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel

8.1.3.6.1. Akkomodazzjoni

8.1.3.6.2. Attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel

8.1.3.7. Informazzjoni u komunikazzjoni

8.1.3.8. Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni u attivitajiet ta’ proprjetà immobbli

8.1.3.9. Attivitajiet amministrattivi u ta’ servizzi ta’ appoġġ

8.1.3.10. Amministrazzjoni pubblika u difiża; assigurazzjoni soċjali obbligatorja

8.1.3.11. Edukazzjoni

8.1.3.12. Saħħa tal-bniedem u attivitajiet ta’ xogħol soċjali

8.1.3.12.1. Attivitajiet tal-isptar

8.1.3.13. Arti, divertiment u rikreazzjoni

8.1.3.13.1 Attivitajiet sportivi

8.1.3.14 Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali

8.1.3.15. Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi u servizzi oħra

8.1.3.16 Ċentri tad-data.

Iridu jiġu dikjarati biss iċ-ċentri tad-data ospitati mill-unitajiet tar-rappurtar (irrispettivament mill-kodiċi NACE tagħhom) b’kapaċità totali tal-enerġija ta’ 1 MW jew aktar. L-ewwel rappurtar obbligatorju għal din l-entrata hu s-sena ta’ referenza 2024.

8.1.4.   SETTUR TAL-UNITAJIET DOMESTIĊI

Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.3.2 tal-Anness A.

8.1.4.1. Unitajiet domestiċi: Tisħin tal-ispazju

8.1.4.2. Unitajiet domestiċi: Tkessiħ tal-ispazju

8.1.4.3. Unitajiet domestiċi: Tisħin tal-ilma

8.1.4.4. Unitajiet domestiċi: Tisjir

8.1.4.5. Unitajiet domestiċi: Tidwil u apparati

Tikkonċerna l-elettriku biss

8.1.4.6. Unitajiet Domestiċi: Użi finali oħra

8.2.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A.

Il-Eurostat se jispeċifika l-lista attwali tal-prodotti tal-enerġija li għalihom id-data koperta mill-punt 7 tal-Anness B trid tiġi rappurtata fil-mudell tar-rappurtar, bħala subsett ta’ dawk elenkati fil-punt 3 tal-Anness A.

8.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet tal-fjuwils fossili solidi jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat iridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-kwantitajiet tal-gass naturali u tal-gassijiet manifatturati (gass tal-impjanti tal-gass, gass tal-fran tal-kokk, gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħra) iridu jiġu dikjarati skont il-kontenut tal-enerġija f’TJ GCV (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi).

L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts).

Il-kwantitajiet tas-sħana iridu jiġu dikjarati f’TJ (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi netti).

Il-kwantitajiet tar-rinnovabbli u tal-iskart iridu jiġu dikjarati f’TJ NCV (terajoules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

Il-valuri kalorifiċi għall-fjuwils fossili solidi, iż-żejt mhux raffinat u l-prodotti taż-żejt mhux raffinat, u r-rinnovabbli u l-iskart iridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).

Il-valuri kalorifiċi għall-gass naturali u l-gassijiet manifatturati jridu jiġu dikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).

Għall-prodotti l-oħra tal-enerġija li jeħtieġu rappurtar, l-unitajiet applikabbli huma definiti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.

8.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data:

Id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Marzu tat-tieni sena wara s-sena rappurtata.

8.5.    Eżenzjonijiet

Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-konsum finali diżaggregat tal-enerġija taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat (kif definit fit-Taqsima 3.4 tal-Anness A) għall-aggregati kollha koperti mit-Taqsima 8.1.4 ta’ dan l-Anness (Unitajiet Domestiċi).

9.    DATA ANNWALI PRELIMINARI

9.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha deskritti fit-Taqsimiet 1.1., 2.1., 3.1., 4.1. u 5.1. ta’ dan l-Anness.

9.2.    Lista tal-aggregati

Trid tiġi dikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja:

9.2.1. 

Għall-fjuwils fossili solidi u l-gassijiet manifatturati: 1.2.1.1., 1.2.1.2., 1.2.1.6., 1.2.1.7., 1.2.1.8., 1.2.1.9. kif definit fil-Kapitolu 1 ta’ dan l-Anness.

9.2.2. 

Għall-gass naturali: 2.2.1.1., 2.2.1.2., 2.2.1.3., 2.2.1.4., 2.2.1.5., 2.2.1.6., 2.2.9. kif definit fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness.

9.2.3. 

Għall-elettriku u s-sħana: il-produzzjoni grossa skont il-prodott għall-prodotti individwali kollha, l-użu proprju, it-total tat-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni (3.2.3. and 3.2.4.) and 3.2.2.3., 3.2.2.4, 3.2.2.5, 3.2.2.6., 3.2.2.7., 3.2.2.8., 3.2.2.9. kif definit fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness.

9.2.4. 

Għaż-żejt mhux raffinat u l-prodotti taż-żejt mhux raffinat: 4.2.1.1., 4.2.1.2., 4.2.1.3., 4.2.1.4., 4.2.1.5., 4.2.1.6., 4.2.1.7., 4.2.1.8., 4.2.1.9., 4.2.1.10., 4.2.2.1., 4.2.2.2., 4.2.2.3., 4.2.2.4., 4.2.2.5., 4.2.2.6., 4.2.2.7., 4.2.2.8., 4.2.2.9., 4.2.2.10. kif definit fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-Anness.

9.2.5. 

Għall-enerġija rinnovabbli u l-enerġija minn skart: 5.2.2.1., 5.2.2.2., 5.2.2.3., 5.2.2.4., 5.2.10.1., 5.2.10.2., 5.2.10.3., 5.2.10.8., 5.2.10.9. kif definit fil-Kapitolu 5 ta’ dan l-Anness.

9.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’unitajiet definiti fit-Taqsimiet 1.3., 2.3., 3.3., 4.3. u 5.3. ta’ dan l-Anness.

9.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Mejju tas sena wara s-sena rappurtata.

ANNESS C STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA




ANNESS C

STATISTIKA TA’ KULL XAHAR DWAR L-ENERĠIJA

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar tal-istatistika dwar l-enerġija.

L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

a) 

Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata se jkun xahar kalendarju wieħed.

b) 

Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull xahar.

c) 

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

d) 

Il-format tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.    FJUWILS SOLIDI

1.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar ta’:

1.1.1. Faħam iebes

1.1.2. Faħam kannella

1.1.3. Pit

1.1.4. Shale taż-żejt u ramel taż-żejt

1.1.5. Kokk tal-fran tal-kokk

1.2.    Lista tal-aggregati

1.2.1. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-faħam iebes:

1.2.1.1. Produzzjoni

1.2.1.2. Prodotti rkuprati

1.2.1.3. Importazzjonijiet

1.2.1.4. Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.1.5. Esportazzjonijiet

1.2.1.6. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.7. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.1.8. Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.1.9. Konsenji lill-fran tal-kokk

Eskluż il-faħam iebes ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-kokk, li jrid jiġi rappurtat f’“Konsenji lill-industrija totali”.

1.2.1.10. Konsenji lill-industrija totali

Inkluż il-faħam iebes ikkonsenjat lis-settur tat-trasformazzjoni (għajr il-faħam iebes rappurtat f’“Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija” u “Konsenji lill-fran tal-kokk”), is-settur tal-enerġija, u l-konsum finali tal-enerġija tal-faħam iebes fis-settur tal-industrija.

1.2.1.10.1 Konsenji lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar

Inkluż il-faħam iebes li jiddaħħal fil-fran tal-blast kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.2.11, u l-konsum finali tal-enerġija tal-faħam iebes fis-settur tal-ħadid u tal-azzar kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.6.1.8.

Eskluż il-faħam iebes ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast, li jrid jiġi rappurtat f’“Konsenji lill-industrija totali”.

1.2.1.11. Riżultati tanġibbli oħra (servizzi, unitajiet domestiċi, eċċ.).

L-ammont tal-faħam iebes ikkonsenjat lil setturi mhux imsemmija b’mod speċifiku.

1.2.2. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-faħam kannella, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt:

1.2.2.1. Produzzjoni

1.2.2.2. Importazzjonijiet

1.2.2.3. Esportazzjonijiet

1.2.2.4. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.5. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma minn minjieri, importaturi u konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.2.6. Għall-pit, il-bidliet fl-istokkijiet jistgħu jiġu dikjarati minflok l-istokkijiet totali tal-ftuħ u tal-għeluq.

1.2.2.7. Konsenji lill-produtturi tal-attività ewlenija

1.2.3. L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-kokk tal-fran tal-kokk:

1.2.3.1. Produzzjoni

1.2.3.2. Importazzjonijiet

1.2.3.3. Importazzjonijiet minn barra l-UE

1.2.3.4. Esportazzjonijiet

1.2.3.5. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.6. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali

Dawn huma l-kwantitajiet miżmuma mill-produtturi, l-importaturi u l-konsumaturi li jimpurtaw direttament.

1.2.3.7. Konsenji lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar

Inkluż il-kokk tal-fran tal-kokk li jiddaħħal fil-fran tal-blast kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.2.11, u l-konsum finali tal-enerġija tal-kokk tal-fran tal-kokk fis-settur tal-ħadid u tal-azzar kif definit fl-Anness A, l-Artikolu 2.6.1.8.

Eskluż il-kokk tal-fran tal-kokk ikkonsmat bħala enerġija biex jappoġġa l-operazzjonijiet fil-fran tal-blast.

1.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

1.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar rappurtat.

2.    ELETTRIKU

2.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-elettriku.

2.2.    Lista tal-aggregati

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-elettriku:

2.2.1. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti nukleari

2.2.2. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-faħam

2.2.3. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu taż-żejt

2.2.4. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu tal-gass

2.2.5. Il-produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bl-użu ta’ rinnovabbli kombustibbli (bħall-bijofjuwils solidi, il-bijogassijiet, il-bijofjuwils likwidi, l-iskart muniċipali rinnovabbli)

2.2.6. Il-produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali konvenzjonali bi fjuwils kombustibbli nonrinnovabbli oħra (bħall-iskart industrijali nonrinnovabbli u l-iskart muniċipali nonrinnovabbli)

2.2.7. Produzzjoni netta tal-elettriku mll-impjanti idro puri

2.2.8. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro mħallta

2.2.9. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-impjanti idro tal-ħżin ippompjat puri

2.2.10. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ fuq l-art

2.2.11. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet tar-riħ lil hinn mill-kosta

2.2.12. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet PV solari

2.2.13. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-installazzjonijiet termali solari

2.2.14. Produzzjoni netta tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija ġeotermali

2.2.15. Il-produzzjoni netta tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli oħra (bħall-marea, il-mewġ, l-oċean u sorsi rinnovabbli nonkombustibbli oħra)

2.2.16. Produzzjoni netta tal-elettriku minn oriġini mhux speċifikata

2.2.17. Importazzjonijiet

2.2.17.1. Li minnhom mill-UE

2.2.18. Esportazzjonijiet

2.2.18.1. Li minnhom lejn l-UE

2.2.19. Elettriku użat għal ħżin ippompjat

2.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’GWh (sigħat ta’ gigawatts).

2.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien xahrejn kalendarji wara x-xahar rappurtat.

3.    ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

3.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat)

Il-kategorija “Prodotti oħra” tinkludi l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-definizzjoni fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A, u l-kwantitajiet tal-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrikanti, il-bitum u x-xama’ tal-paraffina; dawn il-prodotti ma jridux jiġu dikjarati separatament.

3.2.    Lista tal-aggregati

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.

3.2.1.   PROVVISTA TA’ ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI, U IDROKARBURI OĦRA

Nota għall-addittivi u l-bijofjuwils: hawnhekk inkludi l-volumi mħallta diġà u l-kwantitajiet kollha maħsuba għat-taħlit.

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/ossiġenati, il-bijofjuwils u idrokarburi oħra:

3.2.1.1. Produzzjoni Indiġena (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u l-bijofjuwils).

3.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji)

3.2.1.3. Flussi Lura

Il-prodotti finali jew semifinali li jiġu ritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment dawn ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.4. Prodotti trasferiti

Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati li jiġu riklassifikati bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali. Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

3.2.1.5. Importazzjonijiet

3.2.1.6. Esportazzjonijiet

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Inkuż il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs iridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika.

3.2.1.7. Użu dirett

3.2.1.8. Bidliet fl-istokkijiet

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.1.9. Konsum osservat tar-raffineriji

Dan huwa definit bħala l-ammont totali taż-żejt (inkluż Idrokarburi Oħrajn u Addittivi) osservat li daħal fil-proċess tar-raffineriji (dħul fir-raffineriji).

3.2.1.10. Telf mir-raffineriji

Id-differenza bejn il-konsum osservat tar-raffineriji u l-produzzjoni grossa tar-raffineriji. It-telf jista’ jsir waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf rappurtat hu pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.

3.2.2.   PROVVISTA TA’ PRODOTTI FINALI

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-gass tar-raffinerija, l-etan, l-LPG, in-nafta, il-bijogażolina, in-nonbijoġażolina, il-gażolina tal-avjazzjoni, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-pitrolju nonbijoloġiku tal-ġett, ġitrolju ieħor, il-bijodiżils, iż-żejt nonbijoloġiku tal-gass/diżil, l-LSFO, l-HSFO, il-kokk taż-żejt mhux raffinat, u prodotti oħra:

3.2.2.1. Prodotti primarji riċevuti

3.2.2.2. Produzzjoni tar-raffinerija grossa (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.3. Prodotti riċiklati (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.4. Fjuwil tar-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

Kapitolu 2.3. tal-Anness A Settur tal-enerġija — Raffineriji taż-żejt mhux raffinat; Jinkludi fjuwils użati fir-raffineriji għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

3.2.2.5. Importazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

3.2.2.6. Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-gass tar-raffineriji)

In-nota magħmula għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.2.7. Bunkers tal-baħar internazzjonali (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.2.8. Trasferimenti tal-interprodotti

3.2.2.9. Prodotti trasferiti (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u għall-NGL)

3.2.2.10. Bidliet fl-istokk (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-gass tar-raffineriji)

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

3.2.2.11. Konsenji interni grossi osservati

Il-konsenja osservata tal-prodotti finali taż-żejt mhux raffinat minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

3.2.2.11.1. Avjazzjoni internazzjonali (applikabbli biss għall-ġażolina tal-avjazzjoni, il-fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-pitrolju nonbijoloġiku tal-ġett)

3.2.2.11.2. Impjanti tal-enerġija tal-produtturi tal-attività ewlenija

3.2.2.11.3. Bit-triq (applikabbli biss għal-LPG)

3.2.2.11.4. Navigazzjoni domestika u Ferroviji (applikabbli biss għall-bijodiżils, u ż-żejt nonbijoloġiku tal-gass/diżil)

3.2.2.12. Petrokimiku

3.2.2.13. Fluss lura lejn ir-raffineriji (mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat u l-NGL)

3.2.3.   IMPORTAZZJONIJIET SKONT L-ORIĠINI — ESPORTAZZJONIJIET SKONT ID-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota magħmula għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 3.2.1 tapplika hawn ukoll.

3.2.4.   LIVELLI TAL-ISTOKKIJIET

L-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-prodotti kollha tal-enerġija inkluż għall-addittivi/ossiġenati iżda mhux għall-gass tar-raffineriji:

3.2.4.1.   Stokkijiet fit-territorju nazzjonali

Stokkijiet fil-postijiet li ġejjin: tankijiet tar-raffineriji, terminals għal kwantitajiet kbar ta’ materjal, kapaċitajiet f’pipelines, ċattri u tankers kostali (meta l-port tat-tluq u tad-destinazzjoni jkunu fl-istess pajjiż), tankers f’port ta’ pajjiż membru (jekk il-merkanzija tagħhom trid tinħatt fil-port), bunkers interni tal-bastimenti. Eskluż l-istokkijiet taż-żejt miżmumin fil-pipelines, fil-vaguni tat-tankijiet ferrovjarji, fil-vaguni tat-tankijiet tat-trakkijet, fil-bunkers tal-bastimenti li jbaħħru, fl-istazzjonijiet tal-petrol, fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u fil-bunkers fuq il-baħar.

3.2.4.2.   L-istokkijiet miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet fit-territorju nazzjonali li jappartjenu għal pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.3.   L-istokkijiet b’destinazzjoni barranija magħrufa

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punt 3.2.4.2, li qegħdin fit-territorju nazzjonali iżda jappartjenu u destinati għal pajjiż ieħor. Dawn l-istokkijiet jistgħu jkunu fiż-żoni riżervati jew fuq barra tagħhom.

3.2.4.4.   Stokkijiet oħra miżmumin fiż-żoni riżervati

Inkluż l-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-punti 3.2.4.2 jew 3.2.4.3, irrispettivament minn jekk għandhomx awtorizzazzjoni doganali jew le.

3.2.4.5.   L-istokkijiet miżmuma mill-konsumaturi ewlenin

Inkluż l-istokkijiet soġġetti għal kontroll governattiv. Din id-definizzjoni ma tinkludix stokkijiet oħra tal-konsumaturi.

3.2.4.6.   L-istokkijiet miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin fil-port jew fl-irmiġġ

Stokkijiet irrispettivament minn jekk għandhomx awtorizzazzjoni doganali jew le. Din il-kategorija teskludi l-istokkijiet abbord bastimenti f’nofs l-ibħra.

Tinkludi ż-żejt fit-tankers kostali jekk kemm il-port tat-tluq kif ukoll tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu fl-istess pajjiż. Fil-każ ta’ bastimenti li jkunu deħlin b’aktar minn port tal-ħatt wieħed, irid jiġi rappurtat biss l-ammont li jrid jinħatt fil-pajjiż rapportatur.

3.2.4.7.   L-istokkijiet miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali

Inkluż l-istokkijiet nonmilitari miżmumin mill-gvern fit-territorju nazzjonali, u li huma proprjetà tal-gvern jew ikkontrollati u miżmuma esklussivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Eskluż l-istokkijiet miżmumin minn kumpaniji taż-żejt statali jew minn utilitajiet elettriċi jew l-istokkijiet miżmumin direttament minn kumpaniji taż-żejt f’isem il-gvernijiet.

3.2.4.8.   L-istokkijiet miżmuma minn organizzazzjoni li żżomm l-istokkijiet fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet miżmumin mill-korporazzjonijiet pubbliċi u privati li ġew stabbiliti biex iżommu l-istokkijiet esklużivament għal finijiet ta’ emerġenza.

Eskluż l-istokkijiet mandatorji miżmumin minn kumpaniji privati.

3.2.4.9.   L-istokkijiet l-oħra kollha miżmumin fit-territorju nazzjonali

L-istokkijiet l-oħra kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-punt 3.2.4.1 hawn fuq.

3.2.4.10.   L-istokkijiet miżmuma barra mill-pajjiż skont ftehimiet governattivi bilaterali

L-istokkijiet li jappartjenu għall-pajjiż rapportatur iżda miżmumin f’pajjiż ieħor u li l-aċċess għalihom hu żgurat bi ftehim bejn il-gvernijiet rispettivi.

3.2.4.10.1. Li minnhom: Stokkijiet governattivi

3.2.4.10.2. Li minnhom: Stokkijiet tal-organizzazzjoni possedenti

3.2.4.10.3. Li minnhom: Stokkijiet oħra

3.2.4.11.   L-istokkijiet miżmumin barra mill-pajjiż magħżula definittivament bħala stokkijiet tal-importazzjoni

L-istokkijiet li mhumiex inklużi fil-kategorija 10 u li jappartjenu għall-istat rapportatur iżda miżmumin fi stat ieħor u li qed jistennew li jiġu importati hemmhekk.

3.2.4.12.   Stokkijiet oħra f’żoni riżervati

Stokkijiet oħra fit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ hawn fuq.

3.2.4.13.   Kontenut tal-pipelines

Żejt (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat) li jinsab fil-pipelines, meħtieġ biex jinżamm il-fluss fil-pipelines.

Barra minn hekk, trid tiġi dikjarata diżaggregazzjoni tal-kwantitajiet skont il-pajjiż korrispondenti:

3.2.4.13.1. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehim uffiċjali, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.2. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin għal pajjiżi oħra skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.3. 

stokkijiet tal-għeluq b’destinazzjoni barranija magħrufa, skont il-benefiċjarju,

3.2.4.13.4. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, skont il-post,

3.2.4.13.5. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż skont ftehim uffiċjali, li minnhom hemm dawk miżmuma bħala biljetti tal-istokk, skont il-post,

3.2.4.13.6. 

stokkijiet tal-għeluq miżmumin barra mill-pajjiż u maħsuba definittivament għall-importazzjoni fil-pajjiż tad-dikjarant, diżaggregati skont il-post.

“Stokkijiet tal-ftuħ” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar ta’ qabel dak rappurtat. “Stokkijiet tal-għeluq” tfisser l-istokkijiet fl-aħħar jum tax-xahar rappurtat.

3.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).

3.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

3.5.    Noti ġeografiċi

Għall-finijiet biss tar-rapportar statistiku, japplikaw il-kjarifiki tal-Kapitolu 1 tal-Anness A, bl-eċċezzjonijiet speċifiċi li ġejjin: L-Iżvizzera tinkludi l-Liechtenstein

4.    GASS NATURALI

4.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.

4.2.    Lista tal-aggregati

L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-gass naturali.

4.2.1.   PRODUZZJONI INDIĠENA

Il-produzzjoni kummerċjabbli niexfa kollha fil-fruntieri nazzjonali, inkluż il-produzzjoni lil hinn mill-kosta. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit. Eskluż it-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet injettati mill-ġdid, rilaxxati minn xi mkien jew ivvampjati. Inkluż il-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

4.2.2.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL)

4.2.3.   ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ)

Nota għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet: Iridu jiġu rappurtati l-volumi kollha tal-gass naturali li fiżikament qasmu l-fruntieri nazzjonali tal-pajjiż, kemm b’awtorizzazzjoni doganali u anki le. Dan jinkludi l-kwantitajiet li jgħaddu minn pajjiżek; il-volumi tat-tranżitu jridu jiġu inklużi bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni. L-importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat iridu jkopru biss l-ekwivalenti kummerċjabbli niexfa, inkluż l-ammonti użati bħala konsum proprju fil-proċess tar-rigassifikazzjoni. L-ammonti użati bħala konsum proprju tul ir-rigassifikazzjoni jridu jiġu rappurtati f’“Użu proprju u telf tal-industrija tal-gass naturali” (ara 4.2.11). Kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG importat irid jiġi rappurtat f’“Riċevuti li ġejjin minn sorsi oħra” ta’ “Idrokarburi oħra” kif definit fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness (ŻEJT JEW PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT).

4.2.4.   BIDLIET FL-ISTOKKIJIET

Żieda fl-istokk tintwera bħala numru pożittiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru negattiv.

4.2.5.   KONSENJI INTERNI GROSSI OSSERVATI

Din il-kategorija tirrappreżenta l-konsenji tal-gass kummerċjabbli lejn is-suq intern, inkluż il-gass użat mill-industrija tal-gass għat-tisħin u għal-operazzjoni tat-tagħmir tagħhom (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); it-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni jrid jiġi inkluż ukoll.

4.2.6.   IL-LIVELLI TAL-FTUĦ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.8.   IL-LIVELLI TAL-GĦELUQ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN FIT-TERRITORJU NAZZJONALI

4.2.9.   IL-LIVELLI TAL-FTUĦ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN BARRA L-PAJJIŻ

4.2.10.   IL-LIVELLI TAL-GĦELUQ TAL-ISTOKKIJIET MIŻMUMIN BARRA L-PAJJIŻ

Nota għal-livelli tal-istokkijiet: inkluż il-gass naturali maħżun f’forma gassuża u f’forma likwifikata.

4.2.11.   UŻU PROPRJU U TELF TAL-INDUSTRIJA TAL-GASS NATURALI

Il-kwantitajiet użati mill-industrija tal-gass stess għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat tagħha (jiġifieri l-konsum fl-estrazzjoni tal-gass, fis-sistema tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar); inkluż it-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni.

4.2.12.   IMPORTAZZJONIJIET (DĦUL) SKONT L-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET (ĦRUĠ) SKONT ID-DESTINAZZJONI

L-importazzjonijiet (id-dħul) iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet (il-ħruġ) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.3 tapplika hawn ukoll. L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet iridu jiġu ddikjarati biss għall-pajjiż ġar jew il-pajjiż b’konnessjoni diretta ta’ pipeline jew, fil-każ tal-LNG, għall-pajjiż fejn il-gass ikun tgħabba fuq il-vapur tat-trasport.

4.2.13.   KONSENJI LEJN IL-ĠENERAZZJONI TAL-ENERĠIJA

4.3.    Unitajiet tal-kejl

Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’żewġ unitajiet:

4.3.1. 

fi kwantità fiżika, f’miljuni ta’ m3 (miljun metru kubiku) meta wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 C, 101 325 Pa),

4.3.2. 

f’kontenut tal-enerġija, f’TJ (terajoules), abbażi tal-valur kalorifiku gross.

4.4.    Skadenza għat-trażmissjoni tad-data

Fi żmien 55 jum wara x-xahar rappurtat.

ANNESS D STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR




ANNESS D

STATISTIKA TA’ KULL XAHAR GĦAL ŻMIEN QASIR

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir ta’ kull xahar fuq żmien qasir tad-data statistika.

L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:

a) 

Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata se jkun xahar kalendarju wieħed.

b) 

Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull xahar.

c) 

Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

d) 

Il-format tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.    IMPORTAZZJONI U PROVVISTA TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

1.1.    Prodotti tal-enerġija applikabbli

Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar taż-żejt mhux raffinat.

1.2.    Definizzjonijiet

1.2.1.   Importazzjonijiet:

L-importazzjonijiet ikopru kull kwantità taż-żejt mhux raffinat li jidħol fit-territorju doganali tal-Istat Membru jew li jkun ġej minn Stat Membru ieħor għal finijiet oħra li mhumiex ta’ tranżitu. Iż-żejt mhux raffinat użat għall-bini tal-istokk irid jiġi inkluż.

Iż-żejt estratt minn qiegħ il-baħar li fuqu Stat Membru jeżerċita d-drittijiet esklussivi għall-finijiet ta’ sfruttament u dħul fit-territorju doganali tal-Komunità jrid jiġi eskluż mill-importazzjonijiet.

1.2.2.   Provvista:

Il-provvista tkopri ż-żejt mhux raffinat importat u ż-żejt mhux raffinat magħmul fl-Istat Membru tul il-perjodu ta’ referenza. Eskluż il-provvista taż-żejt mhux raffinat minn stokkijiet mibnija qabel.

1.2.3.   Prezz CIF:

Il-prezz tas-CIF (tal-ispiża, tal-assigurazzjoni u tal-ġarr) jinkludi l-prezz FOB (free-on-board), jiġifieri l-prezz reali ffatturat fil-port/post tat-tagħbija minbarra l-ispiża tat-trasport, tal-assigurazzjoni u tal-imposti marbuta mal-operazzjonijiet tat-trasferiment taż-żejt mhux raffinat.

Il-prezz CIF taż-żejt mhux raffinat magħmul fi Stat Membru jrid jiġi kkalkulat ħieles fil-port tat-tluq jew ħieles fil-fruntiera, jiġifieri fil-mument meta ż-żejt mhux raffinat ikun jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni doganali tal-pajjiż importatur.

1.2.4.   Gravità tal-API:

Il-gravità tal-API hi kejl tal-piż taż-żejt mhux raffinat meta mqabbel mal-ilma. Il-gravità tal-API trid tiġi rappurtata skont il-formula li ġejja, fir-rigward tal-gravità speċifika (SG): API = (141.5 ÷ SG) – 131.5

1.3.    Lista tal-aggregati

1.3.1.   Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-importazzjonijiet taż-żejt mhux raffinat mifrudin skont it-tip u ż-żona ġeografika tal-produzzjoni:

1.3.1.1. 

id-deżinjazzjoni taż-żejt mhux raffinat

1.3.1.2. 

il-gravità medja tal-API

1.3.1.3. 

il-kontenut medju tal-kubrit

1.3.1.4. 

il-volum totali importat

1.3.1.5. 

il-prezz CIF totali

1.3.1.6. 

l-għadd ta’ entitajiet rapportaturi.

1.3.2.   Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-provvista tal-żejt mhux raffinat:

1.3.2.1. 

il-volum fornut

1.3.2.2. 

il-prezz CIF medju ponderat

1.4.    Unitajiet tal-kejl

bbl (barmil) għal 2.3.1.4. u 2.3.2.1.

kt (elf tunnellata) għal 2.3.2.1.

% (persentaġġ) għal 2.3.1.3.

° (gradi) għal 2.3.1.2.

$ (Dollari Amerikani) kull barmil għal 1.3.1.5. u 1.3.2.2.

$ (Dollari Amerikani) kull tunnellata għal 1.3.2.2.

1.5.    Dispożizzjonijiet applikabbli

1. Il-perjodu rappurtat:

Xahar kalendarju.

2. Frekwenza:

Kull xahar.

3. Skadenza għat-trażmissjoni tad-data:

Fi żmien xahar kalendarju wara x-xahar rappurtat.

4. Il-format tat-trażmissjoni:

Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.

5. Il-metodu tat-trażmissjoni:

Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit