+ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar ( RIS ) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+L-Artikolu 2 Kamp ta'Applikazzjoni
------+L-Artikolu 2 1.
------+L-Artikolu 2 2.
---+L-Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
------+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 5 Speċifikazzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 6 Pożizzjonament bis-Satellita
---+L-Artikolu 7 Approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir ta'RIS
------+L-Artikolu 7 1.
------+L-Artikolu 7 2.
------+L-Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 8a Mekkaniżmu ta’ reazzjoni
------+Artikolu 8a 1.
------+Artikolu 8a 2.
------+Artikolu 8a 3.
------+Artikolu 8a 4.
------+Artikolu 8a 5.
---+Artikolu 9 Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Setgħat delegati
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 10a 1.
------+Artikolu 10a 2.
------+Artikolu 10a 3.
------+Artikolu 10a 4.
------+Artikolu 10a 5.
------+Artikolu 10a 6.
---+Artikolu 11 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+L-Artikolu 12 Traspożizzjoni
------+L-Artikolu 12 1.
------+L-Artikolu 12 4.
------+L-Artikolu 12 5.
------+L-Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12a Monitoraġġ
---+L-Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
---+L-Artikolu 14 Indirizzati
---+ANNESS I REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA
---+ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
---+ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
English - European Union - ICT -

ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar ( RIS ) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Settembru 2005

dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett
L-Artikolu 2 Kamp ta'Applikazzjoni
L-Artikolu 3 Definizzjonijiet

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)” tfisser servizzi armonizzati t' informazzjoni sabiex jappoġġaw l-amministrazzjoni tat-traffiku u tat-trasport fin-navigazzjoni interna, inkluż fejn huwa teknikament possibbli, il-kollegamenti ma' modi oħra ta' trasport. L-RIS ma jirrigwardawx l-attivitajiet kummerċjali interni bejn il-kumpanniji involuti, iżda huma miftuħa għall-kollegament ma' attivitajiet kummerċjali. L-RIS jinkludu servizzi bħal informazzjoni dwar kanali navigabbli, informazzjoni dwar it-traffiku, amministrazzjoni tat-traffiku, għajnuna għat-trattament ta' diżastri, informazzjoni għall-amministrazzjoni tat-trasport, servizzi statistiċi u doganali u ħlasijiet għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma u tal-portijiet;

(b) 

“Informazzjoni dwar Kanali Navigabbli” tfisser informazzjoni ġeografika, idroloġika u amministrattiva fir-rigward tal-passaġġi interni (kanali navigabbli). L-informazzjoni dwar Kanali Navigabbli hija informazzjoni mogħtija f'direzzjoni waħda: mill-art għall-vapur jew mill-art għall-uffiċċju;

(ċ) 

“Informazzjoni Tattika tat-Traffiku” tfisser l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet immedjati navigazzjonali fis-sitwazzjoni attwali tat-traffiku u fiż-żoni ġeografiċi viċini;

(d) 

“Informazzjoni Strateġika tat-Traffiku” tfisser informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet fuq perjodu twil jew medju ta' l-utenti ta' l-RIS;

(e) 

“applikazzjoni ta' l-RIS” tfisser il-fornitura ta' servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar permezz ta' sistemi mfassla għal dan l-għan speċifiku;

(f) 

“Ċentru ta' l-RIS” tfisser il-post fejn is-servizzi jkunu amministrati mill-operaturi;

(g) 

“Utenti ta' l-RIS” tfisser il-gruppi kollha differenti ta' utenti inklużi l-kaptani tal-bastimenti, l-operaturi ta' l-RIS, l-operaturi tal-bibien ta' l-ilmijiet magħluqa u/jew ta' pontijiet, l-awtoritajiet tal-kanali, l-operaturi tal-portijiet u tat-terminal, l-operaturi f'ċentri ta' reazzjoni kontra d-diżastri stabbiliti fi ħdan servizzi ta' emerġenza, l-amministraturi tal-flotot, it-trasportaturi ta' merkanzija u s-sensara fin-negozju tas-servizzi tat-trasport;

(h) 

“Interoperabbiltà” tfisser l-armonizzazzjoni tas-servizzi, tal-kontenuti tad-data, tal-forom u l-frekwenzi ta' skambju ta' data b'tali mod li l-utenti ta' l-RIS ikollhom aċċess għall-istess servizzi u informazzjoni fuq livell Ewropew;

▼M3

(i) 

“network trans-Ewropew tat-trasport” jew “TEN-T” tfisser passaġġi fuq l-ilma interni kif speċifikat fil-mapep stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1679;

(j) 

“Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza” jew “ERDMS” tfisser repożitorju (librerija) b’punt tal-aċċess uniku ta’ data ta’ referenza u listi tal-kodiċijiet li jintużaw mill-applikazzjonijiet tal-IT fit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni taħt l-awtorità tal-Kummissjoni; ma tinkludix id-data tan-network ipprovduta mill-Istat Membru f’konformità mal-Annessi I u III;

(k) 

“sistema komunitarja tal-port” tfisser pjattaforma elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex tiżgura proċessi portwarji u loġistiċi bla skossi;

(l) 

“sistema intelliġenti tal-infrastruttura fil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser pjattaforma elettronika li tappoġġa l-ġestjoni parzjalment u kompletament awtomatizzata tal-infrastruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fl-imgħalaq u l-pontijiet mobbli tat-TEN-T u hi mħaddma mill-awtoritajiet pubbliċi tal-ġestjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

(m) 

“Ambjent Ewropew tal-RIS” tfisser pjattaforma elettronika b’punt ta’ aċċess uniku bbażata fuq informazzjoni nazzjonali tal-RIS li tipprovdi servizzi tekniċi u operazzjonali għall-utenti tal-RIS u fiha links għar-rappurtar elettroniku skont il-prinċipju ta’ “darba biss”;

(n) 

“port intern” tfisser port tal-passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkat u kkategorizzat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1679.

Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
Artikolu 5 Speċifikazzjonijiet tekniċi

Artikolu 5

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.  

Biex jiġu appoġġati l-RIS u tkun żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi f’konformità mal-Artikolu 4(2), għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Anness III f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II u dawn għandhom ikopru b’mod partikolari l-oqsma li ġejjin:

(a) 

is-sistema elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (l-ECDIS interna);

(b) 

ir-rapportar elettroniku tal-bastimenti;

(c) 

l-avviżi lill-kaptani;

(d) 

is-sistemi tat-trekkjar u tat-traċċar tal-bastimenti;

(e) 

il-kompatibbiltà tat-tagħmir meħtieġ għall-użu tal-RIS;

(f) 

tħaddim tal-Ambjent Ewropew tal-RIS;

(g) 

l-interkonnessjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-bażijiet tad-data tal-Unjoni (ERDMS);

(h) 

interfaċċa standardizzata għall-pjattaformi tal-IT ta’ mezzi oħra ta’ trasport;

(i) 

interfaċċa standardizzata bejn l-Ambjent Ewropew tal-RIS u sistemi komunitarji tal-port ta’ portijiet interni u bejn l-Ambjent Ewropew tal-RIS u sistemi intelliġenti tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

(j) 

data għan-navigazzjoni u l-ippjanar tal-vjaġġi f’passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 6 Pożizzjonament bis-Satellita

Artikolu 6

Pożizzjonament bis-Satellita

Għall-finijiet tal-RIS, li għalihom huwa meħtieġ pożizzjonament eżatt, huwa rrakkomandat li jintużaw sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ navigazzjoni bis-satellita, bħas-servizzi tan-navigazzjoni pprovduti minn Galileo, inkluż is-servizz b’akkuratezza għolja u l-Awtentikazzjoni tal-Messaġġi ta’ Navigazzjoni b’Servizz Miftuħ u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet u servizzi li jiddependu fuq data ta’ osservazzjoni tad-Dinja, huwa rrakkomandat l-użu ta’ data, informazzjoni u servizzi ta’ Copernicus.

L-Artikolu 7 Approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir ta'RIS
Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 8

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-RIS, għall-iskambju internazzjonali tad-data, għat-tħaddim tal-Ambjent Ewropew tal-RIS, u għat-trattament tar-reazzjoni mill-utenti tal-RIS. Għandhom jinnotifikaw lil dawk l-awtoritajiet maħtura għall-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2029.

Artikolu 8a Mekkaniżmu ta’ reazzjoni
Artikolu 9 Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali
Artikolu 10 Setgħat delegati
Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 11 Proċedura ta’ kumitat
L-Artikolu 12 Traspożizzjoni
Artikolu 12a Monitoraġġ

Artikolu 12a

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-twaqqif tal-RIS fl-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-3 ta’ Jannar 2034. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-livell ta’ integrazzjoni tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-katina loġistika ġenerali u għandu jeżamina l-potenzjal għal għodod diġitali ġodda biex tiżdied l-effiċjenza fin-network kollu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tat-TEN-T.

L-Artikolu 13 Dħul fis-seħħ

L-Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 14 Indirizzati

L-Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2.

ANNESS I REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA




ANNESS I

REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA

Kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-punt (a), b’mod partikolari, id-data li ġejja għandha tiġi fornuta:

(a) 

il-linja tal-passaġġ fuq l-ilma b’indikazzjoni kilometrika;

(b) 

ir-restrizzjonijiet għal bastimenti jew konvoj f’termini ta’ tul, wisa’, fundar jew kurrenti tal-arja;

(c) 

il-ħinijiet ta’ operazzjoni ta’ strutturi restrittivi, b’mod partikolari tal-imgħalaq u ta’ pontijiet;

(d) 

il-ħinijiet ta’ stennija previsti fil-pontijiet, fl-imgħalaq u fil-portijiet interni, f’ħin reali fejn disponibbli;

(e) 

il-post tal-portijiet u tas-siti ta’ trażbord;

(f) 

id-data ta’ referenza għal kejl standard tal-livell tal-ilma rilevanti għan-navigazzjoni;

(g) 

il-post u, meta disponibbli, id-disponibbiltà attwali tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, inkluż il-provvista tal-elettriku mix-xatt.

L-informazzjoni mogħtija għandha tinżamm aġġornata u, fejn disponibbli, tirrifletti s-sitwazzjoni fil-ħin reali.

ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS




ANNESS II

PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS

1.    Prinċipji ġenerali

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-RIS għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a) 

l-indikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi u s-sistemi relatati;

(b) 

l-arkitettura u l-organizzazzjoni tal-RIS;

(c) 

ir-rakkomandazzjonijiet għall-bastimenti biex jipparteċipaw fir-RIS, għal servizzi individwali u għall-iżvilupp gradwali tal-RIS.

2.    Sistema Elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5 għal sistema elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna) għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-kompatibbiltà mas-sistema elettronika marittima ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni (ECDIS marittima) biex ikun iffaċilitat it-traffiku tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’żoni tat-traffiku mħallat bi traffiku estwarju u traffiku bejn il-baħar u x-xmajjar;

(b) 

l-ispeċifikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi għat-tagħmir tal-ECDIS interna, u l-kontenut minimu tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni, bil-għan tas-sikurezza fin-navigazzjoni, b’mod partikolari:

(i) 

livell għoli ta’ affidabbiltà u aċċessibbiltà tat-tagħmir tal-ECDIS interna użat;

(ii) 

ir-robustezza tat-tagħmir tal-ECDIS interna biex ikun jiflaħ għall-kundizzjonijiet ambjentali tipiċi abbord il-bastimenti, bla ma jitnaqqru l-kwalità jew l-affidabbiltà;

(iii) 

il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi kull tip ta’ oġġetti ġeografiċi, pereżempju l-konfini tal-kanali navigabbli, il-binjiet mal-linji tal-kosta, u s-sinjali markaturi tant meħtieġa għal navigazzjoni sikura;

(iv) 

il-monitoraġġ tal-mappa elettronika b’immaġni sovrapposta tar-radar meta tintuża għat-treġija tal-bastiment;

(c) 

il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-fond tal-kanali navigabbli u tintwera tali informazzjoni b’rabta mal-livell tal-ilma predefinit jew attwali;

(d) 

il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi ċertu informazzjoni addizzjonali, pereżempju dwar partijiet oħrajn li mhumiex l-awtoritajiet kompetenti u tintwera tali informazzjoni fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura;

(e) 

il-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni jkunu disponibbli għall-utenti tal-RIS;

(f) 

id-data tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni tkun disponibbli għall-manifatturi kollha tal-applikazzjonijiet, meta xieraq bi ħlas raġonevoli skont il-kost;

(g) 

l-integrazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-ħinijiet tal-istennija fl-imgħalaq, fil-pontijiet u fil-portijiet interni u li tali informazzjoni tintwera fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura.

3.    Ir-rapportar elettroniku tal-bastimenti

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rapportar elettroniku tal-bastimenti involuti fin-navigazzjoni interna f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bejn il-parteċipanti fin-navigazzjoni interna u marittima u fit-trasport multimodali li jinvolvi n-navigazzjoni interna;

(b) 

l-użu ta’ sistema standardizzata tal-messaġġ ta’ notifika tat-trasport għall-messaġġi bejn il-bastimenti u l-awtoritajiet, bejn l-awtoritajiet u l-bastimenti, u bejn l-awtoritajiet biex tinkiseb il-kompatibbiltà man-navigazzjoni marittima;

(c) 

l-użu ta’ listi ta’ kodiċijiet u klassifikazzjonijiet aċċettati internazzjonalment, possibbilment miżjuda biex ikunu jgħoddu għal ħtiġijiet addizzjonali tan-navigazzjoni interna;

(d) 

l-użu ta’ numru tal-identifikazzjoni uniku għall-bastimenti Ewropej.

4.    Avviżi lill-kaptani

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-avviżi lill-kaptani f’konformità mal-Artikolu 5, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni tal-kanali navigabbli, l-informazzjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tat-traffiku, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

struttura standardizzata tad-data li tuża moduli predefiniti tat-test u kodifikati f’livell għoli biex tkun tista’ ssir it-traduzzjoni awtomatika tal-aktar kontenut importanti għal lingwi oħra u biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fis-sistemi tal-ippjanar tal-vjaġġi;

(b) 

kompatibbiltà tal-istruttura standardizzata tad-data mal-istruttura tad-data tal-ECDIS interna biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fl-ECDIS interna;

(c) 

allinjament mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni biex tkun żgurata l-koerenza tal-informazzjoni mogħtija.

5.    Sistemi tat-trekkjar u tat-traċċar tal-bastimenti

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistemi tat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sistemi u tal-messaġġi standard, u tal-proċeduri biex ikunu jistgħu jingħataw b’mod awtomatiku;

(b) 

id-divrenzjar bejn is-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni tattika tat-traffiku u s-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni strateġika tat-traffiku, fir-rigward tal-akkuratezza fil-pożizzjonament u fir-rigward tar-rata tal-aġġornament meħtieġa;

(c) 

id-deskrizzjoni tas-sistemi tekniċi rilevanti għat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti, bħall-AIS interna (sistema interna tal-identifikazzjoni awtomatika);

(d) 

il-kompatibbiltà tal-formati tad-data mas-sistema marittima tal-AIS.

6.    Prinċipji operazzjonali tal-Ambjent Ewropew tal-RIS

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Ambjent Ewropew tal-RIS f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

ikunu tieqa diġitali unika għan-navigazzjoni interna;

(b) 

punt uniku u armonizzat tal-aċċess għal informazzjoni aġġornata u, jekk possibbli fil-ħin reali, dwar il-kundizzjonijiet fil-kanali navigabbli għal navigazzjoni, ippjanar tal-vjaġġi u operazzjonijiet portwarji sikuri u sostenibbli tul it-TEN-T;

(c) 

jippermettu li jitħaddmu ktajjen tat-trasport multimodali, filwaqt li tilħaq livell xieraq tal-protezzjoni tad-data;

(d) 

livell għoli ta’ akkuratezza tad-data għal skambju bla xkiel tad-data fost l-utenti rilevanti tal-RIS tul it-TEN-T (fl-Unjoni u barra minnha);

(e) 

interfaċċa faċli għall-utenti b’funzjonalitajiet utli u prattiċi li jistgħu jittejbu bħall-possibbiltà li tissejvja u taħżen il-profili;

(f) 

punt uniku u armonizzat tar-rapportar f’konformità mal-prinċipju ta’ “darba biss”, anki għal vjaġġi internazzjonali;

(g) 

rabta ma’ sistemi oħra li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tal-pożizzjonament/lokalizzazzjoni biex jimmaniġġjaw l-infrastruttura, il-mobbiltà u t-traffiku fuq it-TEN-T b’mod effettiv u biex jingħataw servizzi tal-valur miżjud liċ-ċittadini u lill-operaturi, inkluż sistemi biex it-TEN-T jintuża b’mod sigur, mingħajr perikli, favur l-ambjent u b’effiċjenza tal-kapaċitajiet;

(h) 

ikunu jiġbru u jirrapportaw data anonimizzata u aggregata dwar l-użu li tista’ tintuża għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RIS, inkluż imqar l-għadd ta’ utenti tal-RIS, id-disponibbiltà tad-data fl-Ambjent Ewropew tal-RIS, il-konnessjoni u l-għadd ta’ skambji ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra;

(i) 

jiżguraw iċ-ċibersigurtà.

7.    Disponibbiltà tad-data għal sistemi jew pjattaformi diġitali oħra

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra, f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

jibnu fuq il-funzjonalitajiet mogħtija mill-Ambjent Ewropew tal-RIS;

(b) 

jiffaċilitaw l-iskambju elettroniku tad-data bejn it-teknoloġiji tal-RIS u l-bażijiet tad-data u s-sistemi li jintużaw minn modi oħra tat-trasport, b’konnessjonijiet u interfaċċi xierqa tad-data;

(c) 

l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward ta’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra fir-rigward tal-proċeduri għall-iskambju awtomatizzat tad-data;

(d) 

l-iskambju tal-informazzjoni fil-ħin reali b’mod partikolari għad-data kritika fil-ħin;

(e) 

jiġi żgurat l-iskambju sigur tal-informazzjoni f’konformità ma’ sistema komprensiva b’kontroll tal-aċċess ibbażat fuq id-drittijiet;

(f) 

jantiċipaw sistema qafas ta’ skambju li jkunu jistgħu jsirulha żviluppi futuri u li tintrabat ma’ sistemi addizzjonali kif meħtieġ, inkluż skambji mal-Ispazju Ewropew futur tad-Data dwar il-Mobbiltà u ma’ kwalunkwe sistema oħra maħsuba biex tippromwovi l-innovazzjonijiet fit-trasport multimodali.

8.    Data għan-navigazzjoni, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi tal-ilma interni f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

jagħtu informazzjoni aġġornata f’intervalli regolari u mill-inqas meta jsiru bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni fil-kanali navigabbli li jistgħu jimpattaw in-navigazzjoni;

(b) 

ikopru mqar l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

il-ħinijiet tal-istennija previsti fl-imgħalaq, fil-pontijiet (mobbli) u fil-portijiet interni;

(ii) 

data dwar in-network Ewropew tal-passaġġi fuq l-ilma meħtieġa għan-navigazzjoni u għall-ippjanar tal-vjaġġi f’passaġġi tal-ilma interni u li tkopri tal-inqas ir-rekwiżiti tad-data minimi stabbiliti fl-Anness I;

(iii) 

il-livell tal-ilma, l-inqas fond imkejjel, il-fond ħieles, l-istat tal-milqgħa jekk tkun qed timblokka n-navigazzjoni, ir-reġim, il-livell previst tal-ilma, l-inqas fond imkejjel imbassar;

(iv) 

is-sitwazzjoni tas-silġ u n-navigabbiltà relatata jew twissijiet estremi oħra tat-temp;

(v) 

il-ħinijiet operatorji tal-imgħalaq, tal-pontijiet (mobbli) u tal-portijiet interni.

(c) 

il-forniment ta’ informazzjoni permezz tal-ECDIS interna, avviżi lill-kaptani u l-Ambjent Ewropew tal-RIS kif xieraq.

ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS




ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-RIS għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Istandard Ewropew għas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (ES-RIS) adottata mis-CESNI.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit