ANNESS B
STATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA
Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet tat-trażmissjoni għall-ġbir annwali tal-istatistika dwar l-enerġija.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-data kollu speċifikat f’dan l-Anness:
a)
Il-perjodu rappurtat: Il-perjodu rappurtat tad-data dikjarata irid ikun sena kalendarja (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru) li jibda fis-sena ta’ referenza 2022.
b)
Il-frekwenza: Id-data trid tiġi dikjarata kull sena.
c)
L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data: Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Ottubru tas-sena wara s-sena rappurtata.
d)
Il-format tat-trażmissjoni: Il-format tat-trażmissjoni jrid jikkonforma mal-istandard tal-iskambju rilevanti speċifikat mill-Eurostat.
e)
Il-metodu tat-trażmissjoni: Id-data trid tiġi ppreżentata u tittella’ b’mezzi elettroniċi fil-punt uniku tad-dħul tad-data tal-Eurostat.
L-Anness A jipprovdi spjegazzjonijiet tat-termini mhux spjegati f’dan l-Anness.
1.
FJUWILS FOSSILI SOLIDI U GASSIJIET MANIFATTURATI
1.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.1 tal-Anness A. FAĦAM (Fjuwils fossili solidi u gassijiet manifatturati).
1.2.
Lista tal-aggregati
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.
1.2.1.1.1. Produzzjoni taħt l-art
Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.
1.2.1.1.2. Produzzjoni fil-wiċċ
Applikabbli biss għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż u l-linjite.
1.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra
Dan jikkonsisti f’żewġ komponenti:
—
slurries irkuprati, qxura u prodotti oħra tal-faħam ta’ grad baxx li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip tal-faħam, inkluż il-faħam irkuprat minn munzelli tal-iskart u minn reċipjenti oħra tal-iskart,
—
riċevuti minn sorsi oħra.
1.2.1.3. Riċevuti minn sorsi oħra: minn prodotti taż-żejt
Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.
1.2.1.4. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-gass naturali
Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.
1.2.1.5. Riċevuti minn sorsi oħra: minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli
Mhux applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.
1.2.1.6. Importazzjonijiet
1.2.1.7. Esportazzjonijiet
1.2.1.8. Bunkers tal-Baħar Internazzjonali
1.2.1.9. Bidliet fl-istokkijiet
1.2.2. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI
1.2.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss
1.2.2.2. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-produtturi tal-attività ewlenija
1.2.2.3. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss
1.2.2.4. Awtoproduttur tal-elettriku biss
1.2.2.5. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-awtoprodutturi
1.2.2.6. Awtoproduttur tas-sħana biss
1.2.2.7. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
1.2.2.10. Impjanti tal-manifattura tal-gass
1.2.2.12. Likwifazzjoni tal-faħam
1.2.2.13. Għall-gass naturali mħallat
1.2.2.14. Produzzjoni tal-idroġenu
1.2.2.15. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni
1.2.3. SETTUR TAL-ENERĠIJA
1.2.3.1. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana
1.2.3.2. Minjieri tal-faħam
1.2.3.3. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
1.2.3.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass
1.2.3.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
1.2.3.9. Likwifazzjoni tal-faħam
1.2.3.10. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu
1.2.3.11. Mhux speċifikat band’oħra — Energija
1.2.4. TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI
1.2.5. UŻU MHUX TAL-ENERĠIJA
1.2.5.1. Setturi tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija
Użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija.
1.2.5.1.1. Settur kimiku u petrokimiku
NACE Div. 20 u 21; użu mhux tal-enerġija tal-faħam jinkludi l-użi bħala materja prima biex isir il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħra.
1.2.5.2. Settur tat-trasport
Użu mhux tal-enerġija fis-subsetturi kollha tat-trasport.
Użu mhux tal-enerġija fis-servizzi kummerċjali u pubbliċi kollha, fl-unitajiet domestiċi, fl-agrikoltura u mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn.
1.2.6. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA
1.2.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
1.2.6.3. Metalli nonferrużi
1.2.6.4. Minerali nonmetalliċi
1.2.6.5. Tagћmir tat-trasport
1.2.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
1.2.6.8. Ikel, xorb u tabakk
1.2.6.9. Polpa, karti u stampar
1.2.6.10. Injam u prodotti tal-injam
1.2.6.12. Tessuti u ġilda
1.2.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
1.2.7. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT
1.2.7.2. Navigazzjoni domestika
1.2.7.3. Mhux Speċifikat Band’Oħra — Trasport
1.2.8. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA
1.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
1.2.8.2. Unitajiet domestiċi
1.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
1.2.9. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI
L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni jridu jiġu rappurtati. Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.
1.2.10. VALURI KALORIFIĊI
Applikabbli għall-antraċite, il-faħam tal-kokk, faħam bituminuż ieħor, il-faħam subbituminuż, il-linjite, il-fjuwils bil-privattiva, il-kokk tal-fran tal-kokk, il-kokk tal-gass, il-qatran tal-faħam, il-BKB, il-pit, il-prodotti tal-pit, u x-shale taż-żejt u r-ramel taż-żejt.
Il-valuri kalorifiċi grossi u netti jridu jiġu dikjarati għall-aggregati li ġejjin:
1.2.10.6.
Użati fl-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u CHP ta’ produttur tal-attività ewlenija
1.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati), għajr għall-gassijiet manifatturati (il-gass tal-impjanti tal-gass, il-gass tal-fran tal-kokk, il-gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħra), fejn il-kwantità rappurtata trid tiġi dikjarata f’TJ GCV (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi).
Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).
1.4.
Derogi u eżenzjonijiet
Mhux applikabbli.
2.
GASS NATURALI
2.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Dan il-Kapitolu jkopri r-rappurtar tal-gass naturali.
2.2.
Lista tal-aggregati
Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-gass naturali.
Il-kwantitajiet dikjarati għas-settur tal-provvista jridu jiġu espressi f’unitajiet tal-volum u f’unitajiet tal-enerġija, u jridu jinkludu l-valuri kalorifiċi grossi u netti.
2.2.1.1. Produzzjoni indiġena
Inkluż il-produzzjoni lil hinn mill-kosta.
Gass naturali magħmul b’assoċjazzjoni maż-żejt mhux raffinat.
2.2.1.1.2. Gass nonassoċjat
Il-gass naturali li joriġina mill-faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarburi fil-forma ta’ gass.
2.2.1.1.3. Gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra
Il-metan prodott fil-minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal fil-wiċċ bil-pajpijiet u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra jew trażmess bil-pipelines lill-konsumaturi.
2.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra
2.2.1.2.1. Riċevuti minn sorsi oħra: Żejt u prodotti taż-żejt mhux raffinat
2.2.1.2.2. Riċevuti minn sorsi oħra: Faħam
2.2.1.2.3. Riċevuti minn sorsi oħra: Sorsi rinnovabbli
2.2.1.2.4. Riċevuti minn sorsi oħra: Idroġenu
2.2.1.3. Importazzjonijiet
2.2.1.4. Esportazzjonijiet
2.2.1.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali
2.2.1.6. Bidliet fl-istokkijiet
Il-livelli tal-istokkijiet tal-ftuħ u tal-għeluq iridu jiġu dikjarati separatament, bħala stokkijiet fit-territorju nazzjonali u stokkijiet miżmuma barra l-pajjiż, rispettivament. “Livell tal-istokk” tfisser il-kwantità tal-gass disponibbli għal twassil tul xi ċiklu tad-dħul u l-ħruġ.
2.2.1.7. Konsum fuq l-art (osservat)
2.2.1.8. Gass rekuperabbli
Dan jirreferi għall-gass naturali rekuperabbli maħżun f’faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità magħluqa tal-gass u/jew taż-żejt, akkwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħallta, jew oħrajn) kif ukoll il-gass naturali likwifikat maħżun. Il-cushion gas irid jiġi eskluż. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.
2.2.1.9. Gass mitluq fl-atmosfera
Il-volum tal-gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.
Il-volum tal-gass ivvampjat fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gass. Hawn ma japplikax ir-rekwiżit li jridu jiġu dikjarati l-valuri kalorifiċi.
2.2.2. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI
2.2.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss
2.2.2.2. Awtoproduttur tal-elettriku biss
2.2.2.3. Unitajiet CHP tal-produtturi tal-attività ewlenija
2.2.2.4. Unitajiet CHP tal-awtoprodutturi
2.2.2.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss
2.2.2.6. Awtoproduttur tas-sħana biss
2.2.2.7. Impjanti tal-manifattura tal-gass
2.2.2.10. Minn gass għal likwidi
2.2.2.11 Produzzjoni tal-idroġenu
2.2.2.12. Mhux speċifikati — Transformazzjoni
2.2.3. SETTUR TAL-ENERĠIJA
2.2.3.1. Minjieri tal-faħam
2.2.3.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass
2.2.3.3 Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
2.2.3.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass
2.2.3.7. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana
2.2.3.8. Likwifazzjoni (LNG) jew gassifikazzjoni (GNG)
2.2.3.9. Minn gass għal likwidi
2.2.3.10. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu
2.2.3.11. Mhux specifikat band’oħra — Energija
2.2.4. TELF MIT-TRAŻMISSJONI
2.2.5. TELF MID-DISTRIBUZZJONI
2.2.6. SETTUR TAT-TRASPORT
Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.
2.2.6.2. Trasport bil-pipelines
2.2.6.3. Navigazzjoni domestika
2.2.6.4. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
2.2.7. SETTUR TAL-INDUSTRIJA
Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.
2.2.7.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
2.2.7.3. Metalli nonferrużi
2.2.7.4. Minerali nonmetalliċi
2.2.7.5. Tagћmir tat-trasport
2.2.7.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
2.2.7.8. Ikel, xorb u tabakk
2.2.7.9. Polpa, karti u stampar
2.2.7.10. Injam u prodotti tal-injam
2.2.7.12. Tessuti u ġilda
2.2.7.13. Mhux speċifikat band’oħra — l-industrija
Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.
2.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
2.2.8.2. Unitajiet domestiċi
2.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
2.2.9. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI
Iridu jiġu dikjarati l-kwantitajiet totali tal-gass naturali u tal-parti minnhom li hi LNG, skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.
2.2.10. KAPAĊITAJIET TAL-ĦAŻNA TAL-GASS
Iridu jiġu rappurtati separatament bħala faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż u terminals tal-LNG (trid ssir distinzjoni ulterjuri bejn it-terminals tal-importazzjoni tal-LNG u t-terminals tal-esportazzjoni tal-LNG).
Isem is-sit tal-faċilità tal-ħżin jew tat-terminal tal-LNG.
2.2.10.2. Tip (għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż biss)
It-tip tal-ħażna, bħal faċilità magħluqa tal-gass, akkwifikatur, kavità tal-melħ, eċċ.
2.2.10.3. Kapaċità operattiva
Għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass gassuż: il-kapaċità totali tal-ħżin tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas hu l-volum totali tal-gass meħtieġ bħala inventarju permanenti biex jinżammu pressjonijiet adegwati fir-riżerva ta’ taħt l-art u r-rati tat-twassil tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.
Għat-terminals tal-LNG: il-kapaċità totali tal-ħżin tal-gass espressa f’ekwivalenti ta’ gass gassuż.
2.2.10.4. L-ogħla livell tal-produzzjoni
Ir-rata massima kemm il-gass jista’ jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-irtirar.
2.2.10.5. Kapaċità tar-rigassifikazzjoni jew tal-likwifazzjoni (għat-terminals tal-LNG biss)
Il-kapaċità tar-rigressjoni trid tiġi rappurtata għat-terminals tal-importazzjoni, u l-kapaċità tal-likwifikazzjoni trid tiġi rappurtata għat-terminals tal-esportazzjoni.
2.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet tal-gass naturali jridu jiġu dikjarati skont il-kontenut tal-enerġija tiegħu, jiġifieri f’TJ, abbażi tal-valur kalorifiku gross. Meta jkun hemm bżonn il-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hi f’106m3 jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).
Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).
Il-kapaċità operattiva trid tiġi dikjarata f’106m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).
L-ogħla livell tal-produzzjoni, il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni u l-kapaċità tal-likwifazzjoni jridu jiġu dikjarati f’106m3/jum, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).
3.
ELETTRIKU U SĦANA
3.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Dan il-Kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.
3.2.
Lista tal-aggregati
Il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għas-sħana u l-elettriku sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
3.2.1. PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA
Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati tal-elettriku u tas-sħana diskussi f’dan il-Kapitolu:
—
Produzzjoni grossa tal-elettriku: it-total tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet ġeneraturi kollha kkonċernati (inkluż il-ħżin ippompjat) imkejjel fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenija.
—
Produzzjoni grossa tas-sħana: is-sħana totali ġġenerata mill-installazzjoni, inkluż is-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (tisħin tal-ispazju, tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-network, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użata bħala forma primarja tal-enerġija.
—
Produzzjoni netta tal-elettriku: il-produzzjoni grossa tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji ġeneraturi u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni.
—
Produzzjoni netta tas-sħana: is-sħana provduta lis-sistema tad-distribuzzjoni kif determinat skont il-kejl tal-flussi ’l barra u l-flussi lura.
L-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11 iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni netta u grossa tal-elettriku u tas-sħana trid tiġi dikjarata għall-elettriku biss, għas-sħana biss u għall-unitajiet CHP, separatament kull meta applikabbli. Għall-elettriku gross iġġenerat fl-unitajiet CHP trid tiġi dikajrata s-subkategorija tiegħu fil-modalità CHP sħiħa. Għas-sħana netta ġġenerata fl-unitajiet CHP, irid jiġi dikjarat oġġett separat dwar is-sħana awtokkonsmata.
3.2.1.2. Idro (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.1.3. Enerġija ġeotermali
3.2.1.5. Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.1.6. Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.1.7. Fjuwils kombustibbli
Il-fjuwils li kapaċi jaqbdu jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġnu biex iżidu t-temperatura b’mod sinifikanti, u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.
3.2.1.8. Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)
3.2.1.9. Bojlers elettriċi (applikabbli biss għas-sħana)
3.2.1.10. Sħana minn proċessi kimiċi
Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal pereżempju reazzjoni kimika. Eskluż is-sħana tal-iskart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li trid tiġi rappurtata bħala sħana ġġenerata mill-fjuwil korrispondenti.
Għal 3.2.2.1 u 3.2.2.2, il-kwantitajiet dikjarati jridu jkunu koerenti mal-valuri dikjarati għall-aggregati 3.2.1.1 sa 3.2.1.11.
3.2.2.1. Produzzjoni grossa totali
3.2.2.2 Produzzjoni netta totali
3.2.2.3. Importazzjonijiet
L-ammonti tal-elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi ta’ pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali kif ukoll jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont irid jiġi rappurtat bħala importazzjoni u bħala esportazzjoni.
3.2.2.4. Esportazzjonijiet
Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.
3.2.2.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali
3.2.2.6. Użat għall-pompi tas-sħana (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.2.7. Użat għall-bojlers elettriċi (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.2.8. Użat għall-ħżin ippompjat — impjanti tal-ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.2.9. Użat għall-ħżin ippompjat — impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)
3.2.2.10. Użat għall-produzzjoni tal-elettriku (applikabbli biss għas-sħana)
3.2.2.11. Użat għall-produzzjoni tal-idroġenu (trasformazzjoni)
3.2.3. TELF MIT-TRAŻMISSJONI
3.2.4. TELF MID-DISTRIBUZZJONI
3.2.5. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — Settur tat-trasport
Il-konsum finali tal-enerġija u l-konsum finali mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati separatament għall-aggregati li ġejjin.
3.2.5.2. Trasport bil-pipelines
3.2.5.4. Navigazzjoni domestika
3.2.5.5. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
3.2.6. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA
3.2.6.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
3.2.6.2. Unitajiet domestiċi
3.2.6.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
3.2.7. SETTUR TAL-ENERĠIJA
Eskluż l-użu proprju tal-impjanti tal-ħżin ippompjat, tal-pompi tas-sħana u tal-bojlers elettriċi.
3.2.7.1. Minjieri tal-faħam
3.2.7.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass
3.2.7.3. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
3.2.7.6. Impjanti tal-manifattura tal-gass
3.2.7.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
3.2.7.9. Industrija nukleari
3.2.7.10. Impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam
3.2.7.11. Impjanti tal-likwifazzjoni (LNG)/tar-rigassifikazzjoni (GNG)
3.2.7.12. Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)
3.2.7.13. Minn gass għal likwidi
3.2.7.14. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.
3.2.7.16. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol
3.2.7.17. Mhux speċifikat band’oħra — Energija
3.2.8. SETTUR TAL-INDUSTRIJA
3.2.8.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
3.2.8.3. Metalli nonferrużi
3.2.8.4. Minerali nonmetalliċi
3.2.8.5. Tagћmir tat-trasport
3.2.8.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
3.2.8.8. Ikel, xorb u tabakk
3.2.8.9. Polpa, karti u stampar
3.2.8.10. Injam u prodotti tal-injam
3.2.8.12. Tessuti u ġilda
3.2.8.13. Mhux speċifikat band’oħra — L-industrija
3.2.9. IMPORTAZZJONIJIET U ESPORTAZZJONIJIET
L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kwantitajiet tal-elettriku u tas-sħana skont il-pajjiż tal-oriġini u tad-destinazzjoni, rispettivament, iridu jiġu rappurtati. Ara l-ispjegazzjoni fi 3.2.2.3. “Importazzjonijiet”.
3.2.10. PRODUZZJONI NETTA MILL-AWTOPRODUTTURI
Għall-impjanti jew l-attivitajiet li ġejjin, il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-ġenerazzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi jridu jiġu dikjarati separatament għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP:
3.2.10.1.
Settur tal-enerġija: Minjieri tal-faħam
3.2.10.2.
Settur tal-enerġija: Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass
3.2.10.3.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
3.2.10.4.
Settur tal-enerġija: Fran tal-kokk
3.2.10.5.
Settur tal-enerġija: Impjanti BKB/PB
3.2.10.6.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-manifattura tal-gass
3.2.10.7.
Settur tal-enerġija: Fran tal-blast
3.2.10.8.
Settur tal-enerġija: Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
3.2.10.9.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-likwifazzjoni tal-faħam
3.2.10.10.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-likwifazzjoni (LNG)/tar-rigassifikazzjoni
3.2.10.11.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)
3.2.10.12.
Settur tal-enerġija: Minn gass għal likwidi
3.2.10.13.
Settur tal-enerġija: Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol
3.2.10.14.
Settur tal-enerġija: Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.
3.2.10.15.
Settur tal-enerġija: Mhux speċifikat band’oħra — Enerġija
3.2.10.16.
Settur tal-industrija: Ħadid u azzar
3.2.10.17.
Settur tal-industrija: Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
3.2.10.18.
Settur tal-industrija: Metalli nonferrużi
3.2.10.19.
Settur tal-industrija: Minerali nonmetalliċi
3.2.10.20.
Settur tal-industrija: Tagћmir tat-trasport
3.2.10.21.
Settur tal-industrija: Makkinarju
3.2.10.22.
Settur tal-industrija: Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
3.2.10.23.
Settur tal-industrija: Ikel, xorb u tabakk
3.2.10.24.
Settur tal-industrija: Polpa, karti u stampar
3.2.10.25.
Settur tal-industrija: Injam u prodotti tal-injam
3.2.10.26.
Settur tal-industrija: Kostruzzjoni
3.2.10.27.
Settur tal-industrija: Tessuti u ġilda
3.2.10.28.
Settur tal-industrija: Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
3.2.10.29.
Settur tat-trasport: Ferroviji
3.2.10.30.
Settur tat-trasport: Trasport bil-pipelines
3.2.10.31.
Settur tat-trasport: Bit-triq
3.2.10.32.
Settur tat-trasport: Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
3.2.10.33.
Setturi oħra: Unitajiet domestiċi
3.2.10.34.
Setturi oħra: Servizzi kummerċjali u pubbliċi
3.2.10.35.
Setturi oħra: Agrikoltura/Forestrija
3.2.10.37.
Setturi oħra: Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
3.2.11. PRODUZZJONI NETTA TAL-ELETTRIKU SKONT IS-SETTUR
Il-produzzjoni netta totali tal-elettriku u l-parti awtokkonsmata (mingħajr il-qsim bejn il-produttur tal-attività ewlenija u l-awtoġeneratur) iridu jiġu dikjarati separatament għall-unitajiet domestiċi, għas-servizzi kummerċjali u pubbliċi, għas-settur tal-enerġija, għas-settur tal-industrija u għal setturi oħra għal kull wieħed mill-gruppi tal-fjuwils li ġejjin:
3.2.11.2.
Bijofjuwils solidi, likwidi u gassużi
3.2.12. PRODUZZJONI TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA GROSSA MILL-FJUWILS KOMBUSTIBBLI
L-elettriku gross iġġenerat, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet tal-fjuwils użati, inkluż l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli kif elenkat hawn taħt, iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ produtturi, il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana trid tiġi dikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull meta applikabbli.
3.2.12.3. Faħam bituminuż ieħor
3.2.12.4. Faħam subbituminuż ieħor
3.2.12.7. Fjuwil bil-privattiva
3.2.12.8. Kokk tal-fran tal-kokk
3.2.12.10. Qatran tal-faħam
3.2.12.11. BKB (mattunelli tal-faħam kannella)
3.2.12.12. Gass tal-impjanti tal-gass
3.2.12.13. Gass tal-fran tal-kokk
3.2.12.14. Gass tal-fran tal-blast
3.2.12.15. Gassijiet irkuprati oħra
3.2.12.16. Prodotti tal-pit
3.2.12.17. Shale taż-żejt u ramel taż-żejt
3.2.12.18. Żejt mhux raffinat
3.2.12.20. Gass tar-raffineriji
3.2.12.23. Fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju
3.2.12.24. Pitrolju ieħor
3.2.12.25. Żejt tal-gass/diżil
3.2.12.26. Żejt tal-fjuwil
3.2.12.28. Kokk taż-żejt mhux raffinat
3.2.12.29. Prodotti oħra taż-żejt
3.2.12.31. Skart industrijali
3.2.12.32. Skart muniċipali rinnovabbli
3.2.12.33. Skart muniċipali nonrinnovabbli
3.2.12.34. Bijofjuwils solidi
3.2.12.38. Bijofjuwils likwidi oħra
3.2.13. KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA
Il-kapaċità trid tiġi dikjarata kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rappurtata rilevanti u għall-fjuwils indikati hawn taħt. Inkluż il-kapaċità elettrika tal-impjanti tal-elettriku biss u tal-unitajiet CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta trid tiġi dikjarata għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Din hi t-total tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu operattiv partikolari. Il-perjodu operattiv meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kuljum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima meqjusa bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.
3.2.13.2. Impjanti idro puri
3.2.13.3. Impjanti idro mħallta
3.2.13.4. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri
3.2.13.5. Enerġija ġeotermali
3.2.13.6. Fotovoltajċi solari
3.2.13.8. Marea, mewġ, oċean
3.2.13.10. Fjuwils kombustibbli
3.2.13.10.1. Tip ta’ ġenerazzjoni: Stim
3.2.13.10.2. Tip ta’ ġenerazzjoni: Kombustjoni interna
3.2.13.10.3. Tip ta’ ġenerazzjoni: Turbina tal-gass
3.2.13.10.4. Tip ta’ ġenerazzjoni: Ċiklu kkombinat
3.2.13.10.5. Tip ta’ ġenerazzjoni: Oħrajn
3.2.13.11. Ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu
3.2.14. KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA TAL-FJUWILS KOMBUSTIBBLI
Il-kapaċità elettrika massima netta tal-fjuwils kombustibbli trid tiġi dikjarata għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi, u b’mod separat għal kull tip ta’ impjant li jaħdem bi fjuwil wieħed jew b’aktar minn fjuwil wieħed imsemmi hawn taħt. Is-sistemi li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss l-unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip ta’ fjuwil wieħed b’mod kontinwu. L-istazzjonijiet b’unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti jridu jinfirdu fil-kategoriji adattati ta’ dawk li jaħdmu bi fjuwil wieħed. Iridu jingħataw ukoll l-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ fjuwil jintuża bħala primarju u alternat, għal kull kategorija tal-impjanti li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed.
3.2.14.1. Jaħdem bi fjuwil wieħed (għall-kategoriji kollha tal-fjuwils primarji)
3.2.14.2. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi u likwidi
3.2.14.3. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi u gass naturali
3.2.14.4. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, likwidi u gass naturali
3.2.14.5. Jaħdem b’aktar minn fjuwil wieħed, solidi, likwidi u gass naturali
3.2.15. KAPAĊITÀ ELETTRIKA INSTALLATA ĠDIDA U DEKUMMISSJONATA
Il-kapaċità installata ġdida hi l-kapaċità elettrika massima netta tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni li bdew joperaw fis-sena ta’ referenza. Il-kapaċità dekummissjonata hi l-kapaċità elettrika massima netta li ma tkunx għadha operattiva tul is-sena ta’ referenza.
Għall-fjuwils kollha indikati fi 3.2.13 u 3.2.14, il-kapaċità installata ġdida u dekummissjonata trid tiġi rappurtata għas-sena ta’ referenza.
Il-kapaċità tal-ħżin jew il-kapaċità tal-enerġija ta’ batterija hi l-kwantità totali tal-enerġija li l-batterija tista’ taħżen. Il-kapaċità nominali tal-enerġija hi r-rata massima tal-iskariku li l-batterija tista’ tikseb, billi tibda minn stat iċċarġjat għalkollox. L-informazzjoni ta’ hawn taħt trid tiġi dikjarata għall-batteriji konnessi mal-grilja u użati bħala element tal-ħżin/ibbilanċjar. Iridu jiġu dikjarati biss batteriji b’kapaċità tal-ħżin ta’ 1 MWh jew aktar u jridu jiġu dikjarati biss l-iskambji mal-grilja.
3.2.16.1. Kapaċità tal-ħżin tal-batteriji
3.2.16.2. Kapaċità nominali tal-enerġija tal-batteriji
3.2.16.3. Elettriku injettat fil-grilja mill-batteriji
3.2.16.4. Elettriku użat mill-grilja għall-iċċarġjar tal-batteriji
Kull wieħed mill-elementi ta’ hawn fuq irid jinfired fil-gruppi tad-daqs tal-kapaċità tal-ħżin li ġejjin:
—
Minn aktar minn 10 MWh sa 100 MWh
3.3.
Unitajiet tal-kejl
L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (terajoules) u l-kapaċità f’MW (megawatts). Għall-batteriji, il-kapaċità tal-ħżin trid tiġi dikjarata f’MWh u l-kapaċità nominali tal-enerġija f’MW.
Jekk ikunu jridu jiġu rappurtati xi fjuwils oħra, l-unitajiet applikabbli huma definiti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.
4.
ŻEJT U PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT
4.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A. ŻEJT (żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat)
4.2.
Lista tal-aggregati
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti.
4.2.1. PROVVISTA TA’ ŻEJT MHUX RAFFINAT, NGL, MATERJA PRIMA TAR-RAFFINERIJI, ADDITTIVI, U IDROKARBURI OĦRA
L-aggregati li ġejjin iridu jiġu dikjarati għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL, il-materja prima tar-raffineriji, l-addittivi/ossiġenati, il-bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati u idrokarburi oħra:
4.2.1.1. Produzzjoni indiġena
Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.
4.2.1.2. Riċevuti minn sorsi oħra.
Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, l-NGL u l-materja prima tar-raffineriji.
4.2.1.2.1. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-faħam
4.2.1.2.2. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-gass naturali
4.2.1.2.3. Riċevuti minn sorsi oħra: minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli
4.2.1.2.4. Riċevuti minn sorsi oħra: mill-idroġenu
4.2.1.3. Ritorn ta’ flussi mis-settur petrokimiku
Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.
4.2.1.4. Prodotti trasferiti
Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.
4.2.1.5. Importazzjonijiet
Inkuż il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti importati jew esportati skont ftehimiet tal-ipproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs iridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti finali jridu jiġu rappurtati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar konsenja. Inkluż kull likwidu tal-gass (eż. LPG) estratt waqt il-proċess tar-rigassifikazzjoni tal-LNG u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati jew esportati direttament mill-industrija tal-petrokimika. Nota: il-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) ma jridx jiġi rappurtat hawn. Ir-riesportazzjonijiet taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riżervati jridu jiġu inklużi bħala esportazzjoni ta’ prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.
4.2.1.6. ESportazzjonijiet
In-nota għall-importazzjonijiet (4.2.1.5.) tapplika wkoll għall-esportazzjonijiet.
4.2.1.8. Bidliet fl-istokkijiet
4.2.1.9. Konsum osservat tar-raffineriji
Ammonti mkejla bħala dħul fir-raffineriji
4.2.1.10. Telf mir-raffineriji
Id-differenza bejn il-konsum osservat tar-raffineriji u l-produzzjoni grossa tar-raffineriji. It-telf jista’ jsir waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf rappurtat hu pożittiv. Jista’ jkun hemm xi gwadanji volumetriċi, iżda l-ebda żieda fil-massa.
4.2.1.11. Stokkijiet totali tal-ftuħ fit-territorju nazzjonali
4.2.1.12. Stokkijiet totali tal-għeluq fit-territorju nazzjonali
4.2.1.13. Valur kalorifiku nett
4.2.1.13.1. Produzzjoni (mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjwils fl-addittivi/ossiġenati)
4.2.1.13.2. Importazzjonijiet (mhux applikabbli għal bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati)
4.2.1.13.3. Esportazzjonijiet (mhux applikabbli għal bijofjuwils fl-addittivi/ossiġenati)
4.2.1.13.4. Medja ġenerali
4.2.2. PROVVISTA TAL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT
It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti finali (gass tar-raffineriji, etanu, LPG, nafta, gażolina tal-magni, u l-parti tagħha tal-bijogażolina, gażolina tal-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip tal-pitrolju u l-parti bijoloġika tiegħu, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/diżil, żejt tal-fjuwil b’livell baxx u għoli tal-kubrit, spirtu abjad u SBP, lubrikanti, bitum, xama’ tal-paraffina, kokk taż-żejt mhux raffinat u prodotti oħra). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGL użat għall-ħruq dirett iridu jiġu inklużi fil-konsenji tal-prodotti finali u fit-trasferimenti tal-interprodotti.
4.2.2.1. Prodotti primarji riċevuti
4.2.2.2. Produzzjoni grossa tar-raffinerija
4.2.2.3. Prodotti riċiklati
4.2.2.4. Fjuwil tar-raffineriji (raffineriji taż-żejt mhux raffinat)
Anki l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa jridu jiġu inklużi f’din il-kategorija.
4.2.2.4.1. Użat fl-impjanti/unitajiet tal-elettriku biss
4.2.2.4.2. Użat fl-unitajiet CHPs
4.2.2.4.3. Użat fl-impjanti/unitajiet tas-sħana biss
4.2.2.5. Importazzjonijiet
In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.
4.2.2.6. Esportazzjonijiet
In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.
4.2.2.7. Bunkers tal-baħar internazzjonali
4.2.2.8. Trasferimenti tal-interprodotti
4.2.2.9. Prodotti trasferiti
4.2.2.10. Bidliet fl-istokkijiet
4.2.2.11. Livelli tal-istokkijiet tal-ftuħ
4.2.2.12. Livelli tal-istokkijiet tal-għeluq
4.2.2.13 Bidliet fl-istokk għand il-produtturi tal-attività ewlenija
Il-bidliet fl-istokkijiet li jinżammu mill-utilitajiet pubbliċi u mhux inklużi fil-livelli tal-istokkijiet u fil-bidliet fl-istokkijiet rappurtati band’oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis fl-istokk jintwera bħala numru pożittiv.
4.2.2.14. Valuri kalorifiċi netti medji
4.2.3. KONSENJI GĦAS-SETTUR PETROKIMIKU
Il-konsenja osservata tal-prodotti finali taż-żejt mhux raffinat minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.
4.2.3.1. Konsenji grossi għas-settur petrokimiku
4.2.3.2. Użu tal-enerġija fis-settur petrokimiku
Il-kwantitajiet taż-żejt użat bħala fjuwil għall-proċessi petrokimiċi bħall-krekkjar tal-istim.
4.2.3.3. Użu mhux tal-enerġija fis-settur petrokimiku
Il-kwantitajiet taż-żejt użat fis-settur petrokimiku biex isiru l-etilen, il-propilen, il-butilen, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadjen u materjali mhux ipproċessati oħra bbażati fuq l-idrokarburi fi proċessi bħall-krekkjar tal-istim, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-istim. Eskluż l-ammonti taż-żejt użat għall-finijiet ta’ fjuwil.
4.2.3.4. Flussi lura mis-settur petrokimiku lir-raffineriji
4.2.4. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.4.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss
4.2.4.2. Awtoproduttur tal-elettriku biss
4.2.4.3. Unitajiet CHP tal-produtturi tal-attività ewlenija
4.2.4.4. Unitajiet CHP tal-awtoprodutturi
4.2.4.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss
4.2.4.6. Awtoproduttur tas-sħana biss
4.2.4.7. Impjanti tal-manifattura tal-gass/tal-gassifikazzjoni
4.2.4.8. Gass naturali mħallat
4.2.4.11. Industrija petrokimika
4.2.4.12. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
4.2.4.13. Produzzjoni tal-idroġenu
4.2.4.14. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni
4.2.5. SETTUR TAL-ENERĠIJA
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.5.1. Minjieri tal-Faħam
4.2.5.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass
4.2.5.5. Impjanti tal-manifattura tal-gass
4.2.5.6. Użu mill-impjanti stess tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana.
4.2.5.7. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu.
4.2.5.8. Mhux Speċifikat Band’Oħra — Enerġija
4.2.6. TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.7. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.7.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
4.2.7.3. Metalli nonferrużi
4.2.7.4. Minerali nonmetalliċi
4.2.7.5. Tagћmir tat-trasport
4.2.7.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
4.2.7.8. Ikel, xorb u tabakk
4.2.7.9. Polpa, karti u stampar
4.2.7.10. Injam u prodotti tal-injam
4.2.7.12. Tessuti u ġilda
4.2.7.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
4.2.8. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.8.1. Avjazzjoni internazzjonali
4.2.8.2. Avjazzjoni domestika
4.2.8.5. Navigazzjoni domestika
4.2.8.6. Trasport bil-pipelines
4.2.8.7. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
4.2.9. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA
Il-kwantitajiet involuti fl-użu tal-enerġija u fl-użu mhux tal-enerġija jridu jiġu dikjarati t-tnejn li huma.
4.2.9.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
4.2.9.2. Unitajiet domestiċi
4.2.9.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
4.2.10. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI
L-importazzjonijiet iridu jiġu dikjarati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. In-nota għall-importazzjonijiet fit-Taqsima 4.2.1.5. tapplika hawnhekk ukoll.
4.2.11. KAPAĊITÀ TAR-RAFFINERIJI
Irrapporta l-kapaċità tar-raffineriji totali nazzjonali u d-diżaggregazzjoni tal-kapaċità annwali skont ir-raffineriji f’eluf ta’ tunnellati metriċi kull sena. Iridu jiġu rappurtati l-punti li ġejjin:
4.2.11.2. Distillazzjoni atmosferika
4.2.11.3. Distillazzjoni f’vakwu
4.2.11.4. Krekkjar (termali)
4.2.11.4.1. Li minnu hu tnaqqis tal-viskożità
4.2.11.4.2. Li minnu ikkokkjar
4.2.11.5. Krekkjar (katalittiku)
4.2.11.5.1. Li minnu kkrekkjar katalitiku fluwidu (FCC)
4.2.11.5.2. Li minnu idrokkrekkjar (HCK)
4.2.11.7. Desulfurizzazzjoni
4.2.11.8. Alkilazzjoni, polimerizzazzjoni, iżomerizzazzjoni
4.2.11.9. Eterifikazzjoni
4.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati). Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).
4.4.
Eżenzjonijiet
Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-aggregati speċifikati fit-Taqsima 4.2.9 (Konsum finali tal-enerġija — Setturi oħra); iridu jiġu rappurtati biss il-valuri totali. Ċipru hu eżentat ukoll milli jirrapporta l-użu mhux tal-enerġija fit-Taqsimiet 4.2.4 (Settur tat-trasformazzjoni), 4.2.5 (Settur tal-enerġija), 4.2.7 (Industrija), 4.2.7.2 (Settur tal-industrija — li minnu huma sustanzi kimiċi u petrokimiċi), 4.2.8 (Trasport) u 4.2.9 (Setturi oħra).
5. ENERĠIJA RINNOVABBLI U ENERĠIJA MILL-ISKART
5.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-Kapitolu 3.5 tal-Anness A. RINNOVABBLI U SKART. Iridu jiġu rappurtati biss il-kwantitajiet tal-fjuwils użati għall-enerġija (pereżempju fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, fil-kombustjoni bi rkupru tal-enerġija, fil-magni mobbli fit-trasport u fil-magni stazzjonarji). Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija rinnovabbli użati biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili għal finijiet mhux tal-enerġija jridu jiġu rappurtati fit-Taqsima 5.2.9, iżda dawn ma jridux jiġu inklużi fil-bqija tat-Taqsimiet f’dan il-Kapitolu. Il-prodotti rinnovabbli li ma ġewx żviluppati biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili jridu jiġu esklużi mir-rapportar fit-Taqsima 5.2.9, bħall-bijofjuwils solidi użati għall-produzzjoni tal-għamara, il-kostruzzjoni u l-produzzjoni tal-karta/kartun, l-alkoħol użat fl-industrija tal-ikel u l-qoton/fibri naturali użati fl-industrija tat-tessuti. Anki l-enerġija termali passiva trid tiġi eskluża mir-rapportar fil-Kapitolu 5 (pereżempju, it-tisħin termali solari passiv tal-bini).
5.2.
Lista tal-aggregati
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-lista tal-aggregati li ġejja trid tiġi dikjarata għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fil-paragrafu preċedenti. Is-sħana ambjentali (il-pompi tas-sħana) trid tiġi rappurtata biss għas-setturi li ġejjin: Trasformazzjoni (biss għall-aggregati relatati mas-sħana mibjugħa), Enerġija (it-total biss, l-ebda subkategorija), total tal-Industrija (it-total biss, l-ebda subkategorija), Servizzi kummerċjali u pubbliċi, Unitajiet domestiċi u Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn. Għas-sħana ambjentali (pompi tas-sħana), is-subkategoriji Aerotermali, Ġeotermali u Idrotermali jridu jiġu dikjarati taħt produzzjoni indiġena. Għal kull waħda minn dawn it-tliet kategoriji, trid tiġi dikjarata s-subkategorija Li minnhom mill-pompi tas-sħana b’SPF iżjed mil-limitu. Il-limitu SPF (fattur tal-prestazzjoni staġunali) jrid ikun konformi mad-Direttiva 2009/28/KE u mad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
5.2.1. PRODUZZJONI GROSSA TAL-ELETTRIKU U TAS-SĦANA
Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 3.2.1. L-aggregati 5.2.1.1 sa 5.2.1.18 iridu jiġu dikjarati separatament għall-produtturi tal-attività ewlenija u għall-awtoprodutturi. Għal dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, il-produzzjoni tal-elettriku gross u tas-sħana grossa trid tiġi dikjarata għall-unitajiet tal-elettriku biss, tas-sħana biss u tas-CHP, separatament kull meta applikabbli.
5.2.1.1. Impjanti idro puri (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.2. Impjanti idro mħallta (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.2.1. Li minnhom ippumpjar (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.3. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.4. Enerġija ġeotermali
5.2.1.5. Fotovoltajka solari (applikabbli biss għall-elettriku)
Is-subkategoriji tad-daqs li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-fotovoltajka solari:
5.2.1.5.1. Inqas minn 30 kW
5.2.1.5.2. Minn 30 kW sa 1 000 kW
5.2.1.5.3. Aktar minn 1 000 kW
Għal 5.2.1.5.1 sa 5.2.1.5.3, iridu jiġu dikjarati s-subkategoriji tal-bjut u ta’ barra mill-grilja. Il-kategorija ta’ barra mill-grilja hi obbligatorja biss jekk tammonta għal 1% jew aktar tal-kapaċità fotovoltajka fil-kategorija tad-daqs rispettiva tagħha.
5.2.1.7. Marea, mewġ, oċean (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.8. Riħ (applikabbli biss għall-elettriku)
5.2.1.10. Riħ lil hinn mill-kosta
5.2.1.11. Skart muniċipali rinnovabbli
5.2.1.12. Skart muniċipali nonrinnovabbli
5.2.1.13. Bijofjuwils solidi
5.2.1.17. Bijofjuwils likwidi oħra
5.2.1.18. Pompi tas-sħana (applikabbli biss għas-sħana)
5.2.2. PROVVISTA
5.2.2.2. Importazzjonijiet
5.2.2.3. Esportazzjonijiet
5.2.2.4. Bunkers tal-baħar internazzjonali
5.2.2.5. Bidliet fl-istokkijiet
5.2.3. Settur tat-trasformazzjoni
5.2.3.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku biss
5.2.3.2. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-produtturi tal-attività ewlenija
5.2.3.3. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana biss
5.2.3.4. Awtoproduttur tal-elettriku biss
5.2.3.5. Unitajiet tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) tal-awtoprodutturi
5.2.3.6. Awtoproduttur tas-sħana biss
5.2.3.7. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
5.2.3.10. Imħallta fil-grilja tal-gass (eż. impjanti tat-taħlit tal-gass naturali)
5.2.3.11. Imħallta ma’ fjuwils fossili likwidi (eż. Gażolina tal-magni / diżil / pitrolju)
5.2.3.12. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol
5.2.4.13. Produzzjoni tal-idroġenu
5.2.3.14. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni
5.2.4. SETTUR TAL-ENERĠIJA
5.2.4.1. Impjanti tal-gassifikazzjoni (bijogass)
5.2.4.2. Impjanti tal-elettriku, tas-CHP u tas-sħana
5.2.4.3. Minjieri tal-faħam
5.2.4.4. Impjanti tal-fjuwils bil-privattiva
5.2.4.6. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
5.2.4.8. Impjanti tal-manifattura tal-gass
5.2.4.10. Impjanti tal-produzzjoni tal-faħam tal-kannol
5.2.4.11. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu
5.2.4.12. Mhux speċifikat band’oħra — Energija
5.2.5. TELF MIT-TRAŻMISSJONI U MID-DISTRIBUZZJONI
5.2.6. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA
5.2.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
5.2.6.3. Metalli nonferrużi
5.2.6.4. Minerali nonmetalliċi
5.2.6.5. Tagћmir tat-trasport
5.2.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
5.2.6.8. Ikel, xorb u tabakk
5.2.6.9. Polpa, karti u stampar
5.2.6.10. Injam u prodotti tal-injam
5.2.6.12. Tessuti u ġilda
5.2.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
5.2.7. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT
5.2.7.3. Navigazzjoni domestika
5.2.7.4. Avjazzjoni domestika
5.2.7.5. Avjazzjoni internazzjonali
5.2.7.6. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
5.2.8. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTURI OĦRA
5.2.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
5.2.8.2. Unitajiet domestiċi
5.2.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
5.2.9. KONSUM FINALI — UŻU MHUX TAL-ENERĠIJA
Għall-entrati li ġejjin:
Il-konsum finali — użu mhux tal-enerġija jrid jiġi dikjarat għall-gruppi tal-fjuwils li ġejjin:
L-ewwel sena ta’ referenza biex jiġu dikjarati l-elementi fit-Taqsima 5.2.9 hija l-2024. Sas-sena ta’ referenza 2027 jista’ jiġi dikjarat biss il-konsum finali totali aggregat — l-użu mhux tal-enerġija minflok l-entrati 5.2.9.1 sa 5.2.9.3 separatament. Il-kwantitajiet rappurtati f’5.2.9 ma jridux jiġu inklużi f’5.2.2 sa 5.2.8.
5.2.10. KAPAĊITÀ ELETTRIKA MASSIMA NETTA
Il-kapaċità trid tiġi dikjarata kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rappurtata rilevanti. Inkluż il-kapaċità elettrika tal-impjanti tal-elettriku biss u tal-unitajiet CHP. Il-kapaċità elettrika massima netta hi t-total tal-kapaċitajiet massimi netti tal-istazzjonijiet kollha meħudin b’mod individwali tul perjodu operattiv partikolari. Il-perjodu operattiv meqjus għall-finijiet attwali hu tħaddim kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar kuljum. Il-kapaċità massima netta hi l-enerġija massima meqjusa bħala l-unika enerġija attiva li tista’ tiġi fornuta b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network.
5.2.10.1. Impjanti idro puri
5.2.10.2. Impjanti idro mħallta
5.2.10.3. Impjanti tal-ħżin ippompjat puri
5.2.10.4. Enerġija ġeotermali
5.2.10.5. Fotovoltajċi solari
Is-subkategoriji tad-daqs li ġejjin iridu jiġu dikjarati għall-fotovoltajka solari:
Għal 5.2.10.5.1 sa 5.2.10.5.3, iridu jiġu dikjarati s-subkategoriji tal-bjut u ta’ barra mill-grilja. Il-kategorija ta’ barra mill-grilja hi obbligatorja biss jekk tammonta għal 1% jew aktar tal-kapaċità fil-kategorija tad-daqs rispettiva tagħha.
5.2.10.7. Marea, mewġ, oċean
5.2.10.9. Riħ lil hinn mill-kosta
5.2.10.10. Skart industrijali
5.2.10.11. Skart muniċipali
5.2.10.12. Bijofjuwils solidi
5.2.10.16. Bijofjuwils likwidi oħra
5.2.11. KARATTERISTIĊI TEKNIĊI
5.2.11.1. Superfiċje tal-kolletturi solari
Trid tiġi dikjarata l-erja totali tas-superfiċje tal-kolletturi solari installati. Is-superfiċje tal-kolletturi solari hi relatata biss mal-kolletturi solari użati għall-produzzjoni tas-sħana termali solari; is-superfiċje tal-kolletturi solari użati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku m’hemmx għalfejn tiġi rappurtata hawn (PV solari u enerġija solari kkonċentrata). Trid tiġi inkluża l-erja tas-superfiċje tal-kolletturi solari kollha: il-kolletturi glejżjati u mhux glejżjati, ta’ pjanċa ċatta u ta’ tubu vakwu bil-likwidu jew bl-arja bħala t-trasportatur tal-enerġija.
5.2.11.2. Kapaċità tal-produzzjoni għall-bijogażolina
5.2.11.3. Kapaċità tal-produzzjoni għall-bijodiżils
5.2.11.4. Kapaċità tal-produzzjoni għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett
5.2.11.5. Kapaċità tal-produzzjoni għal bijofjuwils likwidi oħra
5.2.11.6. Valur kalorifiku nett medju għall-bijogażolina
5.2.11.7. Valur kalorifiku nett medju għall-bijoetanol
5.2.11.8. Valur kalorifiku nett medju għall-bijodiżils
5.2.11.9. Valur kalorifiku nett medju għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett
5.2.11.10. Valur kalorifiku nett medju għal bijofjuwils likwidi oħra
5.2.11.11. Valur kalorifiku nett medju għall-faħam tal-kannol
5.2.11.12. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Aerotermika
5.2.11.12.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja Aerotermika
5.2.11.12.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-ilma Aerotermika
5.2.11.12.3. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja Aerotermika (riversibbli)
5.2.11.12.4. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-ilma Aerotermika (riversibbli)
5.2.11.12.5. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-arja tal-Egżost Aerotermika
5.2.11.12.6. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Arja-Ilma tal-Egżost Aerotermika
5.2.11.13. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Enerġija ġeotermali
5.2.11.13.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Enerġija Ġeotermali tal-art-arja
5.2.11.13.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma ta’ taħt l-art b’enerġija ġeotermali
5.2.11.14. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Sħana idrotermali
5.2.11.14.1. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma-arja idrotermali bis-sħana
5.2.11.14.2. Kapaċità termali tal-pompi tas-sħana: Ilma idrotermali bis-sħana
Għall-entrati kollha minn 5.2.11.12 sa 5.2.11.14.2, trid tiġi dikjarata s-subkategorija Li minnhom mill-pompi tas-sħana b’SPF iżjed mil-limitu. Il-limitu SPF (fattur tal-prestazzjoni staġunali) irid ikun konformi mad-Direttivi 2009/28/KE u (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
5.2.12. PRODUZZJONI TAL-BIJOFJUWILS U L-BIJOGASSIJIET SOLIDI
Il-produzzjoni totali tal-bijofjuwils solidi (eskluż il-faħam tal-kannol) trid tinqasam fost il-fjuwils li ġejjin:
5.2.12.1. Injam għall-fjuwil, residwi u prodotti sekondarji tal-injam
5.2.12.1.1. Gerbub tal-injam bħala parti mill-injam użat bħala fjuwil, residwi tal-injam u prodotti sekondarji tal-injam
5.2.12.4. Skart tal-annimali
5.2.12.5. Materjali u residwi veġetali oħra
5.2.12.6. Frazzjoni rinnovabbli tal-iskart industrijali
Il-produzzjoni totali tal-bijogass trid tinfired skont il-metodi tal-produzzjoni li ġejjin:
5.2.12.7. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-miżbliet
5.2.12.8. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: gass tal-ħama tad-dranaġġ
5.2.12.9. Bijogassijiet mill-fermentazzjoni anaerobika: bijogassijiet oħra mill-fermentazzjoni anaerobika
5.2.12.10. Bijogassijiet mill-proċessi termali
5.2.13. IMPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI U ESPORTAZZJONIJIET SKONT IL-PAJJIŻ TAD-DESTINAZZJONI
L-importazzjonijiet iridu jiġu rappurtati skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Applikabbli għall-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, bijofjuwils likwidi oħra, il-gerbub tal-injam.
5.3.
Unitajiet tal-kejl
L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts), is-sħana f’TJ (terajoules) u l-kapaċità elettrika f’MW (megawatts).
Il-kwantitajiet rappurtati jridu jiġu dikjarati f’TJ NCV (terajoules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).
Il-valuri kalorifiċi jridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).
Is-superfiċje tal-kolletturi solari jrid jiġi dikjarata f’1 000 m2.
Il-kapaċità tal-produzzjoni trid tiġi dikjarata f’kt (kilotunnellati) fis-sena.
6.
STATISTIKA NUKLEARI ANNWALI
Id-data li ġejja dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari trid tiġi dikjarata:
6.1.
Lista tal-aggregati
6.1.1. KAPAĊITÀ TAL-ARRIKKIMENT
Il-kapaċità operatorja separattiva annwali tal-impjanti tal-arrikkiment operazzjonali (separazzjoni isotopika tal-uranju).
6.1.2. KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL ĠDID
Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Eskluż l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.
6.1.3. KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI TAL-IMPJANTI TAL-FABBRIKAZZJONI TAL-FJUWIL MOX
Il-kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.
Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta’ plutonju u uranju (ossidu mħallat).
6.1.4. PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL ĠDID
Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti nukleari tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Eskluż il-vireg jew prodotti parzjali oħra. Eskluż ukoll l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.
6.1.5. PRODUZZJONI TA’ ELEMENTI TAL-FJUWIL MOX
Il-produzzjoni ta’ elementi finali tal-fjuwil ġdid fl-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Eskluż il-vireg jew prodotti parzjali oħra.
6.1.6. PRODUZZJONI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI
L-ammont totali tas-sħana ġġenerata mir-reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet utli oħra tas-sħana.
6.1.7. MEDJA ANNWALI TAL-UŻU TAL-ELEMENTI TAL-FJUWIL IRRADJATI LI JINTILFU DEFINITTIVAMENT
Il-medja kkalkulata tal-użu tal-elementi tal-fjuwil li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari tul is-sena ta’ referenza kkonċernata. Eskluż l-elementi tal-fjuwil li jintilfu biss temporanjament u li aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.
6.1.8. PRODUZZJONI TAL-URANJU U TAL-PLUTONJU FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID
L-uranju u l-plutonju magħmulin fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid tul is-sena ta’ referenza.
6.1.9. KAPAĊITÀ (TAL-URANJU U TAL-PLUTONJU) FL-IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR MILL-ĠDID
Il-kapaċità annwali tal-ipproċessar mill-ġdid tal-uranju u tal-plutonju.
6.2.
Unitajiet tal-kejl
tSWU (tunnellati ta’ unitajiet operatorji separattivi) għal 6.1.1.
tHM (tunnellati ta’ metall tqil) għal 6.1.4, 6.1.5., 6.1.8.
tHM (tunnellati ta’ metall tqil) fis-sena għal 6.1.2., 6.1.3, 6.1.9
TJ (terajoules) għal 6.1.6.
GWd/tHM (gigawatt/jum għal kull tunnellata ta’ metall tqil) għal 6.1.7.
7.
IDROĠENU
Id-data li ġejja dwar l-idroġenu trid tiġi dikjarata għall-ewwel darba għas-sena ta’ referenza 2024:
7.1.
Lista tal-aggregati
7.1.1. PROVVISTA
7.1.1.1. Produzzjoni indiġena
7.1.1.1.1. Mill-gass naturali
7.1.1.1.2. Minn prodotti taż-żejt u taż-żejt mhux raffinat
7.1.1.1.3. Mill-fjuwils solidi
7.1.1.1.4. Mir-rinnovabbli (inkluż l-iskart rinnovabbli)
7.1.1.1.5. Mill-iskart nonrinnovabbli
7.1.1.1.6. Mill-elettroliżi
7.1.1.1.6.1. Li minnhom: elettriku mir-rinnovabbli — linja diretta tat-trażmissjoni
7.1.1.1.6.2. Li minnhom: elettriku min-nukleari — linja diretta tat-trażmissjoni
7.1.1.1.6.3. Li minnhom: elettriku mill-fjuwils fossili — linja diretta tat-trażmissjoni
7.1.1.1.7. Mill-elettriku — Oħrajn
7.1.1.1.8. Minn sorsi oħra (Oħrajn)
7.1.1.2. Importazzjonijiet
7.1.1.3. Esportazzjonijiet
7.1.1.4. Bidliet fl-istokkijiet
7.1.1.5. Bunkers tal-baħar internazzjonali
7.1.1.6. Avjazzjoni internazzjonali
7.1.2. SETTUR TAT-TRASFORMAZZJONI
7.1.2.1. Produttur tal-attività ewlenija tal-elettriku
7.1.2.2. Awtoprodutturi tal-elettriku
7.1.2.3. Produtturi tal-attività ewlenija tas-CHP
7.1.2.4. Awtoprodutturi tas-CHP
7.1.2.5. Produttur tal-attività ewlenija tas-sħana
7.1.2.6. Awtoprodutturi tas-sħana
7.1.2.7. Impjanti tal-gass (u konverżjoni oħra għall-gassijiet)
7.1.2.8. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
7.1.2.9. Impjanti tat-taħlit tal-gass naturali
7.1.2.10. Għat-taħlit ma’ gażolina tal-magni/diżil/pitrolju
7.1.2.11. Għat-taħlit mar-rinnovabbli
7.1.2.12. Idroġenu mħallat mal-fjuwils rinnovabbli
7.1.2.13. Mhux speċifikat band’oħra — Transformazzjoni
7.1.3. SETTUR TAL-ENERĠIJA
7.1.3.1. Minjieri tal-faħam
7.1.3.2. Estrazzjoni taż-żejt u tal-gass
7.1.3.3. Raffineriji taż-żejt mhux raffinat
7.1.3.4. Fran tal-kokk (Enerġija)
7.1.3.5. Il-fran tal-blast (Enerġija)
7.1.3.6. Impjanti tal-gass (Enerġija)
7.1.3.7. Elettriku, CHP u sħana
7.1.3.8. Produzzjoni, likwifazzjoni u gassifikazzjoni tal-idroġenu
7.1.3.10. Mhux speċifikat band’oħra — Enerġija
7.1.4. TELF MIT-TRAZMISSJONI U MMID-DISTRIBUZZJONI
7.1.5 Konsum finali mhux tal-enerġija — Settur tal-Industrija
7.1.5.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
7.1.5.3. Metalli nonferrużi
7.1.5.4. Minerali nonmetalliċi
7.1.5.5. Tagћmir tat-trasport
7.1.5.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
7.1.5.8. Ikel, xorb u tabakk
7.1.5.9. Karta, polpa u stampar
7.1.5.10. Injam u prodotti tal-injam
7.1.5.12. Tessuti u ġilda
7.1.5.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
7.1.6 KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAL-INDUSTRIJA
7.1.6.2. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
7.1.6.3. Metalli nonferrużi
7.1.6.4. Minerali nonmetalliċi
7.1.6.5. Tagћmir tat-trasport
7.1.6.7. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
7.1.6.8. Ikel, xorb u tabakk
7.1.6.9. Karta, polpa u stampar
7.1.6.10. Injam u prodotti tal-injam
7.1.6.12. Tessuti u ġilda
7.1.6.13. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
7.1.7 KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR TAT-TRASPORT
7.1.7.1. Avjazzjoni domestika
7.1.7.4. Navigazzjoni domestika
7.1.7.5. Trasport bil-pipelines
7.1.7.6. Mhux speċifikat band’oħra — Trasport
7.1.8 KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA — SETTUR IEĦOR
7.1.8.1. Servizzi kummerċjali u pubbliċi
7.1.8.2. Unitajiet domestiċi
7.1.8.6. Mhux speċifikat band’oħra — Oħrajn
7.2.
Kapaċità tal-produzzjoni
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu kif tkun fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza trid tiġi dikjarata bl-istess livell ta’ dettall bħal dak għall-produzzjoni (il-punti 7.1.1.1 sa 7.1.1.1.8).
7.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’TJ (NCV) u l-kapaċità tal-produzzjoni f’TJ (NCV) kull sena.
8.
STATISTIKA DETTALJATA DWAR IL-KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA
Id-data diżaggregata li ġejja dwar il-konsum finali tal-enerġija trid tiġi dikjarata.
8.1.
Lista tal-aggregati
8.1.1. SETTUR TAL-INDUSTRIJA
Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.1 tal-Anness A.
8.1.1.1. Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri
8.1.1.1.1. Estrazzjoni tal-metalli mhux raffinati
8.1.1.1.2. Tħaffir ieħor fil-minjieri u fil-barrieri
8.1.1.1.3. Attivitajiet ta’ appoġġ għat-tħaffir fil-minjieri
8.1.1.2. Ikel, xorb u tabakk
8.1.1.2.1. Manifattura tal-prodotti tal-ikel
8.1.1.2.2. Manifattura tax-xorb
8.1.1.2.3. Manifattura tal-prodotti tat-tabakk
8.1.1.4. Injam u prodotti tal-injam
8.1.1.5. Polpa, karti u stampar
8.1.1.5.1. Manifattura tal-karti u tal-prodotti tal-karti
8.1.1.5.1.1. Manifattura tal-polpa
8.1.1.5.1.2. Karta u prodotti tal-karta oħra
8.1.1.5.2 Stampar u riproduzzjoni tal-midja rreġistrata
8.1.1.6. Sustanzi kimiċi u petrokimiċi
8.1.1.6.1. Manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi
8.1.1.6.2. Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi
8.1.1.7. Minerali nonmetalliċi
8.1.1.7.1. Manifattura tal-ħġieġ u prodotti tal-ħġieġ
8.1.1.7.2. Manifattura tas-siment, tal-ġir u tal-ġibs (inkluż il-klinker)
8.1.1.7.3. Prodotti minerali nonmetalliċi oħra
8.1.1.8. Ħadid u azzar [Manifattura ta’ metalli bażiċi A]
8.1.1.9. Industriji tal-metalli nonferrużi [Manifattura tal-metalli bażiċi B]
8.1.1.9.1. Produzzjoni tal-aluminju
8.1.1.9.2. Industriji tal-metalli nonferrużi oħra
8.1.1.10.1. Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat, eskluż il-makkinarju u t-tagħmir
8.1.1.10.2. Manifattura tal-prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi
8.1.1.10.3. Manifattura tat-tagħmir elettriku
8.1.1.10.4. Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c.
8.1.1.11. Tagћmir tat-trasport
8.1.1.12. Mhux speċifikat band’oħra — Industrija
8.1.1.12.1. Manifattura tal-prodotti tal-lasktu u tal-plastik
8.1.1.12.2. Manifattura tal-għamara
8.1.1.12.3. Manifattura oħra
8.1.2. SETTUR TAT-TRASPORT
Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.2 tal-Anness A.
8.1.2.1.1. Ferroviji b’veloċità kbira
8.1.2.1.2. Ferroviji konvenzjonali
8.1.2.1.2.1. Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija konvenzjonali
8.1.2.1.2.2. Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija konvenzjonali
8.1.2.2.1. Vetturi tqal li jġorru l-merkanzija
8.1.2.2.2. Trasport kollettiv
8.1.2.2.3. Karozzi u vannijiet
8.1.2.2.4. Trasport bit-triq ieħor
8.1.3. SETTUR TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI U PUBBLIĊI
Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.3.1 tal-Anness A.
8.1.3.1. Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir
8.1.3.2. Provvista tal-ilma; drenaġġ, immaniġġar tal-iskart u attivitajiet tar-rimedju
8.1.3.3. Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi
8.1.3.3.1. Kummerċ bl-ingrossa
8.1.3.3.2. Kummerċ bl-imnut
8.1.3.4 Magazzinaġġ u attivatijiet ta’ appoġġ għat-trasportazzjoni
8.1.3.5. Attivitajiet tal-posta u tal-kurrier
8.1.3.6. Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel
8.1.3.6.1. Akkomodazzjoni
8.1.3.6.2. Attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel
8.1.3.7. Informazzjoni u komunikazzjoni
8.1.3.8. Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni u attivitajiet ta’ proprjetà immobbli
8.1.3.9. Attivitajiet amministrattivi u ta’ servizzi ta’ appoġġ
8.1.3.10. Amministrazzjoni pubblika u difiża; assigurazzjoni soċjali obbligatorja
8.1.3.12. Saħħa tal-bniedem u attivitajiet ta’ xogħol soċjali
8.1.3.12.1. Attivitajiet tal-isptar
8.1.3.13. Arti, divertiment u rikreazzjoni
8.1.3.13.1 Attivitajiet sportivi
8.1.3.14 Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u korpi ekstraterritorjali
8.1.3.15. Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi u servizzi oħra
8.1.3.16 Ċentri tad-data.
Iridu jiġu dikjarati biss iċ-ċentri tad-data ospitati mill-unitajiet tar-rappurtar (irrispettivament mill-kodiċi NACE tagħhom) b’kapaċità totali tal-enerġija ta’ 1 MW jew aktar. L-ewwel rappurtar obbligatorju għal din l-entrata hu s-sena ta’ referenza 2024.
8.1.4. SETTUR TAL-UNITAJIET DOMESTIĊI
Iridu jiġu rappurtati skont id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 2.6.3.2 tal-Anness A.
8.1.4.1. Unitajiet domestiċi: Tisħin tal-ispazju
8.1.4.2. Unitajiet domestiċi: Tkessiħ tal-ispazju
8.1.4.3. Unitajiet domestiċi: Tisħin tal-ilma
8.1.4.4. Unitajiet domestiċi: Tisjir
8.1.4.5. Unitajiet domestiċi: Tidwil u apparati
Tikkonċerna l-elettriku biss
8.1.4.6. Unitajiet Domestiċi: Użi finali oħra
8.2.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha tal-enerġija elenkati fl-Anness A.
Il-Eurostat se jispeċifika l-lista attwali tal-prodotti tal-enerġija li għalihom id-data koperta mill-punt 7 tal-Anness B trid tiġi rappurtata fil-mudell tar-rappurtar, bħala subsett ta’ dawk elenkati fil-punt 3 tal-Anness A.
8.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet tal-fjuwils fossili solidi jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).
Il-kwantitajiet taż-żejt mhux raffinat u prodotti taż-żejt mhux raffinat iridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).
Il-kwantitajiet tal-gass naturali u tal-gassijiet manifatturati (gass tal-impjanti tal-gass, gass tal-fran tal-kokk, gass tal-fran tal-blast, gassijiet irkuprati oħra) iridu jiġu dikjarati skont il-kontenut tal-enerġija f’TJ GCV (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi grossi).
L-elettriku jrid jiġi dikjarat f’GWh (sigħat ta’ gigawatts).
Il-kwantitajiet tas-sħana iridu jiġu dikjarati f’TJ (terajoules abbażi tal-valuri kalorifiċi netti).
Il-kwantitajiet tar-rinnovabbli u tal-iskart iridu jiġu dikjarati f’TJ NCV (terajoules abbażi tal-valur kalorifiku nett), għajr għall-faħam tal-kannol, il-bijogażolina, il-bijoetanol, il-pitrolju bijoloġiku tal-ġett, il-bijodiżils, u bijofjuwils likwidi oħra li jridu jiġu dikjarati f’kt (kilotunnellati).
Il-valuri kalorifiċi għall-fjuwils fossili solidi, iż-żejt mhux raffinat u l-prodotti taż-żejt mhux raffinat, u r-rinnovabbli u l-iskart iridu jiġu dikjarati f’MJ/t (megajoules għal kull tunnellata).
Il-valuri kalorifiċi għall-gass naturali u l-gassijiet manifatturati jridu jiġu dikjarati f’kJ/m3, jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15°C, 101 325 Pa).
Għall-prodotti l-oħra tal-enerġija li jeħtieġu rappurtar, l-unitajiet applikabbli huma definiti fil-Kapitoli rilevanti ta’ dan l-Anness.
8.4.
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data:
Id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Marzu tat-tieni sena wara s-sena rappurtata.
8.5.
Eżenzjonijiet
Ċipru hu eżentat milli jirrapporta l-konsum finali diżaggregat tal-enerġija taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat (kif definit fit-Taqsima 3.4 tal-Anness A) għall-aggregati kollha koperti mit-Taqsima 8.1.4 ta’ dan l-Anness (Unitajiet Domestiċi).
9.
DATA ANNWALI PRELIMINARI
9.1.
Prodotti tal-enerġija applikabbli
Dan il-ġbir tad-data japplika għall-prodotti kollha deskritti fit-Taqsimiet 1.1., 2.1., 3.1., 4.1. u 5.1. ta’ dan l-Anness.
9.2.
Lista tal-aggregati
Trid tiġi dikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja:
9.2.1.
Għall-fjuwils fossili solidi u l-gassijiet manifatturati: 1.2.1.1., 1.2.1.2., 1.2.1.6., 1.2.1.7., 1.2.1.8., 1.2.1.9. kif definit fil-Kapitolu 1 ta’ dan l-Anness.
9.2.2.
Għall-gass naturali: 2.2.1.1., 2.2.1.2., 2.2.1.3., 2.2.1.4., 2.2.1.5., 2.2.1.6., 2.2.9. kif definit fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness.
9.2.3.
Għall-elettriku u s-sħana: il-produzzjoni grossa skont il-prodott għall-prodotti individwali kollha, l-użu proprju, it-total tat-telf mit-trażmissjoni u mid-distribuzzjoni (3.2.3. and 3.2.4.) and 3.2.2.3., 3.2.2.4, 3.2.2.5, 3.2.2.6., 3.2.2.7., 3.2.2.8., 3.2.2.9. kif definit fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Anness.
9.2.4.
Għaż-żejt mhux raffinat u l-prodotti taż-żejt mhux raffinat: 4.2.1.1., 4.2.1.2., 4.2.1.3., 4.2.1.4., 4.2.1.5., 4.2.1.6., 4.2.1.7., 4.2.1.8., 4.2.1.9., 4.2.1.10., 4.2.2.1., 4.2.2.2., 4.2.2.3., 4.2.2.4., 4.2.2.5., 4.2.2.6., 4.2.2.7., 4.2.2.8., 4.2.2.9., 4.2.2.10. kif definit fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-Anness.
9.2.5.
Għall-enerġija rinnovabbli u l-enerġija minn skart: 5.2.2.1., 5.2.2.2., 5.2.2.3., 5.2.2.4., 5.2.10.1., 5.2.10.2., 5.2.10.3., 5.2.10.8., 5.2.10.9. kif definit fil-Kapitolu 5 ta’ dan l-Anness.
9.3.
Unitajiet tal-kejl
Il-kwantitajiet iridu jiġu dikjarati f’unitajiet definiti fit-Taqsimiet 1.3., 2.3., 3.3., 4.3. u 5.3. ta’ dan l-Anness.
9.4.
Skadenza għat-trażmissjoni tad-data
Id-data trid tintbagħat sal-31 ta’ Mejju tas sena wara s-sena rappurtata.