+REGOLAMENT (UE) 2015/758 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Obbligi ġenerali tal-manifatturi
---+Artikolu 5 Obbligi speċifiċi tal-manifatturi
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
------+Artikolu 5 8.
------+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 6 Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
------+Artikolu 6 7.
------+Artikolu 6 8.
------+Artikolu 6 9.
------+Artikolu 6 10.
------+Artikolu 6 11.
------+Artikolu 6 12.
------+Artikolu 6 13.
---+Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri
---+Artikolu 8 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 9 Atti ta' implimentazzjoni
---+Artikolu 10 Proċedura ta' Kumitat
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Pieni
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Rappurtar u rieżami
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 13 Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE
---+Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
English - European Union - ICT -

REGOLAMENT (UE) 2015/758 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

REGOLAMENT (UE) 2015/758 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2015

li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni KE skont it-tip ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tas-sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq in-numru 112.

Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112” tfisser sistema ta' emerġenza, li tinkludi tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jiskattaw, jimmaniġġjaw u jwettqu t-trasmissjoni tal-eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, u li ġġorr, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil, sett minimu ta' data u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u l-PSAP tal-eCall;

(2) 

“eCall” tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura għan-numru 112, magħmula jew b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri fil-vettura jew b'mod manwali, li għandha sett minimu ta' data u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-PSAP tal-eCall permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni pubbliċi u mobbli mingħajr fil;

(3) 

“ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika” (jew “PSAP”) tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta' emerġenza jaslu l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(4) 

“PSAP l-aktar adatt” tfisser PSAP determinat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti biex ikopri sejħiet ta' emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta' emerġenza ta' tip partikolari;

(5) 

“PSAP tal-eCall” tfisser PSAP l-aktar adatt determinat minn qabel mill-awtoritajiet biex jirċievi u jittratta l-ewwel l-eCalls;

(6) 

“sett minimu ta' data” (jew “MSD”) tfisser l-informazzjoni ddefinita mis-“Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — Sett minimu ta' data (MSD) għall-eCall” standard (EN 15722:2011), li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall;

(7) 

“tagħmir immuntat fil-vettura” tfisser tagħmir installat fil-vettura b'mod permanenti li jipprovdi jew li għandu aċċess għad-data meħtieġa biex issir it-transazzjoni tal-eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili;

(8) 

“transazzjoni tal-eCall” tfisser l-istabbiliment ta' sessjoni tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil fin-netwerk pubbliku kollu tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil u t-trasmissjoni ta' MSD minn vettura lejn PSAP tal-eCall u l-istabbiliment ta' kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-istess PSAP tal-eCall;

(9) 

“netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil disponibbli għall-pubbliku f'konformità mad-Direttivi 2002/21/KE ( 1 ) u 2002/22/KE ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(10) 

“eCall sostnuta minn servizzi terzi” (jew “eCall TPS”) tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura lil fornitur ta' servizz ta' parti terza, magħmula b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi;

(11) 

“Fornitur ta' servizzi terzi (TPSP)” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta mill-awtoritajiet nazzjonali li jkollha l-permess li tirċievi eCall TPS u tgħaddi l-MSD lill-PSAP tal-eCall;

(12) 

“Sistema eCall għal servizzi terzi mmuntata fil-vettura” tfisser sistema attivata jew b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi.

Artikolu 4 Obbligi ġenerali tal-manifatturi

Artikolu 4

Obbligi ġenerali tal-manifatturi

Il-manifatturi għandhom juru li t-tipi l-ġodda kollha ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2 huma mgħammra b'sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 li hija installata b'mod permanenti, f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5 Obbligi speċifiċi tal-manifatturi
Artikolu 6 Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
Artikolu 7 Obbligi tal-Istati Membri

Artikolu 7

Obbligi tal-Istati Membri

B'effett mill-31 ta' Marzu 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu biss l-approvazzjoni KE skont it-tip fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112. għal tipi ġodda ta' vetturi u għal tipi ġodda ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi, li huma konformi ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 9 Atti ta' implimentazzjoni

Artikolu 9

Atti ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni skont it-tip KE ta' vetturi fir-rigward tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112 u ta' sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq in-numru 112, u l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mfassla u mibnija għal tali vetturi kif mitlub mill-Artikolu 5(1) rigward:

(a) 

l-iskedi għad-dokumenti ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni skont it-tip;

(b) 

l-iskedi għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni KE skont it-tip;

(c) 

il-mudell(i) għall-marka tal-approvazzjoni KE skont it-tip.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

L-ewwel tali atti delegati għandhom jiġu adottati sad-9 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 10 Proċedura ta' Kumitat
Artikolu 11 Pieni
Artikolu 12 Rappurtar u rieżami
Artikolu 13 Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Artikolu 13

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi I, III, IV u XI għad-Direttiva 2007/46/KE huma b'dan emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14 Dħul fis-seħħ

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(2), l-Artikolu 5(8) u (9), l-Artikolu 6(12) u (13) u l-Artikoli 8, 9, 10 u 12 għandhom japplikaw mit-8 ta' Ġunju 2015.

L-Artikoli għajr dawk imsemmijin fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-31 ta' Marzu 2018.

ANNESS




ANNESS

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Anness I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“12.8. sistema eCall

12.8.1. Preżenza: iva/le (1)

12.8.2. deskrizzjoni jew disinni tekniċi tal-apparat: …”

;

(2) 

fl-Anness III, Parti I, Taqsima A, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“12.8. sistema eCall

12.8.1. Preżenza: iva/le (1)”

;

(3) 

fl-Anness IV, Parti I hija emendata kif ġej:

(a) 

tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:



Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

X

 

 

X”;

 

 

 

 

 

 

(b) 

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i) 

tiżdied l-entrata li ġejja fit-Tabella 1:



Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Kwistjonijiet speċifiċi

Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

 

Mhux applikabbli”;

(ii) 

tiżdied l-entrata li ġejja fit-Tabella 2:



Entrata

Suġġett

Att regolatorju

Kwistjonijiet speċifiċi

Applikabbiltà u rekwiżiti speċifiċi

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

 

Mhux applikabbli”;

(c) 

fl-Appendiċi 2, taqsima 4 “Rekwiżiti Tekniċi” hija emendata kif ġej:

(i) 

fil-Parti I, tiżdied l-entrata li ġejja: Vetturi tal-kategorija M1:



Entrata

Referenza għall-att regolatorju

Rekwiżiti alternattivi

“72

Regolament (UE) 2015/758 (sistemi eCall)

Ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”;

(ii) 

fil-Parti II, tiżdied l-entrata li ġejja: Vetturi tal-kategorija N1:



Entrata

Referenza għall-att regolatorju

Rekwiżiti alternattivi

“72

Regolament (UE) 2015/758 (sistemi eCall)

Ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.”;

(4) 

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a) 

fl-Appendiċi 1 tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:



Entrata

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (*) kg

M1 > 2 500 (*) kg

M2

M3

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”;

(b) 

fl-Appendiċi 2, tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”;

(c) 

fl-Appendiċi 3, tiżdied l-entrata li ġejjafit-tabella:



Entrata

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

M1

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

G”;

(d) 

fl-Appendiċi 4, tiżdied l-entrata li ġejja fit-tabella:



Entrata

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“72

sistema eCall

Regolament (UE) 2015/758

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

G

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli”;

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit