+REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
------+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 2 (1)
---------+Artikolu 2 (2)
---------+Artikolu 2 (3)
---------+Artikolu 2 (4)
---------+Artikolu 2 (5)
---------+Artikolu 2 (6)
---------+Artikolu 2 (7)
---------+Artikolu 2 (8)
---------+Artikolu 2 (9)
---------+Artikolu 2 (10)
---------+Artikolu 2 (11)
---------+Artikolu 2 (12)
---------+Artikolu 2 (13)
---------+Artikolu 2 (14)
---------+Artikolu 2 (15)
---------+Artikolu 2 (16)
---------+Artikolu 2 (17)
---------+Artikolu 2 (18)
---------+Artikolu 2 (19)
---------+Artikolu 2 (20)
---------+Artikolu 2 (21)
---------+Artikolu 2 (22)
------+Artikolu 3 Awtorità kompetenti
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
---------+Artikolu 3 3
---+KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji
------+Artikolu 4 Valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku
------+Artikolu 5 Il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
---------+Artikolu 5 6
---------+Artikolu 5 7
------+Artikolu 6 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 7 L-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali
---------+Artikolu 7 1
---------+Artikolu 7 2
---------+Artikolu 7 3
---------+Artikolu 7 4
------+Artikolu 8 Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---------+Artikolu 8 4
---------+Artikolu 8 5
------+Artikolu 9 Valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---+KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
------+Artikolu 10 L-istabbiliment ta' pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
---------+Artikolu 10 3
---------+Artikolu 10 4
---------+Artikolu 10 5
---------+Artikolu 10 6
---------+Artikolu 10 7
---------+Artikolu 10 8
------+Artikolu 11 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri nazzjonali
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri reġjonali u bilaterali
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
------+Artikolu 13 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
---------+Artikolu 13 3
---------+Artikolu 13 4
---+KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku
------+Artikolu 14 Twissija bikrija u dikjarazzjoni ta' kriżi tal-elettriku
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
---------+Artikolu 14 3
---------+Artikolu 14 4
------+Artikolu 15 Il-kooperazzjoni u l-assistenza
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---------+Artikolu 15 5
---------+Artikolu 15 6
---------+Artikolu 15 7
---------+Artikolu 15 8
---------+Artikolu 15 9
------+Artikolu 16 Konformità mar-regoli tas-suq
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
---------+Artikolu 16 3
---+KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ
------+Artikolu 17 Evalwazzjoni ex post
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
---------+Artikolu 17 4
------+Artikolu 18 Monitoraġġ
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
------+Artikolu 19 Trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
---+KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali
------+Artikolu 20 Il-kooperazzjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija
------+Artikolu 21 Deroga
------+Artikolu 22 Dispożizzjoni tranżizzjonali sa meta jiġu stabbiliti ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
------+Artikolu 23 Tħassir
------+Artikolu 24 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
------+1. SOMMARJU TAX-XENARJI TA' KRIŻI TAL-ELETTRIKU
------+2. RWOLI U RESPONSABBILTAJIET TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI
------+3. PROĊEDURI U MIŻURI FIL-KRIŻI TAL-ELETTRIKU
---------+3.1. Proċeduri u miżuri nazzjonali
---------+3.2. Proċeduri u miżuri reġjonali u bilaterali
------+4. KOORDINATUR TAL-KRIŻI
------+5. KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
------+6. TESTIJIET TA' EMERĠENZA
|
English -
European Union -
Energy -
REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) 2019/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Ġunju 2019
dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1)
|
Is-settur tal-elettriku fl-Unjoni għaddej minn trasformazzjoni profonda, ikkaratterizzata minn swieq aktar deċentralizzati b'aktar atturi, sehem ogħla ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u sistemi interkonnessi aħjar. Bi tweġiba, ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandhom l-għan li jtejbu l-qafas legali li jirregola s-suq intern tal-Unjoni tal-elettriku, sabiex jiżguraw li s-swieq u n-netwerks jaħdmu b'mod ottimali, għall-benefiċċju tan-negozji u taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, li minnhom is-sigurtà tal-enerġija, is-solidarjetà, il-fiduċja u politika ambizzjuża dwar it-tibdil fil-klima huma parti integrali.
|
|
(2)
|
Swieq u sistemi li jaħdmu sew, b'interkonnessjonijiet tal-elettriku adegwati, huma l-aħjar garanzija ta' sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Madankollu, anki fejn is-swieq u s-sistemi jkunu jaħdmu sew u jkunu interkonnessi, ir-riskju ta' kriżi tal-elettriku, bħala riżultat ta' diżastri naturali, bħal kondizzjonijiet ta' temp estrem, attakki malizzjużi jew nuqqas ta' fjuwil qatt ma jista' jiġi eskluż. Il-konsegwenzi ta' kriżijiet tal-elettriku spiss jinfirxu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Anki fejn tali kriżijiet jibdew f'livell lokali, l-effett tagħhom malajr jistgħu jinfirxu lil hinn mill-fruntieri. Ċerti ċirkustanzi estremi, bħal perjodi ta' kesħa, mewġat ta' sħana jew ċiberattakki, jistgħu jaffettwaw lil reġjuni sħaħ fl-istess ħin.
|
|
(3)
|
F'kuntest ta' swieq u ta' sistemi tal-elettriku interkonnessi, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku ma jistgħux jitqiesu bħala li huma kompitu purament nazzjonali. Il-potenzjal ta' miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jenħtieġ li jiġi sfruttat iżjed. Jenħtieġu qafas komuni ta' regoli u proċeduri kkoordinati aħjar sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u atturi oħrajn jkunu jistgħu jikkooperaw b'mod effettiv b'mod transfruntier fi spirtu ta' aktar trasparenza, fiduċja u solidarjetà bejn l-Istati Membri.
|
|
(4)
|
Id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) stabbilixxiet il-miżuri neċessarji li l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku b'mod ġenerali. Id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva fil-parti l-kbira ġew sostitwiti minn atti leġislattivi sussegwenti, b'mod partikolari rigward kif is-swieq tal-elettriku jenħtieġ li jiġu organizzati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed kapaċità disponibbli, kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li jikkooperaw għall-garanzija ta' stabbiltà tas-sistema, u rigward kif jiġi żgurat l-istabbiliment ta' infrastruttura xierqa. Dan ir-Regolament jindirizza l-kwistjoni speċifika tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-elettriku.
|
|
(5)
|
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 (7) u (UE) 2017/2196 (8) jikkostitwixxu ġabra ddettaljata ta' regoli li tirregola kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn jenħtieġ li jaġixxu u jikkooperaw sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema. Dawk ir-regoli tekniċi jenħtieġ li jiżguraw li ħafna mill-inċidenti relatati mal-elettriku jiġu indirizzati b'mod effettiv f'livell operazzjonali. Dan ir-Regolament jiffoka fuq kriżijiet tal-elettriku ta' skala u impatt akbar. Jistabbilixxi x'jenħtieġ li jagħmlu l-Istati Membri sabiex jevitaw tali kriżijiet u x'miżuri jistgħu jieħdu jekk ir-regoli operazzjonali tas-sistema ma jkunux biżżejjed. Anki fi kriżijiet tal-elettriku, ir-regoli operazzjonali tas-sistema jenħtieġ li jkomplu jiġu rrispettati bis-sħiħ u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun konsistenti mar-Regolament (UE) Nru 2017/2196.
|
|
(6)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni ta' regoli dwar kif isiru l-prevenzjoni ta', it-tħejjija għal, u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku, sabiex b'hekk tinkiseb aktar trasparenza fil-fażi ta' tħejjija u matul kriżi tal-elettriku u jiġi żgurat li jittieħdu miżuri b'mod ikkoordinat u effikaċi. Huwa jobbliga lill-Istati Membri jikkooperaw f'livell reġjonali u, fejn applikabbli, b'mod bilaterali, fi spirtu ta' solidarjetà. Huwa jistabbilixxi wkoll qafas għall-monitoraġġ effettiv tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elettriku (ECG), li ġie stabbilit permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 (9) bħala forum li fih tiġi skambjata l-informazzjoni u titrawwem il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-qafas ta' monitoraġġ huma maħsuba biex tinkiseb tħejjija aħjar għar-riskji b'inqas spejjeż. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jsaħħaħ ukoll is-suq intern tal-elettriku billi jsaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenza bejn l-Istati Membri u jelimina interventi żejda mill-Istat fi kriżijiet tal-elettriku, u b'mod partikolari jevita tnaqqis indebitu tal-flussi transfruntiera u tal-kapaċitajiet ta' trażmissjoni transżonali, b'tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta' effetti kollaterali negattivi fuq l-Istati Membri ġirien.
|
|
(7)
|
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) tistabbilixxi regoli ġenerali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, filwaqt li ser jiġu żviluppati regoli speċifiċi dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' kodiċi tan-netwerk kif previst fir-Regolament (UE) 2019/943. Dan ir-Regolament jikkomplementa d-Direttiva (EU) 2016/1148 billi jiżgura li ċ-ċiberinċidenti jiġu identifikati kif xieraq bħala riskju, u li l-miżuri meħuda sabiex jiġu indirizzati jkunu riflessi kif xieraq fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji.
|
|
(8)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (11) tistabbilixxi proċess bl-għan li jtejjeb is-sigurtà ta' infrastruttura kritika Ewropea speċifikata, inkluża ċerta infrastruttura tal-elettriku. Id-Direttiva 2008/114/KE, flimkien ma' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' approċċ komprensiv għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni.
|
|
(9)
|
Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Istati Membri sabiex jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq kull tliet snin, u sabiex jiżviluppaw u jirfinaw l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq. L-azzjonijiet speċifiċi ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' ppjanar għar-riskju msemmija f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-valutazzjonijiet nazzjonali usa' tar-riskju ta' diversi perikli meħtieġa taħt id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
|
|
(10)
|
L-Istati Membri huma responsabbli li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fit-territorji tagħhom, filwaqt li s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku hija wkoll responsabbiltà kondiviża fost il-Kummissjoni u atturi oħrajn tal-Unjoni, fi ħdan is-setturi rispettivi tagħhom ta' attività u kompetenza. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tirrikjedi kooperazzjoni effettiva fost l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta' sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti skont l-Artikoli 31 u 40 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra għandhom ukoll rwol importanti fl-iżgurar u s-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, bħala parti mill-kompiti tagħhom attribwiti mill-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-Istati Membri jenħtieġ li jinnominaw entità eżistenti jew entità ġdida bħala l-awtorità nazzjonali governattiva jew regolatorja kompetenti unika tagħhom bil-għan li tiżgura l-parteċipazzjoni trasparenti u inklużiva tal-atturi kollha involuti, it-tħejjija effiċjenti u l-implimentazzjoni korretta tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, kif ukoll tiffaċilita l-prevenzjoni u l-evalwazzjoni ex post tal-kriżijiet tal-elettriku u l-iskambji ta' informazzjoni fir-rigward tagħhom.
|
|
(11)
|
Approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jirrikjedi fehim komuni, bejn l-Istati Membri, dwar x'tikkostitwixxi kriżi tal-elettriku. B'mod partikolari jenħtieġ li dan ir-Regolament jiffaċilita l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri għall-fini tal-identifikazzjoni ta' sitwazzjoni fejn jeżisti jew ikun imminenti r-riskju potenzjali ta' qtugħ tal-elettriku sinifikanti jew l-impossibbiltà li jiġi pprovdut l-elettriku lill-konsumaturi. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (“ENTSO għall-Elettriku”) u l-Istati Membri jenħtieġ li, rispettivament, jiddeterminaw xenarji konkreti ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Dak l-approċċ jenħtieġ li jiżgura li l-kriżijiet rilevanti kollha tal-elettriku jkunu koperti, filwaqt li jqis l-ispeċifitajiet reġjonali u nazzjonali bħat-topoloġija tal-grilja, it-taħlita tal-elettriku, id-daqs tal-produzzjoni u l-konsum u l-livell tad-densità tal-popolazzjoni.
|
|
(12)
|
Approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jużaw l-istess metodi u definizzjonijiet sabiex jidentifikaw riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u jkunu effettivament f'pożizzjoni li jqabblu kemm huma u l-ġirien tagħhom sejrin tajjeb f'dak il-qasam. Dan ir-Regolament jidentifika żewġ indikaturi għas-sorveljanza tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Unjoni: “enerġija mistennija mhux servita”, espressa f'GWh/sena, u “telf bit-tagħbija mistenni”, espress f'sigħat kull sena. Dawk l-indikaturi huma parti mill-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa mill-ENTSO għall-Elettriku, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/943. L-ECG jenħtieġ li jwettaq monitoraġġ regolari tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawk l-indikaturi. L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tenħtieġ li tuża dawk l-indikaturi anki meta tirrapporta dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fir-rapporti annwali tagħha ta' monitoraġġ tas-suq tal-elettriku, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).
|
|
(13)
|
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-valutazzjonijiet tar-riskju b'mod li tinbena l-fiduċja bejn l-Istati Membri fi kriżi tal-elettriku, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju. Għaldaqstant, l-ENTSO għall-Elettriku, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li jiżviluppa u jaġġorna metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni mal-ACER, u mal-ECG, fil-formazzjoni tagħha, magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jipproponi l-metodoloġija u jenħtieġ li l-ACER tapprovaha. L-ACER, meta tikkonsulta lill-ECG, tenħtieġ li tqis bis-sħiħ il-fehmiet tal-ECG. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jaġġorna l-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida sinifikanti.
|
|
(14)
|
Fuq il-bażi tal-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tar-riskju, l-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jfassal u jaġġorna b'mod regolari xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kondizzjonijiet ta' temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta' fjuwil jew attakki malizzjużi. Meta jiġi kkunsidrat ix-xenarju ta' kriżi ta' nuqqas ta' fjuwil tal-gass, jenħtieġ li jiġi vvalutat ir-riskju ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fuq il-bażi tax-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista u tal-infrastruttura tal-gass żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG) skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). L-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jkun jista' jiddelega kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2019/943. Dawk il-kompiti delegati jenħtieġ li jsiru taħt is-superviżjoni tal-ENTSO għall-Elettriku. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta' kriżi tal-elettriku nazzjonali tagħhom fuq il-bażi ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali fil-prinċipju kull erba' snin. Dawk ix-xenarji jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeskrivu wkoll kwalunkwe riskju li jidentifikaw b'rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta' investimenti, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, b'indikazzjoni għaliex iqisu li tali miżuri bħala neċessarji u proporzjonati.
|
|
(15)
|
Approċċ ġenerali għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' riskju u għall-iżvilupp ta' miżuri ta' prevenzjoni, tħejjija u mitigazzjoni jenħtieġ li jġib miegħu benefiċċji sinifikanti f'termini tal-effikaċja ta' dawk il-miżuri u tal-użu ottimali tar-riżorsi. Barra minn hekk, fi kriżi tal-elettriku simultanja, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jeħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw f'kuntest reġjonali.
|
|
(16)
|
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jenħtieġ li jwettqu l-kompiti ta' rilevanza reġjonali assenjati lilhom skont ir-Regolament (UE) 2019/943. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv u jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti bl-għan li jiġu evitati u mmitigati inċidenti tal-elettriku fuq skala akbar, il-kooperazzjoni reġjonali meħtieġa taħt dan ir-Regolament tenħtieġ li tibni fuq l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali użati f'livell tekniku, jiġifieri l-gruppi ta' Stati Membri li jaqsmu l-istess ċentru ta' kooperazzjoni reġjonali. Ir-reġjuni ġeografiċi taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali huma għalhekk rilevanti għall-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u l-valutazzjonijiet tar-riskju. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiffurmaw sottogruppi fi ħdan ir-reġjuni għall-fini ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-miżuri reġjonali konkreti, billi l-kapaċità teknika li tingħata assistenza reċiproka lil xulxin fi kriżi tal-elettriku hija essenzjali. Tali sottogruppi jistgħu jkunu bbażati fuq forums ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Dan peress li mhux l-Istati Membri kollha f'reġjun akbar neċessarjament se jkunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lil Stat Membru ieħor fi kriżi tal-elettriku. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li l-Istati Membri kollha f'reġjun jikkonkludu ftehimiet reġjonali dwar miżuri reġjonali konkreti. Minflok, l-Istati Membri li jkollhom il-kapaċità teknika li jipprovdu assistenza lil xulxin jenħtieġ li jikkonkludu tali ftehimiet.
|
|
(17)
|
Ir-Regolament (UE) 2019/943 jipprevedi l-użu ta' metodoloġija komuni għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fit-terminu medju sa fit-tul (minn 10 snin bil-quddiem sa sena bil-quddiem), bl-għan li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward il-ħtiġijiet ta' investiment possibbli jsiru fuq bażi trasparenti u maqbula b'mod komuni. Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha skop differenti mill-valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir li jintużaw għall-identifikazzjoni ta' problemi possibbli relatati mal-adegwatezza f'perjodi qosra, jiġifieri valutazzjoni tal-adegwatezza staġjonali (sitt xhur minn qabel) u valutazzjonijiet tal-adegwatezza ta' ġimgħa bil-quddiem sa mill-inqas ġurnata qabel. Rigward il-valutazzjonijiet għal terminu qasir, hemm bżonn ta' approċċ komuni għall-mod kif jiġu identifikati l-problemi possibbli relatati mal-adegwatezza. L-ENTSO għall-Elettriku jenħtieġ li jwettaq valutazzjoni tal-adegwatezza għax-xitwa u għas-sajf sabiex iwissi lill-Istati Membri u lil operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni dwar riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku li jistgħu jinqalgħu fis-sitt xhur li jmiss. Biex jittejbu dawk il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza, jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jiżviluppa metodoloġija probabilistika komuni għalihom, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u f'kooperazzjoni mal-ACER, u mal-ECG, fil-formazzjoni tagħha magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jipproponi dik il-metodoloġija u aġġornamenti tagħha lill-ACER, u jenħtieġ li l-ACER tapprova l-proposta u l-aġġornamenti. Meta tikkonsulta l-ECG, jenħtieġ li l-ACER tqis sew il-fehmiet espressi mill-ECG. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jaġġorna l-metodoloġija komuni meta tkun disponibbli informazzjoni ġdida sinifikanti. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku jkun kapaċi jiddelega kompiti relatati mal-valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, filwaqt li jenħtieġ li l-kompiti delegati jitwettqu taħt is-superviżjoni tal-ENTSO għall-Elettriku.
|
|
(18)
|
L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jenħtieġ li japplikaw il-metodoloġija użata għat-tħejjija ta' valutazzjonijiet tal-adegwatezza staġjonali meta jwettqu kwalunkwe tip ieħor ta' valutazzjoni tar-riskju għal terminu qasir, jiġifieri l-previżjonijiet tal-adegwatezza tal-provvista ġenerata ta' ġimgħa bil-quddiem sa mill-inqas ġurnata qabel ipprovduti fir-Regolament (UE) 2017/1485.
|
|
(19)
|
Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet tal-elettriku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tenħtieġ li tfassal pjan ta' tħejjija għar-riskji abbażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati, bħar-rappreżentanti ta' produtturi jew tal-korpi tal-kummerċ tagħhom jew ta' operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, fejn dawn ikunu rilevanti għall-prevenzjoni u t-trattament ta' kriżi tal-elettriku. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiddeċiedu dwar l-arranġamenti xierqa għat-twettiq tal-konsultazzjoni. Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji kollha tal-kriżi tal-elettriku identifikati. Jenħtieġ li jitqies l-impatt ambjentali tal-miżuri proposti mil-lat ta' provvista u mil-lat ta' domanda. Il-pjanijiet jenħtieġ li jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu miżuri mhux ibbażati fuq is-suq sabiex jiġu mitigati sitwazzjonijiet ta' kriżi tal-elettriku. Il-miżuri previsti kollha mhux ibbażati fuq is-suq jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiġu ppubblikati, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva.
|
|
(20)
|
Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri nazzjonali, reġjonali u, fejn applikabbli, bilaterali. Il-miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, il-miżuri bilaterali, huma neċessarji speċjalment f'każ ta' kriżi tal-elettriku simultanja, meta jkun meħtieġ approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel biex jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskji ta' effetti ulterjuri negattivi. Għal dak il-għan, qabel ma jadottaw il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti. L-Istati Membri rilevanti huma dawk fejn jista' jkun hemm effetti ulterjuri negattivi jew impatti oħra fuq is-sistema tal-elettriku ta' xulxin, kemm jekk dawk l-Istati Membri jkunu fl-istess reġjun kif ukoll jekk ikunu direttament konnessi. Il-pjanijiet jenħtieġ li iqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti inkluża s-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ta' xi sistemi mikroiżolati li ma jkunux konnessi mas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jaslu għall-konklużjonijiet xierqa fir-rigward, fost l-oħrajn, tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-identifikazzjoni ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku fil-livell reġjonali u l-miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji kif ukoll fir-rigward ta' dispożizzjonijiet dwar assistenza. Il-pjanijiet jenħtieġ li jistabbilixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ il-miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti u jenħtieġ li jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ipprovduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu ta' natura teknika u operattiva, bil-funzjoni tagħhom li tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew tal-eskalazzjoni ta' kriżi tal-elettriku kif ukoll sabiex itaffu l-effetti tagħha.
|
|
(21)
|
Il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jiġu aġġornati b'mod regolari. Sabiex jiżguraw li l-pjanijiet dejjem ikunu aġġornati u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun jenħtieġ li jorganizzaw simulazzjonijiet kull sentejn ta' kriżi tal-elettriku f'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u partijiet ikkonċernati oħra sabiex jittestjaw l-adegwatezza tagħhom.
|
|
(22)
|
Il-mudell previst f'dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita t-tħejjija tal-pjanijiet, b'mod li jippermetti l-inklużjoni ta' informazzjoni addizzjonali speċifika dwar l-Istat Membru. Il-mudell huwa maħsub ukoll biex jiffaċilita l-konsultazzjoni ma' Stati Membri oħrajn fir-reġjun ikkonċernat u mal-ECG. Il-konsultazzjoni fir-reġjun u fl-ECG tenħtieġ li tiżgura li l-miżuri meħudin fi Stat Membru jew f'reġjun wieħed ma jixħtux f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta' Stati Membri jew ta' reġjuni oħrajn.
|
|
(23)
|
Huwa importanti li jiġu ffaċilitati l-komunikazzjoni u t-trasparenza bejn l-Istati Membri, meta jkollhom informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li tista' sseħħ kriżi tal-elettriku. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ġirien u lill-ECG mingħajr dewmien indebitu, filwaqt li jipprovdu, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-kawżi tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku, il-miżuri ppjanati għall-prevenzjoni ta' kriżi tal-elettriku u l-ħtieġa possibbli ta' assistenza mingħand Stati Membri oħrajn.
|
|
(24)
|
L-iskambju ta' informazzjoni fil-każ ta' kriżi tal-elettriku huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati azzjoni kkoordinata u assistenza mmirata. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jobbliga lill-awtorità kompetenti sabiex tinforma lill-Istati Membri fir-reġjun, lill-Istati Membri ġirien u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien indebitu meta tiffaċċja kriżi tal-elettriku. L-awtorità kompetenti tenħtieġ li tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kawżi tal-kriżi, il-miżuri ppjanati jew meħudin għall-mitigazzjoni tal-kriżi u l-ħtieġa possibbli ta' assistenza mingħand Stati Membri oħrajn; Fejn dik l-assistenza tmur lil hinn mis-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jenħtieġ li jibqa' l-qafas legali applikabbli.
|
|
(25)
|
Fil-każ ta' kriżi tal-elettriku, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw fi spirtu ta' solidarjetà. Flimkien ma' din ir-regola ġenerali, jenħtieġ li jkun hemm provvediment xieraq biex l-Istati Membri joffru assistenza lil xulxin f'każ ta' kriżi tal-elettriku. Din l-assistenza tenħtieġ li tkun ibbażata fuq miżuri maqbula minn qabel u kkoordinati, stabbiliti fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji. Dan ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri diskrezzjoni wiesgħa meta jaqblu dwar il-kontenut ta' tali miżuri kkoordinati u għalhekk dwar il-kontenut tal-assistenza li joffru. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu u jaqblu dwar tali miżuri kkoordinati, filwaqt li jqisu d-domanda u l-provvista. Fl-istess ħin, dan ir-Regolament jiżgura li, għall-fini tal-assistenza miftiehma, l-elettriku jiġi pprovdut b'mod koordinat. L-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu wkoll dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali u bilaterali li dwarhom sar qbil. Taħt dawk l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw il-kwantitajiet massimi tal-elettriku li jkollhom jiġu fornuti, li jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-ġdid abbażi tal-fattibbiltà teknika tal-provvista tal-elettriku ladarba l-assistenza tkun meħtieġa matul kriżi tal-elettriku. Sussegwentement, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali u bilaterali li dwarhom sar qbil u tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji.
|
|
(26)
|
Meta jiġu biex jiftiehmu dwar miżuri koordinati u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji u dispożizzjonijiet oħra ta' implimentazzjoni dwar l-assistenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fatturi soċjali u ekonomiċi, inkluża s-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-proporzjonalità. Huma mħeġġa jaqsmu l-aħjar prattiki u jużaw l-ECG bħala pjattaforma ta' diskussjoni li permezz tagħha jiġu identifikati l-għażliet disponibbli għall-assistenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżuri koordinati u l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa, inkluż kumpens ġust. Il-Kummissjoni tista' tiffaċilita t-tħejjija tal-miżuri reġjonali u bilaterali.
|
|
(27)
|
L-assistenza bejn l-Istati Membri taħt dan ir-Regolament tenħtieġ li tkun soġġetta għal kumpens ġust maqbul bejn l-Istati Membri. Dan ir-Regolament ma jarmonizzax l-aspetti kollha ta' tali kumpens ġust bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jaqblu fuq dispożizzjonijiet għal kumpens ġust qabel ma tingħata l-assistenza. L-Istat Membru li jitlob assistenza jenħtieġ li jħallas fil-pront ta' tali kumpens, jew jiżgura l-ħlas fil-pront tiegħu, lill-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza. Il-Kummissjoni tenħtieġ li tipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar l-elementi ewlenin ta' kumpens ġust u elementi oħra tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji.
|
|
(28)
|
Meta jipprovdu assistenza taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni u għalhekk huma marbuta li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni. Tali assistenza tista' għaldaqstant, skont il-miżuri maqbula bejn l-Istati Membri, toħloq obbligu għal Stat Membru li jħallas kumpens lil dawk milquta mill-miżuri tiegħu. L-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiżguraw, fejn ikun meħtieġ, li jkunu fis-seħħ regoli nazzjonali ta' kumpens li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, l-Istat Membru li jirċievi assistenza jenħtieġ li fl-aħħar mill-aħħar jerfa' l-ispejjeż raġonevoli kollha li Stat Membru ieħor iġarrab bħala riżultat tal-għoti ta' assistenza skont tali regoli nazzjonali ta' kumpens.
|
|
(29)
|
Fil-każ ta' kriżi tal-elettriku, l-assistenza tenħtieġ li tingħata anki jekk l-Istati Membri ma jkunux għadhom qablu dwar miżuri koordinati u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji kif mitlub mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-assistenza. Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu assistenza f'tali sitwazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu dwar miżuri u arranġamenti ad hoc li jissostitwixxu l-miżuri koordinati u l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji li jkunu nieqsa.
|
|
(30)
|
Dan ir-Regolament jintroduċi tali mekkaniżmu ta' assistenza bejn l-Istati Membri bħala strument għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta' kriżi tal-elettriku fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tenħtieġ li għalhekk tirrivedi l-mekkaniżmu ta' assistenza fid-dawl tal-esperjenza futura tat-tħaddim tiegħu, u tipproponi, fejn ikun xieraq, modifiki għalih.
|
|
(31)
|
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-intrapriżi u lill-konsumaturi tal-elettriku sabiex jiddependu fuq il-mekkaniżmi tas-suq stipulati fir-Regolament (UE) 2019/943 u d-Direttiva (UE) 2019/944 kemm ikun hemm bżonn meta affaċċjati minn kriżijiet tal-elettriku. Ir-regoli li jirregolaw is-suq intern u r-regoli dwar l-funzjonament tas-sistemi jenħtieġ li jkunu rrispettati anki fi kriżijiet tal-elettriku. Tali regoli jinkludu l-punt (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2017/1485 u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/2196, li jirregolaw it-tnaqqis ta' transazzjonijiet, il-limitazzjoni tal-provvista tal-kapaċità transżonali għall-allokazzjoni tal-kapaċità jew il-limitazzjoni tal-provvista ta' skedi. Dan ifisser li miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, bħal skonnessjoni furzata tad-domanda, jew il-forniment ta' provvisti żejda barra l-funzjonament normali tas-suq jenħtieġ li jittieħdu biss bħala l-aħħar alternattiva, meta jkunu ġew ippruvati l-possibbiltajiet kollha pprovduti mis-suq. Għaldaqstant, skonnessjoni furzata tad-domanda tenħtieġ li tiġi introdotta biss wara li jkunu ġew eżawriti l-possibbiltajiet kollha għal skonnessjoni volontarja tad-domanda. Barra minn hekk, kwalunkwe miżura mhux ibbażata fuq is-suq tenħtieġ li tkun neċessarja, proporzjonata, mhux diskriminatorja u temporanja.
|
|
(32)
|
Sabiex jiżguraw it-trasparenza wara kriżi tal-elettriku, l-awtorità kompetenti li ddikjarat il-kriżi tal-elettriku tenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ex post tal-kriżi u tal-impatti tagħha. Dik l-evalwazzjoni tenħtieġ li tqis, fost l-oħrajn, l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-miżuri meħudin kif ukoll il-kost ekonomiku tagħhom. Dik l-evalwazzjoni tenħtieġ li tkopri wkoll kunsiderazzjonijiet transfruntiera bħall-impatt tal-miżuri fuq Stati Membri oħrajn u l-livell tal-assistenza li l-Istat Membru li ddikjara l-kriżi tal-elettriku rċieva mingħandhom.
|
|
(33)
|
L-obbligi ta' trasparenza jenħtieġ li jiżguraw li l-miżuri kollha meħudin għall-prevenzjoni jew għall-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku jikkonformaw mar-regoli dwar is-suq intern u jikkonformaw mal-prinċipji ta' kooperazzjoni u ta' solidarjetà li huma l-bażi tal-Unjoni tal-Enerġija.
|
|
(34)
|
Dan ir-Regolament isaħħaħ ir-rwol tal-ECG. Dan jenħtieġ li jwettaq kompiti speċifiċi, b'mod partikolari b'rabta mal-iżvilupp ta' metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku u ta' metodoloġija għall-valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u staġjonali u b'rabta mat-tħejjija tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, u jenħtieġ li jkollu rwol prominenti fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku, u fl-iżvilupp tal-aħjar prattiki fuq din il-bażi.
|
|
(35)
|
Huwa possibbli li kriżi tal-elettriku testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni sat-territorju tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Bħala Parti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, l-Unjoni tenħtieġ li tippromwovi emendi għal dak it-Trattat bl-għan li jinħoloq suq integrat u spazju regolatorju uniku billi jiġi pprovdut qafas regolatorju adegwat u stabbli. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti ta' kriżijiet, l-Unjoni tenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija meta jipprevjenu, iħejju għal, u jiġġestixxu kriżi tal-elettriku.
|
|
(36)
|
Fejn il-Kummissjoni, l-ACER, l-ECG, l-ENTSO għall-Elettriku, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji kompetenti u nazzjonali tagħhom, jew kwalunkwe korp, entità jew persuna oħra, jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, huma jenħtieġ li jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni. Għal dak il-għan, l-informazzjoni kunfidenzjali tenħtieġ li tkun soġġetta għar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali fis-seħħ dwar it-trattament tal-informazzjoni u l-proċessi kunfidenzjali.
|
|
(37)
|
Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li fl-Unjoni jiżgura l-aktar tħejjija effettiva u effiċjenti għar-riskji, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
|
|
(38)
|
Ċipru bħalissa huwa l-uniku Stat Membru li mhuwiex konness direttament ma' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jiġi ċċarat fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li, sakemm tippersisti din is-sitwazzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet, jiġifieri dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku, dwar l-inklużjoni ta' miżuri reġjonali u bilaterali stabbiliti fi pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, u dwar l-assistenza, ma japplikawx fir-rigward ta' Ċipru. Ċipru u Stati Membri rilevanti oħra huma mħeġġa jiżviluppaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, miżuri u proċeduri alternattivi fl-oqsma koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet, sakemm tali miżuri u proċeduri alternattivi ma jaffettwawx l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament bejn l-Istati Membri l-oħra.
|
|
(39)
|
Id-Direttiva 2005/89/KE tenħtieġ li titħassar,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
|
|
KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
|
KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
|
|
KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji
|
KAPITOLU II Valutazzjoni tar-riskji
|
|
KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
|
KAPITOLU III Pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
|
|
KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku
|
KAPITOLU IV Il-ġestjoni ta' kriżijiet tal-elettriku
|
|
KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ
|
KAPITOLU V Evalwazzjoni u monitoraġġ
|
|
KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali
|
KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet finali
|
|
ANNESS
|
ANNESS
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|