+Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Għan
---+Artikolu 2 Tifsira
---+Artikolu 3 Ħtiġijiet applikabbli għaż-żoos
---+Artikolu 4 Liċenzjar u spezzjoni
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6 Għeluq taż-żoos
---+Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 8 Penali
---+Artikolu 9 Implimentazzjoni
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 11
English - European Union - Environment -

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Müntefering

[1] ĠU C 204, tal-15.7.1996, p. 63.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 1998. (ĠU C 56, tat-23.2.1998, p. 34), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 1998 (ĠU C 364, tal-25.11.1998, p. 9), u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 1999 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 61, tat-3.3.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2307/97 (ĠU L 325, tas-27.11.1997, p. 1).

[4] ĠU L 103, tal-25.4.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/49/KE (ĠU L 223,. tat-13.8.1997, p. 9).

[5] ĠU L 206, tat-22.7.1992, p. 7. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/62/KE (ĠU L 305, tat-8.11.1997, p. 42).

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE

tad-29 ta' Marzu 1999

dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1],

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [2],

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi ta' fawna u flora billi jiġi regolat il-kummerċ fihom [3] jeħtieġ evidenza tad-disponibilità ta' faċilitajiet adegwati għall-akkomodazzjoni u kura ta' kampjuni ħajjin ta' numru kbir ta' speċi qabel l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità tiġi approvata; billi dak ir-Regolament jipprojbixxi l-wiri lill-pubbliku għal għanijiet kummerċjali ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A tiegħu sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni speċifika għall-għanijiet ta' edukazzjoni, riċerka jew trobbija;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' għasafar salvaġġi [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-abitat naturali u tal-fawna u l-flora salvaġġi [5]), jipprojbixxu l-qbid u ż-żamma ta' u n-negozju f'numru kbir ta' speċi, waqt li jiddisponu għal eżenzjonijiet għal raġunijiet speċifiċi, bħal riċerka u edukazzjoni, ri-popolazzjoni, ri-introduzzjoni u trobbija;

Billi l-implimentazzjoni xierqa ta' leġislazzjoni preżenti u futura tal-Komunità dwar il-konservazzjoni ta' fawna salvaġġa u l-ħtieġa li jiġi żgurat li ż-żoos iwettqu adegwatament ir-rwol importanti tagħhom fil-konservazzjoni ta' l-ispeċi, fl-edukazzjoni pubblika, u/jew fir-riċerka xjentifika tagħmilha meħtieġ li jiġi provdut bażi komuni għall-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzi u l-ispezzjoni ta ż-żoos, iż-żamma ta' annimali fiż-żoos, it-taħriġ ta' l-impjegati u l-edukazzjoni tal-pubbliku li jżurhom;

Billi azzjoni fil-livell ta' Komunità hija meħtieġa biex iż-żoos mal-Komunità kollha jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-bijodiversità skond l-obbligazzjoni tal-Komunità li tadotta miżuri għall-konservazzjoni ex situ skond l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

Billi numru ta' organizzazzjonijiet bħall-Assoċjazzjoni Ewropea taż-Żoos u l-Akwarja ipproduċew linji ta' gwida għall-kura u l-akkommodazzjoni ta' annimali fiż-żoos li jistgħu, fejn xieraq, jgħinu fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' standards nazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Għan

Artikolu 1

Għan

L-għanijiet ta' din id-Direttiva huma li jipproteġu l-fawna salvaġġa u li tiġi konservata l-bijodiversità billi jinħolqu dispożizzjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri mill-Istati Membri dwar il-ħruġ ta' liċenzi u l-ispezzjoni ta' żoos fil-Komunità, u b'hekk jissaħħah ir-rwol taż-żoos fil-konservazzjoni tal-bijodiversità.

Artikolu 2 Tifsira

Artikolu 2

Tifsira

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "żoos" tfisser l-istabbilimenti permanenti kollha fejn jinżammu annimali ta' speċi salvaġġi għall-wiri lill-pubbliku għal sebat ijiem fis-sena jew aktar, bl-eċċezzjoni ta' ċirkli, ħwienet ta' annimali domestiċi (pet shops) u stabbilimenti li l-Istati Membri jeżentaw mill-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva għar-raġuni li ma jurux numru sinifikanti ta' annimali jew speċi għall-pubbliku u li l-eżenzjoni ma tipperikolax il-miri ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3 Ħtiġijiet applikabbli għaż-żoos

Artikolu 3

Ħtiġijiet applikabbli għaż-żoos

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri skond l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 biex jiżguraw li ż-żoos kollha jimplimentaw il-miżuri ta' konservazzjoni li ġejjin:

- jipparteċipaw f'riċerka li biha joktru miżuri ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi, u/jew taħriġ fil-kapaċitajiet relevanti ta' konservazzjoni, u/jew il-bdil ta' tagħrif dwar il-konservazzjoni ta' l-ispeċi u/jew, fejn xieraq, trobbija fil-maqbud, ri-popolazzjoni jew ri-introduzzjoni ta' l-ispeċi fl-ambjent naturali,

- promozzjoni ta' edukazzjoni pubblika u għarfien tal-konservazzjoni tal-bijodiversità, partikolarment billi jingħata tagħrif dwar l-ispeċi esibiti u l-abitat naturali tagħom,

- l-akkomodazzjoni ta' l-annimali tagħhom f'kondizzjonijiet li jimmiraw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bijoloġiċi u ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi individwali, inter alia, billi jipprovdu titjib speċifiku għall-ispeċi tal-postijiet magħluqa; u ż-żamma ta' standard għoli ta' maniġġar għaqli ta' l-annimali bi programm żviluppat ta' kura preventiva u kurattiva veterinarja u ta' nutriment,

- il-prevenzjoni ta' ħrib ta' annimali biex jiġi evitat theddid possibbli ekoloġiku għal speċi indiġeni u l-prevenzjoni tad-dħul minn barra ta' insetti qerrieda u vermi,

- iż-żamma aġġornata tar-reġistrazzjonijiet tal-kollezzjoni ta ż-żoo addattati għall-ispeċi reġistrati.

Artikolu 4 Liċenzjar u spezzjoni
Artikolu 5

Artikolu 5

Il-ħtiġijiet tal-liċenzja preskritti fl-Artikolu 4 m'għandhomx japplikaw meta Stat Membru jkun jista' juri għas-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni li l-għan ta' din id-Direttiva kif preskritt fl-Artikolu 1 u l-ħtiġijiet applikabbli għaż-żoos preskritti fl-Artikolu 3 ikunu qegħdin jitħarsu u miżmuma kontinwament permezz ta' sistema jew regolament u registrazzjoni. Sistema bhal din għandha, fost affarijiet ohra, ikollha dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni u l-għeluq taż-żoos ekwivalenti għal dawk ta' l-Artikolu 4(4) u (5).

Artikolu 6 Għeluq taż-żoos

Artikolu 6

Għeluq taż-żoos

Fil-każ li jingħalaq żoo jew parti minnu, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-annimali konċernati jiġi ttrattati jew isir li għandu jsir minnhom f'kondizzjonijiet li l-Istat Membru jqies xierqa u konsistenti ma' l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 7

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8 Penali

Artikolu 8

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 9 Implimentazzjoni
Artikolu 10 Dħul fis-seħħ

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 11

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.1999 00:00:00 -Doknr: CELEX:31999L0022
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.