|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1], Waqt li jaġixxi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [2], Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi ta' fawna u flora billi jiġi regolat il-kummerċ fihom [3] jeħtieġ evidenza tad-disponibilità ta' faċilitajiet adegwati għall-akkomodazzjoni u kura ta' kampjuni ħajjin ta' numru kbir ta' speċi qabel l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità tiġi approvata; billi dak ir-Regolament jipprojbixxi l-wiri lill-pubbliku għal għanijiet kummerċjali ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A tiegħu sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni speċifika għall-għanijiet ta' edukazzjoni, riċerka jew trobbija; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' għasafar salvaġġi [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-abitat naturali u tal-fawna u l-flora salvaġġi [5]), jipprojbixxu l-qbid u ż-żamma ta' u n-negozju f'numru kbir ta' speċi, waqt li jiddisponu għal eżenzjonijiet għal raġunijiet speċifiċi, bħal riċerka u edukazzjoni, ri-popolazzjoni, ri-introduzzjoni u trobbija; Billi l-implimentazzjoni xierqa ta' leġislazzjoni preżenti u futura tal-Komunità dwar il-konservazzjoni ta' fawna salvaġġa u l-ħtieġa li jiġi żgurat li ż-żoos iwettqu adegwatament ir-rwol importanti tagħhom fil-konservazzjoni ta' l-ispeċi, fl-edukazzjoni pubblika, u/jew fir-riċerka xjentifika tagħmilha meħtieġ li jiġi provdut bażi komuni għall-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzi u l-ispezzjoni ta ż-żoos, iż-żamma ta' annimali fiż-żoos, it-taħriġ ta' l-impjegati u l-edukazzjoni tal-pubbliku li jżurhom; Billi azzjoni fil-livell ta' Komunità hija meħtieġa biex iż-żoos mal-Komunità kollha jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-bijodiversità skond l-obbligazzjoni tal-Komunità li tadotta miżuri għall-konservazzjoni ex situ skond l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; Billi numru ta' organizzazzjonijiet bħall-Assoċjazzjoni Ewropea taż-Żoos u l-Akwarja ipproduċew linji ta' gwida għall-kura u l-akkommodazzjoni ta' annimali fiż-żoos li jistgħu, fejn xieraq, jgħinu fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' standards nazzjonali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|