+10. Consistency with VaR methodology
---+1. Il-metodoloġija tal-VaR taħt Stress għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija attwali tal-VaR …
---+2. Fir-rigward tal-istandards użati fiż-żewġ miżuri, u minbarra dawk preskritti mid-Direttiva (eż. …
---+3. Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR …
---+4. L-istandards tal-VaR taħt Stress jistgħu jkunu differenti mill-istandards tal-VaR f’ċirkustanzi …
---+5. Bħala regola ġenerali, il-bidliet f’mudell tal-VaR jew metodoloġija tal-VaR ta’ istituzzjoni …
---+6. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk istituzzjoni kapaċi turi li ma tistax tinkorpora titjib …
---+7. Fejn jintużaw is-sensittivitajiet minflok rivalutazzjoni sħiħa fi ħdan mudell tal-VaR …
---+8. Kwalunkwe ladders ta’ rivalutazzjoni jew matriċi spot /tal-volatilità użati għandhom jiġu …
---+9. F’termini ta’ kalibrar għad-dejta tas-suq, il-proċess ta’ ‘de-meaning’ mhuwiex meqjus neċessarju …
---+10. It-tabella ta’ hawn taħt tissintetizza l-problemi ewlenin deskritti hawn fuq li jikkonċenraw …
|
10. Consistency with VaR methodology
10. Consistency with VaR methodology
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Il-metodoloġija tal-VaR taħt Stress għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija attwali tal-VaR …
|
Il-metodoloġija tal-VaR taħt Stress għandha tkun ibbażata fuq il-metodoloġija attwali tal-VaR, b’tekniki speċifiċi meħtieġa, fejn applikabbli, sabiex jiġi aġġustat il-mudell tal-VaR attwali f’wieħed li jipprovdi kejl tal-VaR taħt Stress. Għaldaqstant, kwalunkwe fattur ta’ riskju li jseħħ fil-mudell tal-VaR għandu jkun rifless fil-VaR taħt Stress.
|
|
2. Fir-rigward tal-istandards użati fiż-żewġ miżuri, u minbarra dawk preskritti mid-Direttiva (eż. …
|
Fir-rigward tal-istandards użati fiż-żewġ miżuri, u minbarra dawk preskritti mid-Direttiva (eż. il-livell ta’ fiduċja ta’ 99%), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw l-użu tal-iskalar tal-‘għerq kwadrat taż-żmien’ biex jikkalkolaw kejl ta’ 10 ijiem tal-VaR taħt Stress. Minkejja dan, minħabba ċerti limitazzjonijiet magħrufa tal-fattur ta’ skalar, analiżi li turi li s-suppożizzjonijiet fl-isfond tal-użu tar-regola tal-‘għerq kwadrat taż-żmien’ huma xierqa, għandha tifforma parti mill-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell intern.
|
|
3. Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR …
|
Filwaqt li l-mudell tal-VaR taħt Stress għandu jinkludi wħud mill-istandards attwali tal-VaR, oħrajn jistgħu jvarjaw minħabba rekwiżiti espliċiti tad-Direttiva jew minħabba nuqqas ta’ kompatibilità metodoloġika relatata mal-kunċett tal-VaR taħt Stress. B’mod partikolari, dan huwa l-każ fl-oqsma li ġejjin: - (i) Tul tal-perjodu ta’ stress
Peress li t-tul tal-perjodu ta’ stress irid ikun ta’ 12-il xahar, ma tista’ ssir ebda azzjoni għat-tnaqqis jew għaż-żieda tal-perjodu ta’ stress iddikkjarat fuq il-bażi tal-ħtieġa għal konsistenza bejn VaR u VaR taħt Stress. - (ii) Rekwiżit ta’ ttestjar b’lura
Il-fattur ta’ multiplikazzjoni m s użat għar-rekwiżiti ta’ kapital għandu jkun tal-inqas 3 u jiżdied b’addend ta’ bejn 0 u 1 skont ir-riżultati ta’ ttestjar b’lura tal-VaR. Minkejja dan, l-ittestjar b’lura mhuwiex rekwiżit minnu nnifsu għad-determinazzjoni tal-kejl tal-VaR taħt Stress. - (iii) Perjodiċità tal-kalkolu tal-VaR taħt Stress
Peress li s-CRD tistipula li l-kalkolu tal-VaR taħt Stress għandu jsir tal-inqas darba fil-ġimgħa, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jikkalkolaw il-kejl aktar spiss, pereżempju, ta’ kuljum, biex jaħbtu eżatt mal-perjodiċità tal-VaR. Pereżempju, jekk l-istituzzjonijiet jiddeċiedu dwar kalkolu ta’ darba fil-ġimgħa tal-VaR taħt Stress, u jekk jiġi ssopponut VaR taħt Stress ta’ jum wieħed skalat sa 10 ijiem, għall-kalkolu ta’ kuljum tar-rekwiżiti ta’ kapital bbażati fuq il-mudelli interni, ikun japplika dan li ġej: - a) L-istess numru tal-VaR taħt Stress jintuża għall-5 ijiem ta’ negozju sussegwenti wara t-tħaddim tal-mudell tal-VaR taħt Stress;
- b) Fir-rigward tal-kalkolu tan-numri medji tal-VaR taħt Stress matul is-sittin jum ta’ negozju preċedenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-12-il numru tal-VaR taħt Stress preċedenti biex jikkalkolaw dik il-medja;
- c) Istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li, fil-jum tal-ġimgħa magħżula għall-kalkolu tal-VaR taħt Stress, il-portafoll tagħha jkun jirrappreżenta l-portafoll li kellha matul il-ġimgħa u li l-portafoll magħżul ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tan-numri tal-VaR taħt Stress meta jiġi kkalkolat darba fil-ġimgħa. Pereżempju, jista’ jitqies li hi prova biżżejjed li jintwera li l-VaR mhuwiex sistematikament iktar baxx fil-jum tal-ġimgħa magħżula għall-kalkolu tal-VaR taħt Stress.
|
|
4. L-istandards tal-VaR taħt Stress jistgħu jkunu differenti mill-istandards tal-VaR f’ċirkustanzi …
|
L-istandards tal-VaR taħt Stress jistgħu jkunu differenti mill-istandards tal-VaR f’ċirkustanzi oħrajn fejn jista’ jkun hemm nuqqasijiet ta’ kompatibilità metodoloġika bejn il-VaR attwali u l-mudell tal-VaR taħt Stress. Eżempju wieħed jinkludi bidliet fil-metodoloġija tal-VaR attwali li ma tistax tiġi ttrasformata fil-kejl tal-VaR taħt Stress u l-użu ta’ valutazzjoni lokali (analiżi tas-sensittività/prokuri) meta mqabbla ma’ rivalutazzjoni sħiħa, li hija l-approċċ ippreferut għall-VaR taħt Stress.
|
|
5. Bħala regola ġenerali, il-bidliet f’mudell tal-VaR jew metodoloġija tal-VaR ta’ istituzzjoni …
|
Bħala regola ġenerali, il-bidliet f’mudell tal-VaR jew metodoloġija tal-VaR ta’ istituzzjoni għandhom ikunu riflessi fil-bidliet fil-mudell/metodoloġija użati għall-kalkolu tal-bidla tal-VaR taħt Stress.
|
|
6. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk istituzzjoni kapaċi turi li ma tistax tinkorpora titjib …
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk istituzzjoni kapaċi turi li ma tistax tinkorpora titjib fil-metodoloġija tal-VaR attwali fil-VaR taħt Stress, sitwazzjonijiet bħal dawk għandhom jiġu ddokumentati u l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi turi li l-impatt (pereżempju, f’termini tal-VaR jew rekwiżiti ta’ kapital) li jirriżulta mill-iżviluppi attwali fil-VaR li mhumiex implimentati fil-kejl huwa limitat.
|
|
7. Fejn jintużaw is-sensittivitajiet minflok rivalutazzjoni sħiħa fi ħdan mudell tal-VaR …
|
Fejn jintużaw is-sensittivitajiet minflok rivalutazzjoni sħiħa fi ħdan mudell tal-VaR, l-istituzzjoni kkonċernata għandha turi li dan l-approċċ għadu xieraq għall-VaR taħt Stress fejn jiġu applikati xokkijiet ikbar. Approċċ ibbażat fuq is-sensittività għall-VaR taħt Stress jista’ jeħtieġ li jiġu fatturati derivattivi/konvessità ta’ ordni ogħla.
|
|
8. Kwalunkwe ladders ta’ rivalutazzjoni jew matriċi spot /tal-volatilità użati għandhom jiġu …
|
Kwalunkwe ladders ta’ rivalutazzjoni jew matriċi spot /tal-volatilità użati għandhom jiġu analizzati u estiżi sabiex jinkludu x-xokkijiet usa’ tagħhom fil-fatturi ta’ riskju li jseħħu f’xenarji taħt stress. Idealment tintuża rivalutazzjoni sħiħa għall-VaR taħt Stress b’xokkijiet applikati b’mod simultanju għall-fatturi ta’ riskju kollha.
|
|
9. F’termini ta’ kalibrar għad-dejta tas-suq, il-proċess ta’ ‘de-meaning’ mhuwiex meqjus neċessarju …
|
F’termini ta’ kalibrar għad-dejta tas-suq, il-proċess ta’ ‘de-meaning’ mhuwiex meqjus neċessarju għall-VaR taħt Stress. Jekk hemm tendenza sinifikanti fid-dejta tas-suq, l-użu ta’ dejta antitetika huwa ppreferut fuq ‘de-meaning’.
|
|
10. It-tabella ta’ hawn taħt tissintetizza l-problemi ewlenin deskritti hawn fuq li jikkonċenraw …
|
It-tabella ta’ hawn taħt tissintetizza l-problemi ewlenin deskritti hawn fuq li jikkonċenraw il-livell ta’ konsistenza bejn l-aspetti metodoloġiċi tal-kejl attwali tal-VaR u tal-VaR taħt Stress. Hija meħtieġa konsistenza bejn il-VaR u l-VaR taħt | Iva għal… | Stress? Le għal… Skema ta’ | Soġġetti għall-verifika | | Livell ta’ fiduċja | ppeżar | Bidliet fil-mudelli Użu ta’ | | Perjodu ta’ żamma | Ittestjar b’lura Tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika Frekwenza tal-kalkolu | approssimazzjonijiet tas-serje Taylor Metodu ta’ skalar |
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|