+Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali
---+1. Kamp ta’ applikazzjoni
---+1. Dawn il-Linji gwida japplikaw għal: a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 …
---+2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn …
---+3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin …
---+4. Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament …
---+1. Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed …
---+2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni …
---+3. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi …
---+4. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni …
|
Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali
Titolu I – Kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Kamp ta’ applikazzjoni
|
Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
1. Dawn il-Linji gwida japplikaw għal: a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 …
|
Dawn il-Linji gwida japplikaw għal: - a. istituzzjonijiet oriġinaturi soġġetti għall-Artikolu 243 u 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- b. awtoritajiet kompetenti.
|
|
2. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom japplikaw (i) ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dawn il-Linji gwida għat-tranżazzjonijiet kollha li jiddikjaraw trasferiment tar-riskju sinifikanti (“SRT”) skont l-Artikolu 243 jew 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u (ii) r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dawn il-Linji gwida biex jinkisbu SRT għal partijiet terzi, skont l-Artikolu 243(4) jew 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawn il-Linji gwida fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. meta jidentifikaw dawk it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju tal-kreditu ma jitqiesx li ġie trasferit anke minkejja li dawn it-tranżazzjonijiet ikunu qed jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- b. meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni oriġinatriċi mar-rekwiżiti ġenerali tal-Linji gwida għat-tranżazzjonijiet kollha li jiddikjaraw SRT skont l-Artikolu 243 jew 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/213;
- c. meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni oriġinatriċi mar-rekwiżiti skont l-Artikoli 243(4) u 244(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
4. Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament …
|
Flimkien mad-dejta li għandha tingħata lill-EBA skont l-Artikoli 243(6) u 244(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dejta lill-EBA, fuq bażi annwali, dwar it-tranżazzjonijiet analizzati skont il-paragrafu 3(1) ta’ dawn il-Linji gwida bl-użu tal-mudell fl-Anness 1. 2. Prinċipji Ġenerali
|
|
1. Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed …
|
Is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jintitola lill-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali li teskludi l-iskoperturi titolizzati rispettivi mill-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, u jintitola lill-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika li tikkalkula l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju, u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skont l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm l-awtorità kompetenti tiddeċiedi fuq il-bażi ta’ każ b’każ li r-riskju tal-kreditu sinifikanti m’għandux jitqies li ġie trasferit lil partijiet terzi jew kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikoli 243(5) jew 244(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma ġietx issodisfata fir-rigward ta’ din it-titolizzazzjoni.
|
|
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għandhom, minkejja l-konformità mal-punti (a) jew (b) tal-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu suġġetti għal iżjed analiżi mill-awtorità kompetenti skont it-Titolu III ta’ dawn il-Linji gwida sabiex jiġi vvalutat jekk verament it-tranżazzjoni kisbitx trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi.
|
|
3. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi …
|
Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT lil partijiet terzi għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi kontinwa.
|
|
4. L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni …
|
L-istituzzjonijiet oriġinaturi għandhom jivvalutaw is-serħan fuq il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu fl-analiżi tagħhom tat-tranżazzjonijiet li jiddikjaraw SRT u r-relazzjoni bejn dawn il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu u l-valutazzjonijiet interni tal-kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|