+5. Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita 5.1. Id-dejta għandha …

5. Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita 5.1. Id-dejta għandha …

Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita

5.1. Id-dejta għandha tinkludi rimunerazzjoni fissa u varjabbli mogħtija għall-prestazzjoni matul is-sena tal-eżekuzzjoni qabel is-sena li fiha ġiet ippreżentata l-informazzjoni.

5.2. Ir-rimunerazzjoni mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ akkumulazzjoni multiannwali li ma jdurux fuq bażi annwali, jiġifieri, fejn l-istituzzjonijiet ma jibdewx perjodu multiannwali ġdid kull sena, għandha tiġi allokata kompletament għas-sena finanzjarja li fiha ngħatat ir-rimunerazzjoni, mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-punt fiż-żmien meta effettivament titħallas ir-rimunerazzjoni varjabbli. Dawn l-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament sabiex tkun tista’ ssir analiżi ulterjuri tal-varjazzjonijiet tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija u ma għandhomx jitnaqqsu mill-ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli rrapportat.

5.3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq l-aġġustamenti ex-post, inklużi clawback u malus , tirreferi għall-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għar-rimunerazzjoni diġà mogħtija. Dawn l-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament4 u ma għandhomx jitnaqqsu mill-ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli rrapportat.

5.4. Huma biss l-ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija fis-sena tal-eżekuzzjoni li ġew differiti li għandhom jiġu rrapportati bħala rimunerazzjoni differita. Ir-rimunerazzjoni varjabbli differita għall-perjodi preċedenti li għadha ma ġietx vestita għandha tiġi rrapportata separatament5 . 5.5. Id-dejta għandha tiġi ppreżentata bl-użu tal-figuri fi tmiem is-sena tal-kontabbiltà f’EUR. L-ammonti kollha għandhom jiġu rrapportati bħala ammonti sħaħ, jiġifieri mhux ammonti arrotondati, f’euro (eż. EUR 1 234 567 minflok EUR 1.2 miljun). Meta r-rimunerazzjoni tiġi divulgata f’munita oħra minbarra l-euro, ir-rata tal-kambju użata mill-Kummissjoni għall-programmazzjoni finanzjarja u l-baġit għal Diċembru tas-sena tar-rapportar għandhom jintużaw għall-konverżjoni tal-figuri kkonsolidati li jridu jiġu rrapportati6 .

5.6. Meta n-numri jkunu jridu jiġu rrapportati f’termini tan-numru ta’ ħaddiema, għandu jiddaħħal in-numru ta’ persuni fiżiċi, indipendentement min-numru ta’ sigħat tax-xogħol li fuqhom huwa bbażat il-kuntratt tagħhom. Meta n-numri jkunu jridu jiġu rrapportati f’termini tal-ekwivalenti għal full-time, in-numru għandu jkun ibbażat fuq il-perċentwal taż-żmien li membru tal-persunal ikun impjegat imqabbel ma’ kuntratt fuq bażi full-time (eż. jiġi rrapportat 0.5 għal membru tal-persunal li qed jaħdem fuq bażi part-time).

5.7. Il-membri tal-persunal għandhom jiġu kklassifikati skont il-funzjoni jew il-qasam tan-negozju fejn huma jwettqu l-parti predominanti tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-ammont sħiħ ta’ rimunerazzjoni mogħtija lil dak il-membru tal-persunal fi ħdan il-grupp jew l-istituzzjoni għandu jiġi rrapportat taħt din il-funzjoni jew dan il-qasam tan-negozju.


6 L-EBA tipprovdi link għall-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha flimkien ma’ dawn il-Linji Gwida; ir-rata tal-kambju tista’ wkoll tiġi aċċessata taħt http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm. 6

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.