+Ir-rekwiżiti dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbutin ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa
---+A B
---+Ċ
------+1. Jekk jogħġbok indika lista ta' mill-inqas 10 u mhux aktar minn 20 mis-servizzi l-aktar …
------+2. Jekk jogħġbok żid ir-ringieli mat-tabelli għal kull wieħed mis-servizzi inklużi fil-lista …
------+3. Jekk jogħġbok immarka b'mod speċifiku kwalunkwe kelma jew terminoloġija li hija standardizzata …
------+4. Xi eżempji ta' servizzi li jaqgħu taħt kull wieħed mit-tipi huma ppreżentati f'tabella taħt …
------+5. Jekk jogħġbok innota li din il-lista ta' kodiċijiet mhijiex eżawrjenti - hija maħsuba biss …
------+6. Eżempju wieħed ta' servizz huwa mimli għal-lest għal finijiet ta' informazzjoni biss. Jekk dan …
------+7. Jekk jogħġbok indika l-mezzi rilevanti ta' twassil għas-servizz inkwistjoni. Jekk jogħġbok …
------+8. Jekk jogħġbok innota li inti mitlub/a tindika l-prattiki tas-suq l-aktar komuni għal kull …
------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas-servizzi 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni …
------+Examples of services under Type 1 – ‘Account management / maintenance and related services’ ID code
---------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …
------+Examples of services under Type 2 – ‘Payment instruments (card and cheque services)’ ID code
---------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni 4. Deskrizzjoni tas-servizz 5. Deskrizzjoni …
---------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …
------+Examples of services under Type 4 – ‘International payments and foreign currency-related services’ ID code
---------+1. Servizzi ta' 2. L-isem tas- 3. Deskrizzjoni tas- 4. Deskrizzjoni tas- 5. Deskrizzjoni tal- 6. …

Ir-rekwiżiti dwar il-listi provviżorji nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbutin ma' kont tal-pagamenti u soġġetti għal tariffa

Linja Gwida 1: L-identifikazzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu kkunsidrati għal-listi provviżorji

1.1. Fir-rigward tal-kriterju tal-‘aktar servizzi użati mill-konsumaturi fir-rigward tal-kont tal-pagamenti tagħhom’ kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/92/UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin, sal-punt meħtieġ biex tiġi ddeterminata l-lista:

  • a. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-popolazzjoni ġenerali tal-konsumaturi, meta jivvalutaw il-livell ta' tixrid tas-servizzi;
  • b. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-prevalenza relattiva tas-servizzi f'termini ta' kemm ta' spiss jikkostitwixxu karatteristika tal-kontijiet tal-pagamenti;
  • c. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm ta' spiss jintużaw is-servizzi inkwistjoni, billi fejn ikun possibbli jitqies il-proporzjon ta' konsumaturi li jużaw is-servizz flimkien man-numru ta' drabi li jintuża s-servizz;
  • d. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-provvediment tal-kont innifsu bħala servizz.

1.2. Fir-rigward tal-kriterju ta' ‘servizzi li jiġġeneraw l-akbar spiża għall-konsumaturi, kemm globalment kif ukoll għal kull unità’ kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/92/UE, għandhom jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin, sal-punt meħtieġ biex tiġi ddeterminata l-lista:

  • a. meta jiġu kkunsidrati t-tariffi b'mod globali kif ukoll għal kull unità, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx biss jikkunsidraw is-servizzi li jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji fl-istess ħin, iżda anki s-servizzi li jiġġeneraw l-akbar spiża għall-konsumaturi b'mod globali jew għal kull unità;
  • b. l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw it-tariffi b'mod kumulattiv meta jiddeterminaw il-kostijiet unitarji jew l-ispejjeż globali tas-servizzi li jistgħu jġibu magħhom tipi differenti ta' tariffi;
  • c. meta jiġi aċċertat liema huma s-servizzi l-aktar rappreżentattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż li huma mġarrba, jew li jistgħu jiġu mġarrba, mill-konsumaturi fuq bażi annwali għall-użu tas-servizz, preferibbilment abbażi tad-dejta l-aktar riċenti disponibbi li tkopri perjodu ta' 12-il xahar.

Linja Gwida 2: Eżerċizzju ta' ġudizzju meta jiġu stabbiliti l-listi provviżorji

2.1. Meta tiġi stabbilita l-lista proviżorja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu prijorità lil dawn is-servizzi li jissodisfaw iż-żewġ kriterji (jiġifieri fil-qasam C tal-Figura 1). 2.2. Imbagħad, peress li l-kriterji mhumiex strettament kumulattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll is-servizzi li jissodisfaw biss wieħed mill-kriterji (jiġifieri fl-oqsma A jew B) għall-inklużjoni fil-lista proviżorja.

Figura 1 - Servizzi u kriterji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
A B

A B

Ċ
Servicies most commonly used by consumersServizzi l-aktar użati mill-konsumaturi Servizzi li jiġġeneraw l-akbar spiża għall-
Services generating highest cost for consumerskonsumaturi

2.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw biss kriterji oħra bħala eċċezzjoni, għall-kwistjonijiet speċifiċi għas-suq. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw il-metodoloġija użata, billi jipprovdu dejta ta' appoġġ u jipprovdu r-raġunament wara d-deċiżjonijiet tagħhom.

2.4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is-servizz ipprovdut bħala servizz uniku, irrispettivament mill-potenzal għall-fornituri biex jiddifferenzjaw l-ispejjeż skont il-fatturi bħall-mezzi ta' użu jew l-identità tal-fornitur tas-servizz ta' ħlas riċeventi.

Linja Gwida 3: Tweġibiet bil-listi provviżorji

3.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwieġbu lill-Kummissjoni u lill-EBA permezz tal-mudell fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti mbagħad għandhom jibagħtu t-tweġibiet tagħhom fuq il-kaxxi postali ddedikati li ġejjin

  •  EC-PAD-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu, u
  •  PAD@eba.europa.eu

Linja Gwida 4: Appoġġ għad-dejta u l-evidenza

4.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq dejta rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw id-dejta minn firxa wiesgħa ta' sorsi, sakemm id-dejta tkun affidabbli. 4.2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jistgħu jipprovdu dejta ta' appoġġ biex jiġġustifikaw kwalunkwe deċiżjoni biex tinkludi jew teskludi servizzi partikolari mil-lista tagħhom.

Linja Gwida 5: Sottomissjoni tal-listi provviżorji

5.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissodisfaw il-lista skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/92/UE sat-18 ta' Settembru 2015. Anness: Mudell għat-tweġibiet tal-awtorità kompetenti

Dettalji ta’ kuntatt

Stat Membru: ________________________________ Awtorità kompetenti: ________________________________

Persuna ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti: Isem: ______________________________________ Kariga: _________________________________________________________________________________________ Email: ______________________________________ Tel.: ______________________________________ Faks: ______________________________________

Jekk jogħġbok iddeskrivi jekk is-servizzi jew it-terminoloġija użati ġewx standardizzati, u b'liema mod (leġiżlazzjoni, inizjattiva tal-industrija eċċ.):

Struzzjonijiet għall-mili tal-mudell

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.