+Is-Suġġett
---+5. Skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-Linji Gwida għandhom l-għan li …
---+6. Għal dan l-iskop, dawn il-Linji Gwida jipprovdu sett ta’ elementi oġġettivi li għandhom …
---+7. Dawn il-Linji Gwida ma għandhomx ifissru bħala li jirrestrinġu d-diskrezzjoni aħħarija …
---+8. Dawn il-Linji Gwida għandhom jinqraw flimkien mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1)(b) …
---+9. Id-dispożizzjonijiet f’dawn il-Linji Gwida għandhom japplikaw ukoll meta determinazzjoni li …
|
Is-Suġġett
Is-Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
5. Skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-Linji Gwida għandhom l-għan li …
|
Skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-Linji Gwida għandhom l-għan li jippromwovu l-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni titqies bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli.
|
|
6. Għal dan l-iskop, dawn il-Linji Gwida jipprovdu sett ta’ elementi oġġettivi li għandhom …
|
Għal dan l-iskop, dawn il-Linji Gwida jipprovdu sett ta’ elementi oġġettivi li għandhom jappoġġjaw id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, b’konformità maċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 32(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE. Meta tali determinazzjoni ssir mill-awtorità kompetenti, hija tkun ibbażata fuq l-eżiti tal-SREP imwettaq b’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE u speċifikat aktar fil-Linji Gwida dwar l-SREP. F’dan ir-rigward, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jista’ jkollha bżonn tinterpreta l-eżiti tal-SREP meta tiġi kkonsultata mill-awtoritajiet kompetenti b’konformità mal-Artikolu 32(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
7. Dawn il-Linji Gwida ma għandhomx ifissru bħala li jirrestrinġu d-diskrezzjoni aħħarija …
|
Dawn il-Linji Gwida ma għandhomx ifissru bħala li jirrestrinġu d-diskrezzjoni aħħarija tal-awtorità kompetenti u tal-awtorità tar-riżoluzzjoni sabiex jiddeterminaw li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli. L-identifikazzjoni li mmaterjalizza element oġġettiv elenkat fit-Titolu II ta’ dawn il-Linji Gwida fir-rigward ta’ istituzzjoni partikolari ma għandhiex twassal lill-awtorità kompetenti jew tar-riżoluzzjoni, kif jista’ jkun il-każ, għad-determinazzjoni awtomatika li l-istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli jew tirriżulta f’applikazzjoni awtomatika tal-għodod ta’ riżoluzzjoni. B’mod simili, il-lista ta’ elementi oġġettivi speċifikati f’dawn il-Linji Gwida mhijiex eżawrjenti u għandha tibqa’ miftuħa minħabba li mhux iċ-ċirkostanzi ta’ kriżi kollha jistgħu jkunu previsti b’mod raġonevoli.
|
|
8. Dawn il-Linji Gwida għandhom jinqraw flimkien mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1)(b) …
|
Dawn il-Linji Gwida għandhom jinqraw flimkien mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE, li jispeċifikaw iż-żewġ rekwiżiti l-oħrajn, minbarra ‘n-nuqqas jew il-probabbiltà ta’ nuqqas’, li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex ikunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Bħala konsegwenza, id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli magħmula mill-awtorità kompetenti u/jew mill-awtorità tar-riżoluzzjoni b’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida, minnha nnifisha ma timplikax li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex ikunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Għall-finijiet tal-kompletezza, ta’ min iżomm f’moħħu li, skont l-Artikolu 32(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE, rispettivament, it-teħid ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni huwa soġġett ukoll għan-nuqqas ta’ azzjoni ta’ superviżjoni jew azzjoni alternattiva fis-settur privat li tista’ tittieħed sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, kif ukoll li l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni hija neċessarja fl-interess pubbliku.
|
|
9. Id-dispożizzjonijiet f’dawn il-Linji Gwida għandhom japplikaw ukoll meta determinazzjoni li …
|
Id-dispożizzjonijiet f’dawn il-Linji Gwida għandhom japplikaw ukoll meta determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli titmexxa mill-awtorità rilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni li istituzzjoni ma għadhiex vijabbli għall-fini tal-eżerċitar ta’ tniżżil fil-valur u/jew konverżjoni tal-potenza b’konformità mal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|