+1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+14. Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx …
---+15. L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi …
---+16. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment …
---+17. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji …
---+18. Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li …
|
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx …
|
Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, b’konformità maċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 32(4)(a)-(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni, kif jista’ jkun il-każ, għandha tivvaluta l-elementi oġġettivi relatati mal-oqsma li ġejjin, kif speċifikati aktar f’dawn il-Linji Gwida: - - il-pożizzjoni kapitali ta’ istituzzjoni;
- - il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ istituzzjoni; u
- - kwalunkwe rekwiżit ieħor għat-tkomplija tal-awtorizzazzjoni (inklużi l-arranġamenti ta’ governanza u l-kapaċità operattiva).
|
|
15. L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi …
|
L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi komprensiva. Id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli għandha tibqa’ ġudizzju espert u ma għandhiex tiġi derivata awtomatikament minn kwalunkwe wieħed mill-elementi oġġettivi biss. Dan huwa partikolarment minnu fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-elementi li jistgħu jiġu affettwati minn fatturi li mhumiex direttament relatati mal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni.
|
|
16. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment …
|
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment wieħed, stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, jinformaw id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli. Madankollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-issodisfar ta’ kundizzjoni waħda biss, skont is-severità u l-impatt prudenzjali tagħha, ikun biżżejjed biex iwassal għal riżoluzzjoni.
|
|
17. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji …
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji Gwida, bħall-iżviluppi makro-ekonomiċi u l-indikaturi tas-suq, għandhom dejjem jiġu vvalutati flimkien ma’ fatturi oħrajn għad-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, u jiġu inkwadrati f’valutazzjoni komprensiva tal-istituzzjoni. Meta l-awtoritajiet rilevanti jużaw l-indikaturi esterni msemmija fil-paragrafi 21(c)-(e) u 25(a)-(b) ta’ dawn il-Linji Gwida, kwalunkwe determinazzjoni relatata mal-istituzzjoni li tfalli jew li probabbli tfalli għandha tiġi appoġġjata minn valutazzjoni oġġettiva tal-pożizzjoni finanzjarja attwali tal-istituzzjoni, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jilqgħu għar-riskju ta’ spekulazzjoni tas-suq u jirrikonoxxu r-riskju ta’ fallimenti tas-suq f’każ ta’ kriżi sistemika.
|
|
18. Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li …
|
Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li tfalli, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tibbaża d-determinazzjoni tagħha fuq il-valutazzjoni tal-elementi oġġettivi stabbiliti fit-Taqsimiet 2, 3 u 4 tat-Titolu II u tieħu f’kunsiderazzjoni dawn li ġejjin, fejn rilevanti: - a. il-fatt li istituzzjoni attivat il-pjan ta’ rkupru tagħha u li l-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ rkupru magħżula mill-pjan ta’ rkupru tagħha falliet, b’mod partikolari meta l-attivazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tkun ġiet imposta fuq istituzzjoni mill-awtorità kompetenti bħala miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE;
- b. notifika riċevuta mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 81(1) tad-Direttiva 2014/59/UE mingħand il-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni, li tqis l-istituzzjoni bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|