+4. Linji Gwida dwar il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni
---+1. Tfassil
---+2. Id-dokumentazzjoni, in-notifika u l-aċċessibbiltà
---+3. Approvazzjoni
---+4. Monitoraġġ

4. Linji Gwida dwar il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni

4. Linji Gwida dwar il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Tfassil

1.1. L-istituzzjonijiet għandhom ifasslu u jimplimentaw politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li forom fi flus u/jew mhux fi flus ta’ remunerazzjoni ma jintroduċux inċentivi li bihom il-persuni rilevanti jiffavorixxu l-interessi tagħhom stess, jew l-interessi tal-istituzzjoni għad-detriment tal-konsumaturi.

1.2. Meta jfasslu l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw jekk dawn il-politiki u l-prattiki jintroduċux kwalunkwe riskju ta’ detriment għall-konsumaturi u għandhom inaqqsu tali riskji milli jirriżultaw.

1.3. Il-funzjoni tar-riżorsi umani tal-istituzzjonijiet għandha tipparteċipa u tinforma t-tfassil tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni. Barra minn hekk, fejn huma stabbiliti l-funzjonijiet tal-immaniġġjar tar-riskju u ta’ konformità, dawn għandhom jipprovdu kontribut effettiv għat-tfassil tal-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni.

1.4. Għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' persuna rilevanti, l-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu fil-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni, il-kriterji xierqa li għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi.

1.5. Meta jfasslu l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kemm il-kriterji kwalitattivi kif ukoll dawk kwantitattivi għad-determinazzjoni tal-livell ta’ remunerazzjoni varjabbli biex jiżguraw li d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi huma kkunsidrati b'mod xieraq.

1.6. L-istituzzjonijiet ma għandhomx ifasslu politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li:

  • a. jorbtu unikament ir-remunerazzjoni ma’ mira kwantitattiva għall-offerta jew il-provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji; jew
  • b. jippromwovu l-offerta jew il-provvista ta’ prodott speċifiku jew kategorija ta' prodotti fuq prodotti oħra, bħall-prodotti li huma aktar profittabbli għall-istituzzjonijiet jew għal persuna rilevanti, għad-detriment tal-konsumatur.

1.7. Fejn il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni jippermettu remunerazzjoni varjabbli, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-proporzjon bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni huwa bbilanċjat b'mod xieraq u jqis id-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi. Barra minn hekk, il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni li huma fis-seħħ, għandhom jippermettu l-operat ta' politika flessibbli dwar ir-remunerazzjoni varjabbli, inkluż il-possibbiltà li ma titħallas l-ebda remunerazzjoni varjabbli fejn ikun xieraq.

1.8. L-istituzzjonijiet għandhom jevitaw politiki u prattiki kumplessi bla bżonn u kombinazzjonijiet mhux ċari ta’ politiki u prattiki differenti.

2. Id-dokumentazzjoni, in-notifika u l-aċċessibbiltà

2.1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni u jżommuhom għal skopijiet ta' verifika għal mill-inqas ħames snin mill-aħħar data li applikaw u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:

  • a) l-objettivi tal-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet;
  • b) il-persuni rilevanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-politiki u l-prattiki;
  • c) kif il-politiki ta’ remunerazzjoni ġew implimentati fil-prattika, inkluż b’mod partikolari l-kriterji għall-remunerazzjoni varjabbli fejn tingħata r-remunerazzjoni varjabbli.

2.2. Qabel ma jitħallew joffru prodotti jew servizzi bankarji lill-konsumaturi, il-persuni rilevanti għandhom ikunu infurmati b’mod ċar, b'mod sempliċi u trasparenti dwar il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni li huma applikabbli għalihom.

2.3. Il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli għall-persuni rilevanti kollha tal-istituzzjoni.

3. Approvazzjoni

3.1. Il-korp maniġerjali japprova u jżomm ir-responsabbiltà aħħarija għall-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni tal-istituzzjoni.

3.2. Il-korp maniġerjali għandu jfittex parir mill-kumitat tar-remunerazzjoni fejn stabbilit dwar il-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tal-issodisfar ta' dawn il-Linji Gwida. 3.3. Fejn stabbilita, il-funzjoni ta’ konformità għandha tikkonferma li l-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni huma konformi ma’ dawn il-Linji Gwida.

3.4. Il-bidliet għall-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni għandhom isiru biss bl-approvazzjoni tal-korp maniġerjali.

4. Monitoraġġ

4.1 L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu, mill-inqas darba f'sena, il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom biex jiżguraw konformità ma’ dawn il-Linji Gwida. B’mod partikolari, fejn istituzzjoni tidentifika li riskju residwu ta’ detriment tal-konsumaturi jista’ jinqala’ bħala riżultat tat-tfassil tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1.2 ta’ dawn il-Linji Gwida, l-istituzzjoni għandha tevalwa skont ir-reviżjoni jekk xi wieħed minn dawn ir-riskji residwi huwiex jikkristalizza u jikkawża detriment għall-konsumaturi.

4.2 Fejn ir-reviżjoni tiżvela li l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni ta’ istituzzjoni ma jaħdmux kif maħsub jew stipulat, l-istituzzjoni għandha temenda l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tagħha skont dawn il-Linji Gwida.

4.3 L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu kontrolli effettivi biex jivverifikaw li l-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom qegħdin jiġu osservati u biex jidentifikaw u jindirizzaw inċidenti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-Linji Gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.