+6.2 Informazzjoni dwar il-kejl, il-valutazzjoni u l-aggregazzjoni tar-riskji
---+31. Dwar il-kejl, il-valutazzjoni u l-metodoloġiji tal-aggregazzjoni tar-riskji użati fl-ICAAP …
---+32. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kejl tar-riskji tal-ICAAP, il-metodoloġiji …
|
6.2 Informazzjoni dwar il-kejl, il-valutazzjoni u l-aggregazzjoni tar-riskji
6.2.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
31. Dwar il-kejl, il-valutazzjoni u l-metodoloġiji tal-aggregazzjoni tar-riskji użati fl-ICAAP …
|
Dwar il-kejl, il-valutazzjoni u l-metodoloġiji tal-aggregazzjoni tar-riskji użati fl-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristiċi prinċipali tal-metodoloġiji u tal-mudelli ta' kwantifikazzjoni/kejl, inkluż il-metriċi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri użati (eż. intervalli ta' kunfidenza, perjodi ta' parteċipazzjoni eċċ.) għall-kategoriji u s-subkategoriji ta' riskju kollha li jintużaw għall-approvazzjoni tal-metodoloġiji u l-mudelli mill-korp tal-ġestjoni tal-istituzzjoni;
- b. speċifikazzjoni tad-data attwali użata, inkluż spjegazzjoni ta' kif id-data użata tirrifletti l-kamp ta' applikazzjoni tal-entitajiet tal-gruppi koperti mill-ICAAP, inkluż it-tul tas-serje taż-żmien;
- c. deskrizzjoni tad-differenzi prinċipali bejn il-metodoloġiji u l-mudelli tal-kwantifikazzjoni/tal-kejl użati għall-iskopijiet tal-ICAAP u dawk użati għall-kalkolu tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji għar-riskji koperti mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (f'każ li istituzzjoni tkun qed tuża mudelli avvanzati approvati mill-awtoritajiet kompetenti). Din id-deskrizzjoni għandha tingħata fuq bażi riskju b'riskju u tinkludi, inter alia , informazzjoni dwar l-użu differenti tal-minimi tranżitorji ta' Basel I (Artikolu 500 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), supożizzjonijiet differenti rigward il-parametri ta' riskju, intervalli kunfidenzjali eċċ.;
- d. deskrizzjoni tal-approċċ għall-aggregazzjoni tal-istimi tal-kapital intern għall-entitajiet u l-kategoriji ta' riskju koperti, inkluż l-approċċ ta' benefiċċji ta' diversifikazzjoni intrariskju u inter-riskju u/jew konċentrazzjonijiet fejn ikkunsidrati mill-metodoloġija tal-istituzzjoni.
6.2.2 Dokumentazzjoni operazzjonali
|
|
32. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kejl tar-riskji tal-ICAAP, il-metodoloġiji …
|
Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kejl tar-riskji tal-ICAAP, il-metodoloġiji tal-valutazzjoni u tal-aggregazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jirċievu dan li ġej mingħand l-istituzzjonijiet: - a. stimi tal-kapital intern biex ikopru l-kategoriji u s-subkategoriji ta' riskju kollha, maqsumin skont il-kategorija u s-subkategorija tar-riskju koperti mill-ICAAP. Fejn l-istituzzjonijiet jasserixxu li ċerti kategoriji jew subkategoriji tar-riskju koperti mill-ICAAP huma koperti aħjar permezz ta' miżuri ta' mitigazzjoni kwalitattivi milli bl-allokazzjoni tal-kapital intern, dan għandu jiġi spjegat bix-xieraq;
- b. ir-riżultati tal-kalkolu tal-istimi tal-kapital intern, kif speċifikat hawn fuq għall-kategoriji u s-subkategoriji tar-riskji materjal kollha koperti mill-ICAAP fuq bażi ta' riskju b'riskju. Fejn ċerti subkategoriji ta' riskju jiġu identifikati bħala materjali iżda l-metodoloġiji tal-kalkolu applikati ma ppermettewx il-kalkolu tal-istima tal-kapital interna fil-livell ta' granularità meħtieġ u għal dik ir-raġuni, dawn l-istimi ġew inkorporati bħala parti mill-istima tal-kapital interna għal kategorija ta' riskju rispettiva, l-istituzzjonijiet għandhom jispjegaw kif dawn is-subkategoriji attwalment ġew inklużi fil-kalkoli (eż. xi subkategorija tar-riskju ġiet identifikata bħala materjali, iżda l-istituzzjoni mhix kapaċi tipprovdi stima tal-kapital intern għal dawn ir-riskji u minflok tinkludi kopertura ta' dan ir-riskju fl-istima tal-kapital għall-kategorija ta' riskju prinċipali; f'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-istituzzjoni tispjega kif dan ir-riskju intuża fil-kategorija ta' riskju prinċipali);
- c. minbarra l-informazzjoni riskju b'riskju speċifikata hawn fuq, ir-riżultati tal-aggregazzjoni tal-istimi tal-kapital intern għall-entitajiet u l-kategoriji ta' riskju, inkluż għall-effetti ta' benefiċċji u/jew konċentrazzjonijiet ta' diversifikazzjoni ta' intrariskju u inter-riskju, fejn dawn l-aspetti qed jitqiesu mill-metodoloġija applikata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|