+Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal
---+8. Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament …
---+9. Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi …
---+10. Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni …
---+11. Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont …
---+12. Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw …
---+13. Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet …
---+14. Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà …
---+15. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+16. Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri …
---+17. Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi …
---+18. Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+19. L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament …
---+20. Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn …
|
Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal
Titolu II - Linji gwida li jikkonċernaw it-trattament applikabbli għal
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
8. Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament …
|
Dawn il-linji gwida stabbiliti hawn taħt jirrigwardaw biss l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE mad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni f’każ ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew tal-poter tal-konverżjoni tal-PONV. Huma ma jindirizzaw l-ebda interrelazzjoni oħra tad-Direttiva 2014/59/UE mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
9. Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi …
|
Huma jservu biex jiċċaraw kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi kuntrattwali tal-istrumenti maħruġa mill-entità soġġetta għall-użu tal-poter tar-rikapitalizzazzjoni interna jew tal-PONV li jikkwalifikaw bħala strumenti T1 jew T2 addizzjonali skont il-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE meta tiġi ddeterminata l-ordni tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni. F’ċerti każijiet il-qafas imsemmi l-aħħar jirrikonoxxi l-istrumenti bħala strumenti kapitali, iżda minħabba karatteristiċi kuntrattwali partikolari huma parzjalment jew totalment esklużi mill-kalkolu tal-”fondi proprji”. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandom jiżguraw li t-trattament tal-istrumenti fl-istess kategorija tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni deskritta fl-Artikolu 48(1) jew fl-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jikkonforma mal-ġerarkija tal-kredituri fi proċeduri normali ta’ insolvenza.
|
|
10. Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni …
|
Regola ta’ gwida 1: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-poter tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni fil-PONV, għandha tittratta l-istrumenti kapitali li jappartjenu għall-istess kategorija tas-sekwenza stabbilita bl-Artikolu 48 jew bl-Artikolu 60 tal-BRRD u li jikklassifikaw b’mod ugwali fl-insolvenza bl-istess mod, irrispettivament mill-karatteristiċi l-oħrajn tagħhom jew mit-termini kuntrattwali mhux skattati li jirregolaw it-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tagħhom. B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.Jekk episodju skattatur kuntrattwali li jirriżulta fil-valwazzjoni negattiva jew fil-konverżjoni ta’ strument iseħħ qabel jew fl-istess ħin tal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe mill-poteri, il-valutazzjoni tal-ġerarkija tal-kredituri għandha tirrifletti l-effetti ta’ dik il-valwazzjoni negattiva jew ta' dik il-konverżjoni.
|
|
11. Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont …
|
Regola ta’ gwida 2: L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tkun qed tiddetermina l-ordni u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni, għandha tapplika l-istess trattament lill-istrumenti eliġibbli kollha bħala fondi proprji, skont il-Parti 2 jew il-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, indipendentement minn jekk humiex parzjalment jew totalment esklużi milli jgħoddu għall-fondi proprji ta’ istituzzjoni.B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.
|
|
12. Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw …
|
Hawn taħt hawn stabbilita gwida dwar kif l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom japplikaw dawn ir-regoli ta’ gwida f’każijiet partikolari. L-applikazzjoni tar-regola ta’ gwida 1: strumenti AT1 maħruġin li jissodisfaw bis-sħiħ il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u strumenti ta’ anterjorità skont il-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 ta’ dak ir-regolament bl-istess klassifikazzjoni fil-ġerarkija tal-kredituri huma soġġetti għall-istess trattament għall-għanijiet tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni . B’mod partikolari għandha ssirilhom valwazzjoni negattiva bl-istess mod jew ikunu soġġetti għall-istess termini ta’ konverżjoni.
|
|
13. Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet …
|
Sabiex ikunu inklużi bħala fondi proprji, strumenti AT1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Artikolu 52 jipprovdi li strumenti AT1 għandu jkollhom dispożizzjonijiet kuntrattwali li skonthom, malli jseħħ episodju skattatur, l-ammont prinċipali tal-istrument jitnaqqas fuq bażi permanenti jew temporanja jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti għal CET1. Għall-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 54(1), - (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jeħtieġ ukoll li strumenti AT1 jiġu kkonvertiti meta l-proporzjon ta’ CET1 jinżel għal 5.125%, jew ogħla jekk ikun speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument. Id-dispożizzjonijiet tal-istrument jistgħu jinkludu aktar minn skattatur wieħed, u jridu jispeċifikaw jew ir-rata tal-konverżjoni u l-limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess, jew firxa li fiha l-istrumenti ser jikkonvertu għal CET1 (l-Artikolu 54(1), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013).
|
|
14. Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà …
|
Id-Direttiva 2006/48/KE ma tipprovdix għall-istess kundizzjoni għall-għanijiet tal-eliġibbiltà tal-istrumenti bħala fondi proprji.
|
|
15. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti 10, Titolu 1, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-anterjorità ta’ strumenti kapitali), oġġetti eliġibbli bħala fondi proprji skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni għad-Direttiva 2006/48/KE huma eliġibbli li jiġu kkalkolati fil-fondi proprji għall-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 52 u ta’ warajh tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, l-istrumenti ta’ anterjorità li ma jipprovdux għall-iskattar kuntrattwali tal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma inklużi fil-fondi proprji skont il-limiti stabbiliti fir-regolament.
|
|
16. Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri …
|
Skont ir-regola ta’ gwida 1, u biex jiġi żgurat ir-rispett għall-ġerarkija tal-kredituri, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittratta l-istrumenti AT1 kollha li jikklassifikaw b’mod ugwali fl-insolvenza bl-istess mod għall-għanijiet tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-Direttiva 2014/59/UE) mingħajr ma jitqiesu differenzi oħra bejn il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf ta’ dawk l-istrumenti AT1 li jirriżultaw mill-klawżoli kuntrattwali tagħhom. Għalhekk, f’każ ta’ applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-poter tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni fil-PONV, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tittratta b’mod ugwali l-istrumenti AT1 maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istrumenti AT1 ta’ anterjorità.
|
|
17. Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi …
|
Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istrumenti ta’ anterjorità huma inklużi fil-fondi proprji skont il-limiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-Parti 10, Kapitolu 2), li skonthom dawn l-oġġetti huma progressivament esklużi mill-fondi proprji (2 ). L-applikazzjoni kemm tar-regola ta’ gwida 1 u tar-regola ta’ gwida 2, fis-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni, oġġetti AT1 li jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istrumenti ta’ anterjorità, inkluż kwalunkwe ammont li hu progressivament eskluż mill-fondi proprji minħabba l-limiti stabbiliti fil-Parti 10, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (b’mod partikolari l-Artikolu 486), għandhom jiġu soġġetti għall-istess trattament. L-applikazzjoni tar-regola ta’ gwida 2: L-istrumenti T2 skont ir-reġim tal-amortizzament għandhom ikunu soġġetti għall-istess trattament bħall-istrumenti T2 inklużi bis-sħiħ fil-fondi proprji. (2 ) Għall-għanijiet ta’ dawn il-linji gwida, l-ammonti kollha tal-oġġetti kkalkolati bħala fondi proprji skont il-limiti previsti fil-Parti 10, Kapitolu 2 tas-CRR huma soġġetti għall-istess trattament.
|
|
18. Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Skont ir-reġim tal-amortizzament stabbilit fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valur ta’ strument T2 li jista’ jkun inkluż fil-fondi proprji hu l-valur nominali tiegħu amortizzat fuq bażi ta’ linja dritta fl-aħħar 5 snin qabel il-maturità. L-ammont soġġett għall-amortizzament mhuwiex inkluż fil-fondi proprji, anki jekk l-istrument T2 ikun eliġibbli skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, meta tiddetermina l-ordni u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni, għandha tittratta bl-istess mod l-istrumenti T2 inklużi fl-istess klassi u m’għandhiex tapplika trattament diskriminatorju għall-ħruġ tal-istess strumenti T2.
|
|
19. L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament …
|
L-ammont amortizzat tal-istrumenti T2 għandu jkun ukoll soġġett għall-istess trattament bħall-ammont tal-istrumenti T2 inkluż fil-fondi proprji meta r-reġim ta’ amortizzament jiġi applikat għal strument ta’ anterjorità. F'dan il-każ, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ gwida 1 u 2 u f’konformità mal-ġerarkija tal-kredituri, l-ammont nominali sħiħ ta’ strument T2 ta’ anterjorità soġġett għar-reġim ta’ amortizzament għandu jkun soġġett għall-istess trattament bħal strumenti T2 ikklassifikati indaqs biex jiġu ddeterminati s-sekwenza u l-ammont tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni.
|
|
20. Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn …
|
Barra minn hekk, l-istrumenti AT1 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod irrispettivament minn jekk kinux affettwati mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 486 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|