+54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …
|
54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …
Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas: - a. jidentifikax il - proċessi kritiċi tal -ICT u s- sistemi ta’ appoġġ tal - ICT rilevanti li għandhom ikunu parti mill - pjanijiet ta’ kontinwità u reżiljenza tan - negozju b’:
- i. analiżi komprensiva tad - dipendenzi bej n il- proċessi kritiċi tan - negozju u s - sistemi ta’ appoġġ;
- ii. determinazzjoni ta’ għanijiet ta’ rkupru għas - sistemi ta’ appoġġ tal - ICT (eż. tipikament determinati min - negozju u/jew mir - regolamenti f’termini ta’ RTO u RPO);
- iii. ippjanar ta’ kontinġenza xieraq biex id- disponibbiltà, il - kontinwità u l - irkupru ta’ sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT ikunu jistgħu jimminimizzaw it - tfixkil tal - operazzjonijiet ta’ istituzzjoni fi ħdan limiti aċċettabbli.
- b. ikollux reżiljenza tan - negozju, politiki u standards ambjentali dwar il-kontroll tal- kontinwità u kontrolli operazzjonali li jinkludu:
- i. Miżuri biex jiġi evitat li xenarju, inċident jew diżastru wieħed ikun jista’ jħalli impatt kemm fuq is- sistemi ta’ produzzjoni kif ukoll fuq dawk ta’ rkupru tal -ICT;
- ii. proċeduri ta’ backup u ta’ rkupru tas - sistema tal - ICT għal softwer u data kritiċi, li jiżguraw li dawn il- backups jinħażnu f’post sigur u biżżejjed remot, sabiex inċident jew diżastru ma jkunx jista’ jeqred jew jikkorrompi din id -data kritika;
- iii. sistemi ta’ monitoraġġ għad - detezzjoni f’waqtha ta’ inċidenti ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT;
- iv. proċess dokumentat ta’ ġestjoni u eskalazzjoni dwar l - inċidenti, li jipprovdi wkoll gwida dwar ir - rwoli u r- responsabbiltajiet differenti tal - ġestjoni u l - eskalazzjoni dwar l - inċidenti, il - membri tal - kumitat(i) tal - kriżi u l - linja ta’ kmand f’każ ta’ emerġenza;
- v. miżuri fiżiċi li kemm jipproteġu l - infrastruttura kritika tal -ICT tal- istituzzjoni (eż. ċentri tad - data) minn riskji ambjentali (eż. għargħar u diżastri naturali oħrajn) kif ukoll li jiżguraw ambjent operattiv xieraq għal sistemi tal - ICT (eż. arja kundizzjonata);
- vi. proċessi, rwoli u responsabbiltajiet biex jiġi żgurat ukoll li sistemi u servizzi esternalizzati tal -ICT ikunu koperti wkoll minn soluzzjonijiet u pjanijiet ta’ reżiljenza u kontinwità xierqa tan - negozju;
- vii. ippjanar tal- prestazzjoni u l - kapaċità tal - ICT u soluzzjonijiet ta’ monitoraġġ tal - ICT għal sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT b’rekwiżiti definiti ta’ disponibbiltà, għad - detezzjoni f'waqtha ta’ limitazzjonijiet importanti fuq il - prestazzjoni u l - kapaċità;
- viii. soluzzjonijiet biex jiġu protetti attivitajiet jew servizzi kritiċi tal - internet (eż. servizzi tal - e - banking), fejn meħtieġ u xieraq, kontra ċ - ċaħda mis - servizz u ċiberattakki oħrajn mill - internet, bl- għan li jipprevjenu jew ixekklu l - aċċess għal dawn l - attivitajiet u s - servizzi.
- c. jittestjax soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT, kontra firxa ta’ xenarji realistiċi fosthom ċiberattakki, testijiet ta’ fail - over u testijiet ta’ back - ups għal softwer u data kritiċi li:
- i. huma ppjanati, formalizzati u dokumentati, u r - riżultati tat - testijiet jintużaw biex tissaħħaħ l - effettività tas - soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal -ICT;
- ii. jinkludu partijiet ikkonċernati u funzjonijiet fi ħdan l - organizzazzjoni, bħall - ġestjoni tal -linja operatorja, inkluż il - kontinwità tan - negozju, timijiet ta’ rispons f’każ ta’ inċident jew kriżi, kif ukoll partijiet ikkonċernati esterni rilevanti fl - ekosistema;
- iii. il- korp maniġerjali u l - maniġment superjuri huma involuti fihom b’mod xieraq (eż. bħala parti mit - timijiet tal - ġestjoni tal - kriżijiet) u jiġu informati dwar ir - riżultati tat - testijiet.
- (b) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ sigurtà materjali tal-ICT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|