+3.3 Valutazzjoni tal-kontrolli b iex jitnaqqsu riskji materjali tal -ICT
---+45. Biex jiġi vvalutat l - esponiment għar - riskju residwu tal -ICT tal- istituzzjoni, l - …
---+46. Għal dan l - iskop, għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti …
---+47. Il- valutazzjoni għandha tqis ir - riżultat tal - analiżi tal - ġestjoni tar -riskju u l- qafas …
---+48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - passi ta’ valutazzjoni li ġejjin b’mod li jkun …
---+49. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu jekk l -istituzzjon i għandhiex politiki …
---+50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - …
---+51. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l - Uffiċċju tal - Awditjar Intern ikunx …
---+52. Għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
---+53. Minbarra r- rekwiżiti fil -Linji Gwida tal- EBA SREP (para 279 - 281), l - awtoritajiet …
---+54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …
---+55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
---+56. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
---+57. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
---+58. Għal istituzzjonijiet sorveljati li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tal - prinċipji tal …
---+59. L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġija tal - esternalizzazzjoni …
---+60. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …
|
3.3 Valutazzjoni tal-kontrolli b iex jitnaqqsu riskji materjali tal -ICT
3.3 Valutazzjoni tal-kontrolli b iex jitnaqqsu riskji materjali tal -ICT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
45. Biex jiġi vvalutat l - esponiment għar - riskju residwu tal -ICT tal- istituzzjoni, l - …
|
Biex jiġi vvalutat l - esponiment għar - riskju residwu tal -ICT tal- istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu kif l - istituzzjoni tidentifika, timmonitorja, tivvaluta u tnaqqas ir - riskji materjali identifikati mill - awtoritajiet kompetenti fil - valutazzjoni ta’ hawn fuq.
|
|
46. Għal dan l - iskop, għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Għal dan l - iskop, għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l - applikabbli: - a. Politika, proċessi tal - ġestjoni tar - riskju u limiti ta’ tolleranza tar -riskju tal-ICT;
- b. Ġestjoni organizzazzjonali u qafas ta’ sorveljanza;
- c. Kopertura u sejbiet tal - awditjar intern; u
- d. Kontrolli tar-riskju tal- ICT li huma speċifiċi għar - riskju materjali tal - ICT identifikat.
|
|
47. Il- valutazzjoni għandha tqis ir - riżultat tal - analiżi tal - ġestjoni tar -riskju u l- qafas …
|
Il- valutazzjoni għandha tqis ir - riżultat tal - analiżi tal - ġestjoni tar -riskju u l- qafas ta’ kontroll intern ġenerali kif imsemmi fit -Titolu 5 tal -Linji Gwida tal- EBA SREP, kif ukoll tal - governanza u l - istrateġija tal -istituzzjoni indirizza ti fit -Titolu 2 ta’ dawn il - Linji Gwida, peress li nuqqasijiet sinifikanti identifikati f'dawn l - oqsma jistgħu jinfluwenzaw l - abbiltà tal - istituzzjoni biex timmaniġġja u tnaqqas l - esponimenti għar -riskju tal-ICT tagħha. Fejn rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jużaw sorsi ta’ informazzjoni fil - paragrafu 37 ta’ dawn il -Linji Gwida.
|
|
48. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - passi ta’ valutazzjoni li ġejjin b’mod li jkun …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l - passi ta’ valutazzjoni li ġejjin b’mod li jkun proporzjonali għan - natura, l -iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet ta l- isituzzjoni u billi japplikaw reviżjoni superviżorja li hi xierqa għall - profil tar -riskju tal-ICT tal-istituzzjoni. 3.3.1 Politika, proċessi u limiti ta’ tolleranza tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
|
|
49. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu jekk l -istituzzjon i għandhiex politiki …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu jekk l -istituzzjon i għandhiex politiki, proċessi u limiti ta’ tolleranza tal - ġestjoni tar - riskju xierqa fis - seħħ għar - riskji materjali tal - ICT identifikati. Dawn jistgħu jkunu parti mill - qafas tal - ġestjoni tar - riskju operazzjonali jew minn dokument separat. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk: - a. il-politika tal- ġestjoni tar - riskju tkunx formalizzata u approvata mill - korp maniġerjali u jkunx fiha gwida suffiċjenti dwar l - aptit għar -riskju tal-ICT tal- istitituzzjoni, u dwar l - għanijiet tal - ġe stjoni tar- riskju ewlenin tal - ICT segwiti u/jew il - limiti ta’ tolleranza tar -riskju tal-ICT applikati. Il-politika tal- ġestjoni tar -riskju tal- ICT rilevanti għandhiex ukoll tiġi kkomunikata lill- partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
- b. il-politika applikab bli tkoprix l - elementi sinifikanti kollha għall - ġestjoni tar -riskju tar-riskji materjali tal - ICT identifikati;
- c. l- istituzzjoni tkunx implimentat proċess u proċeduri sottostanti għall - identifikazzjoni (eż. “awtovalutazzjonijiet tal -kontroll tar- riskju” (RCSA), analiżi tax - xenarju tar - riskju) u l - monitoraġġ tar - riskji materjali tal - ICT involuti; u
- d. l- istituzzjoni jkollhiex rappurtar tal - ġestjoni tar -riskju tal- ICT fis - seħħ li jipprovdi informazzjoni f'waqtha lill - maniġment superjuri u lill - korp maniġerjali, li jippermetti lill - maniġment superjuri u/jew lill - korp maniġerjali jivvalutaw u jimmonitorjaw jekk il - pjanijiet u l- miżuri ta’ mitigazzjoni tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni jkunux konsistenti mal -aptit tar-riskju u/jew il - limiti ta’ tolleranza approvati (fejn rilevanti) u jimmonitorjaw bidliet ta’ riskji materjali tal -ICT.
3.3.2 Ġestjoni organizzazzjonali u qafas ta’ sorveljanza
|
|
50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir -rwoli u l- responsabbiltajiet tal - ġestjoni tar -riskju applikabbli jiġu inkorporati u integrati fl - organizzazzjoni interna biex jiġu mmaniġġjati u sorveljati r -riskji materjali tal - ICT identifikati. F'dan ir- rigward, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni turix: - a. rwoli u responsabbiltajiet ċari għall - identifikazzjoni, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, il - mitigazzjoni, ir -rappurtar u s- sorveljanza tar - riskju materjali tal - ICT involut;
- b. li r- responsabbiltajiet u r -rwoli tar- riskju jiġu kkomunikati, allokati u inkorporati b’mod ċar fil - partijiet (eż. linji tan - negozju, IT) u l - proċessi rilevanti kollha tal - organizzazzjoni, inkluż ir - rwoli u r- responsabbiltajiet għall - ġbir u l - aggregazzjon i tal- informazzjoni tar -riskju u r-rappurtar tagħha lill - maniġment superjuri u/jew lill - korp maniġerjali;
- c. li l- attivitajiet tal - ġestjoni tar -riskju tal- ICT jitwettqu b’riżorsi umani u tekniċi xierqa b’mod kwalitattiv u suffiċjenti. Biex tiġi vvalutata l -k redibbiltà tal - pjanijiet ta’ mitigazzjoni tar - riskju applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jivvalutaw jekk l -istituzzjoni tkunx allokat biżżejjed baġits finanzjarji u/jew riżorsi meħtieġa oħrajn għall - implimentazzjoni tagħhom;
- d. segwitu u rispons xieraq tal - korp maniġerjali rigward sejbiet importanti mill - funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti rigward ir - riskju(i) tal - ICT, li jqisu d - delegazzjoni possibbli ta’ ċerti aspetti għal kumitat, fejn dan jeżisti; u
- e. li eċċezzjonijiet minn regolamenti u politiki tal- ICT applikabbli jiġu rreġistrati u soġġetti għal reviżjoni u rappurtar dokumentati mill - funzjoni ta’ kontroll indipendenti b’attenzjoni fuq ir - riskji relatati.
3.3.3 Kopertura u sejbiet tal-awditjar intern
|
|
51. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l - Uffiċċju tal - Awditjar Intern ikunx …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l - Uffiċċju tal - Awditjar Intern ikunx effettiv fir - rigward tal-awditjar tal- qafas tal - ġestjoni tar -riskju tal- ICT applikabbli, billi jirrevedu jekk: - a. il- qafas tal -kontroll tar-riskju tal- ICT ikunx awditjat bil - kwalità, dettall u frekwenza meħtieġ a u proporzjonali mad - daqs, mal - attivitajiet u mal - profil tar -riskju tal-ICT tal-istituzzjoni;
- b. il-pjan tal- awditu jinkludix verifiki dwar ir - riskji kritiċi tal - ICT identifikati mill -istituzzjoni;
- c. is- sejbiet tal -awditjar tal- ICT importanti, inkluż l -azzjoni jiet miftiehma, jiġux irrappurtati lill - korp maniġerjali; u
- d. is- sejbiet tal -awditjar tal- ICT, inkluż l - azzjonijiet miftiehma, jiġux segwiti u r - rapporti ta’ progress jiġux perjodikament riveduti mill - maniġment superjuri u/jew mill - kumitat tal - awditjar.
3.3.4 Kontrolli tar-riskju tal-ICT li huma speċifiċi għar-riskji materjali tal-ICT identifikati
|
|
52. Għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
|
Għar - riskji materjali tal - ICT identifikati, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l -istituzzjoni għandhiex kontrolli speċifiċi fis - seħħ biex dawn ir - riskji jiġu indirizzati. It - taqsimiet li ġejjin jipprovdu lista mhux eżawrjenti tal -kontrolli speċifiċi li għandhom jiġu kkunsidrati fil - valutazzjoni tar - riskji materjali identifikati taħt il -punt 3.2.3 li ġew irrappreżentati fil - kategoriji tar -riskju tal- ICT li ġejjin: - a. Riskji ta’ disponibbiltà u kontinwità tal -ICT;
- b. Riskji ta’ sigurtà tal -ICT;
- c. Risk ji ta’ bidla tal -ICT;
- d. Riskji ta’ integrità tad -data tal-ICT;
- e. Riskji ta’ esternalizzazzjoni tal -ICT.
- (a) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ disponibbiltà u kontinwità materjali tal-ICT
|
|
53. Minbarra r- rekwiżiti fil -Linji Gwida tal- EBA SREP (para 279 - 281), l - awtoritajiet …
|
Minbarra r- rekwiżiti fil -Linji Gwida tal- EBA SREP (para 279 - 281), l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas xieraq fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - fehim, il - kejl u l - mitigazzjoni ta’ riskji ta’ disponibbiltà u kontinwità tal -ICT.
|
|
54. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk …
|
Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas: - a. jidentifikax il - proċessi kritiċi tal -ICT u s- sistemi ta’ appoġġ tal - ICT rilevanti li għandhom ikunu parti mill - pjanijiet ta’ kontinwità u reżiljenza tan - negozju b’:
- i. analiżi komprensiva tad - dipendenzi bej n il- proċessi kritiċi tan - negozju u s - sistemi ta’ appoġġ;
- ii. determinazzjoni ta’ għanijiet ta’ rkupru għas - sistemi ta’ appoġġ tal - ICT (eż. tipikament determinati min - negozju u/jew mir - regolamenti f’termini ta’ RTO u RPO);
- iii. ippjanar ta’ kontinġenza xieraq biex id- disponibbiltà, il - kontinwità u l - irkupru ta’ sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT ikunu jistgħu jimminimizzaw it - tfixkil tal - operazzjonijiet ta’ istituzzjoni fi ħdan limiti aċċettabbli.
- b. ikollux reżiljenza tan - negozju, politiki u standards ambjentali dwar il-kontroll tal- kontinwità u kontrolli operazzjonali li jinkludu:
- i. Miżuri biex jiġi evitat li xenarju, inċident jew diżastru wieħed ikun jista’ jħalli impatt kemm fuq is- sistemi ta’ produzzjoni kif ukoll fuq dawk ta’ rkupru tal -ICT;
- ii. proċeduri ta’ backup u ta’ rkupru tas - sistema tal - ICT għal softwer u data kritiċi, li jiżguraw li dawn il- backups jinħażnu f’post sigur u biżżejjed remot, sabiex inċident jew diżastru ma jkunx jista’ jeqred jew jikkorrompi din id -data kritika;
- iii. sistemi ta’ monitoraġġ għad - detezzjoni f’waqtha ta’ inċidenti ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT;
- iv. proċess dokumentat ta’ ġestjoni u eskalazzjoni dwar l - inċidenti, li jipprovdi wkoll gwida dwar ir - rwoli u r- responsabbiltajiet differenti tal - ġestjoni u l - eskalazzjoni dwar l - inċidenti, il - membri tal - kumitat(i) tal - kriżi u l - linja ta’ kmand f’każ ta’ emerġenza;
- v. miżuri fiżiċi li kemm jipproteġu l - infrastruttura kritika tal -ICT tal- istituzzjoni (eż. ċentri tad - data) minn riskji ambjentali (eż. għargħar u diżastri naturali oħrajn) kif ukoll li jiżguraw ambjent operattiv xieraq għal sistemi tal - ICT (eż. arja kundizzjonata);
- vi. proċessi, rwoli u responsabbiltajiet biex jiġi żgurat ukoll li sistemi u servizzi esternalizzati tal -ICT ikunu koperti wkoll minn soluzzjonijiet u pjanijiet ta’ reżiljenza u kontinwità xierqa tan - negozju;
- vii. ippjanar tal- prestazzjoni u l - kapaċità tal - ICT u soluzzjonijiet ta’ monitoraġġ tal - ICT għal sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT b’rekwiżiti definiti ta’ disponibbiltà, għad - detezzjoni f'waqtha ta’ limitazzjonijiet importanti fuq il - prestazzjoni u l - kapaċità;
- viii. soluzzjonijiet biex jiġu protetti attivitajiet jew servizzi kritiċi tal - internet (eż. servizzi tal - e - banking), fejn meħtieġ u xieraq, kontra ċ - ċaħda mis - servizz u ċiberattakki oħrajn mill - internet, bl- għan li jipprevjenu jew ixekklu l - aċċess għal dawn l - attivitajiet u s - servizzi.
- c. jittestjax soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal - ICT, kontra firxa ta’ xenarji realistiċi fosthom ċiberattakki, testijiet ta’ fail - over u testijiet ta’ back - ups għal softwer u data kritiċi li:
- i. huma ppjanati, formalizzati u dokumentati, u r - riżultati tat - testijiet jintużaw biex tissaħħaħ l - effettività tas - soluzzjonijiet ta’ disponibbiltà u kontinwità tal -ICT;
- ii. jinkludu partijiet ikkonċernati u funzjonijiet fi ħdan l - organizzazzjoni, bħall - ġestjoni tal -linja operatorja, inkluż il - kontinwità tan - negozju, timijiet ta’ rispons f’każ ta’ inċident jew kriżi, kif ukoll partijiet ikkonċernati esterni rilevanti fl - ekosistema;
- iii. il- korp maniġerjali u l - maniġment superjuri huma involuti fihom b’mod xieraq (eż. bħala parti mit - timijiet tal - ġestjoni tal - kriżijiet) u jiġu informati dwar ir - riżultati tat - testijiet.
- (b) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ sigurtà materjali tal-ICT
|
|
55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - ftehim, il - kejl u l - mitigazzjoni tar - riskju ta’ sigurtà tal - ICT. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas jikkunsidrax: - a. rwoli u responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar li jirrigwardaw:
- i. il- persuna(i) u/jew il - kumitati li huma responsabbli għall - ġestjoni ta’ kuljum tas - sigurtà tal -ICT u għall - elaborazzjoni tal - politiki ġenerali tas - sigurtà tal - ICT, b'attenzjoni għall - indipendenza meħtieġa tagħhom;
- ii. it- tfassil, l - implimentazzjoni, il - ġestjoni u l - monitoraġġ tal -kontrolli tas- sigurtà tal -ICT;
- iii. il- protezzjoni ta’ sistemi u servizzi kritiċi tal - ICT, pereżempju bl - adozzjoni ta’ proċess tal - valutazzjoni tal - vulnerabbiltà, ġestjoni ta’ softwer korrettiv, protezzjoni tal -punt tat- tmiem (eż. virus tal - malwer), għodod ta’ detenzjoni u prevenzjoni ta’ intrużjoni;
- iv. il- monitoraġġ, il - klassifikazzjoni u t - trattament ta’ inċidenti ta’ sigurtà esterni jew interni tal - ICT; inkluż ir - rispons għall - inċidenti u t - tkomplij a u l-irkupru tas- sistemi u s - servizzi tal -ICT;
- v. valutazzjonijiet tat - theddid regolari u proattiv biex jinżammu kontrolli ta’ sigurtà xierqa.
- b. politika ta’ sigurtà tal - ICT li tqis u, fejn xieraq, taderixxi għal standards ta’ sigurtà u prinċipji ta’ sigurtà tal- ICT li huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali (eż. il - ”prinċipju tal - inqas privileġġ” jiġifieri l - limitazzjoni tal - aċċess għal - livell minimu li ser jippermetti l - funzjonament normali għall - ġestjoni tad - dritt ta’ aċċess u l - prinċipju ta’ “difiża profonda” jiġifieri mekkaniżmi ta’ sigurtà fuq livelli differenti li jżidu s - sigurtà tas - sistema kollha kemm hi għat - tfassil ta’ arkitettura ta’ sigurtà);
- c. proċess biex jiġu identifikati sistemi, servizzi u rekwiżiti ta’ sigurtà proporzjonali tal -ICT li jirri flettu riskju ta’ frodi potenzjali u/jew użu ħażin possibbli u/jew abbużi ta’ data kunfidenzjali flimkien ma’ aspettattivi ta’ sigurtà dokumentati li dawn is - sistemi, is - servizzi u d - data identifikati tal -ICT għandhom jaderixxu għalihom, li għandhom ikunu allinjati mat - tolleranza tar -riskju tal-istituzzjoni u li għandhom ikunu mmonitorjati għall - implimentazzjoni korretta tagħhom;
- d. proċess dokumentat ta’ sigurtà ta’ ġestjoni u eskalazzjoni dwar l - inċidenti, li jipprovdi gwida dwar ir - rwoli u r- responsabbiltajiet differenti tal - ġestjoni u tal - eskalazzjoni dwar l - inċidenti, il - membri tal - kumitat(i) tal - kriżi u l - linja ta’ kmand f’każ ta’ emerġenzi ta’ sigurtà;
- e. illoggjar tal- attivitajiet tal - utent u amministrattiv li jippermetti l - monitoraġġ effettiv u d - detezzjo ni u r- rispons f’waqthom għal attività mhux awtorizzata; li jgħin fi jew iwettaq investigazzjonijiet tal - forensika ta’ inċidenti ta’ sigurtà. L - istituzzjoni għandu jkollha politiki ta’ lloggjar fis - seħħ li jiddefinixxu tipi ta’ reġistri xierqa li għandhom jinżammu u l - perjodu ta’ żamma tagħhom;
- f. kampanji jew inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u informazzjoni biex il - livelli kollha fl - istituzzjoni jiġu infurmati dwar l - użu sigur u l - protezzjoni tas - sistemi tal -ICT tal-istituzzjoni u r- riskji ewlenin ta’ sigur tà tal - ICT (u oħrajn) li għandhom ikunu konxji tagħhom, b’mod partikolari li jirrigwardaw it - theddidiet ċibernetiċi eżistenti u li qed jevolvu (eż. virusijiet tal - kompjuter, abbużi jew attakki interni jew esterni possibbli, ċiberattakki) u r - rwol tagħhom f il- mitigazzjoni ta’ ksur tas - sigurtà;
- g. miżuri xierqa ta’ sigurtà fis - seħħ (eż. CCTV, allarm kontra s - serq, bibien ta’ sigurtà) biex jipprevjenu l- aċċess fiżiku mhux awtorizzat għal sistemi kritiċi u sensittivi tal - ICT (eż. ċentri tad - data);
1 9 - h. miżuri biex is - sistemi tal - ICT jiġu protetti minn attakki mill - Internet (jiġifieri ċiberattakki) jew minn netwerks esterni oħrajn (eż. konnessjonijiet ta’ telekomunikazzjoni tradizzjonali jew konnessjonijiet ma’ sħab affidabbli). L - awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu jekk il - qafas tal -istituzzjoni jikkunsidrax:
- i. proċess u soluzzjonijiet biex iżomm inventarju sħiħ u aġġornat u ħarsa ġenerali tal - punti ta’ konnessjoni kollha tan - netwerk li jħarsu ‘l barra (eż. siti web, applikazzjonijiet tal - internet, WIFI, aċċess remot) li permezz tagħhom il - partijiet terzi jkunu jistgħu jidħlu fis - sistemi interni tal -ICT.
- ii. miżuri ta’ sigurtà mmaniġġjati u mmonitorjati mill - viċin (eż. firewalls, proxy servers, mail relays, antivirus u skanners tal - kontenut) biex jiġi żgurat traffiku tan- netwerk dieħel u ħiereġ (eż. posta elettronika) u l - konnessjonijiet tan - netwerk li jħarsu ‘l barra li permezz tagħhom il - partijiet terzi jkunu jistgħu jidħlu fis - sistemi interni tal -ICT;
- iii. proċessi u soluzzjonijiet biex jiġu żgurati siti web u applikazzjonijiet li jistgħu jiġu attakkati direttament mill - internet u/jew minn barra, li jistgħu jservu bħala punt ta’ dħul fis - sistemi interni tal - ICT. B’mod ġenerali dawn jinkludu taħlita ta’ prattiki ta’ żvilupp sigur rikonoxxuti, prattiki ta’ twebbis u skenn jar tal- vulnerabbiltà tas - sistema tal - ICT, u/jew l - implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ sigurtà addizzjonali, bħal pereżempju firewalls tal - applikazzjonijiet u/jew sistemi ta’ detezzjoni ta’ intrużjoni (IDS) u/jew sistemi ta’ prevenzjoni ta’ intrużjoni (IPS);
- iv. ittestjar tal - penetrazzjoni tas - sigurtà perjodiku biex tiġi vvalutata l - effettività tal - miżuri u l - proċessi ta’ sigurtà interna u ċibernetika tal - ICT implimentati. Dawn it - testijiet għandhom isiru mill - persunal u/jew minn esperti esterni bl - għarfien espert meħtieġ, fejn ir - riżultati u l - konklużjonijiet tat - testijiet dokumentati jiġu rrappurtati lill - maniġment superjuri u/jew lill - korp maniġerjali. Fejn meħtieġ u applikabbli, l - istituzzjoni minn dawn it - testijiet għandha titgħallem fejn tkompli ttejjeb il -kontrolli u l- proċessi tas - sigurtà u/jew tikseb assigurazzjoni aħjar dwar l - effettività tagħhom.
- (c) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ bidla materjali fl-ICT
|
|
56. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - ftehim, il - kejl u l - mitigazzjoni tar - riskju ta’ bidla tal - ICT proporzjonali man - natura, l - iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet tal -istituzzjoni u tal- profil tar -riskju tal-ICT tal-istituzzjoni. Il- qafas tal - istituzzj oni għandu jkopri r - riskji assoċjati mal - iżvilupp, l - ittestjar u l - approvazzjoni ta’ bidliet fis - sistemi tal- ICT, inkluż l - iżvilupp jew bidliet fis - softwer, qabel ma jittieħdu għall - ambjent tal -produzzjoni u jiżguraw ġestjoni adegwata taċ - ċiklu tal - ħajja t al- ICT. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas jikkunsidrax: - a. proċessi dokumentati għall - ġestjoni u l - kontroll ta’ bidliet fis - sistemi (eż. konfigurazzjoni u ġestjoni ta’ softwer korrettiv) u data (eż. korrezzjonijiet ta’ bugs jew korrezzjonijiet ta’ data) tal - ICT, li jiżguraw l - involviment xieraq tal - ġestjoni tar -riskju tal- ICT għal bidliet importanti tal - ICT li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq il - profil tar - riskju jew l - esponiment tal -istituzzjoni;
- b. speċifikazzjonijiet li jirrigwardaw is - segregazzjoni tad - doveri meħtieġa matul il - fażijiet differenti tal - proċessi ta’ bidla tal - ICT implimentati (eż. tfassil tas - soluzzjoni u żvilupp, ittestjar u approvazzjoni ta’ softwer ġdid u/jew bidliet, migrazzjoni u implimentazzjoni fl - ambjent ta’ produzzjoni, u korrezzjoni ta’ bugs), b’attenzjoni fuq is - soluzzjonijiet implimentati u s - segregazzjoni tad - doveri biex jiġu mmaniġġjati u kkontrollati bidliet għas - sistemi u d - data ta’ produzzjoni tal - ICT mill - pe rsunal tal-ICT (eż. żviluppaturi, amministraturi tas - sistema tal - ICT, amministraturi tal - bażi tad - data) jew kwalunkwe parti oħra (eż. utenti ta’ negozju, fornituri ta’ servizz);
- c. ambjenti tal - ittestjar li jirriflettu b’mod xieraq ambjenti ta’ produzzjoni;
- d. inventarju tal -assi tal- applikazzjonijiet u s - sistemi tal - ICT eżistenti fl - ambjent tal - produzzjoni, kif ukoll fl - ambjent tal - ittestjar u tal - iżvilupp, sabiex il - bidliet meħtieġa (eż. aġġornamenti jew titjib tal - verżjoni, patching tas - sistemi, bidliet fil -k onfigurazzjoni) ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati, implimentati u mmonitorjati kif suppost għas - sistemi tal - ICT involuti.
- e. proċess li jimmonitorja u jimmaniġġja ċ - ċiklu tal - ħajja tas - sistemi tal - ICT użati, biex jiġi żgurat li jkomplu jissodisfaw u jappoġġjaw i r- rekwiżiti tan - negozju u tal - ġestjoni tar - riskju attwali u li jiżgura li s- soluzzjonijiet u s - sistemi tal - ICT użati għadhom appoġġjati mill - bejjiegħa tagħhom; u li dan ikun akkompanjat bi proċeduri adegwati taċ - ċiklu tal - ħajja tal - iżvilupp tas - softwer (SDLC).
- f. sistema ta’ kontroll tal - kodiċi tas - sors bħala softwer u proċeduri xierqa biex jiġu evitati bidliet mhux awtorizzati fil - kodiċi tas - sors ta’ softwer li jiġi żviluppat internament;
- g. proċess li jwettaq skrinjar tas - sigurtà u tal - vulnerabbiltà ta’ sistemi u softwer tal - ICT ġodda jew immodifikati materjalment, qabel ma jinħarġu għall - produzzjoni u jiġu esposti għal ċiberattakki possibbli;
- h. proċess u soluzzjonijiet biex jiġi evitat l - iżvelar mhux awtorizzat jew mhux intenzjonat ta’ data kunfidenzjali, meta jiġu sostitwiti, arkivjati, mormija jew meqruda sistemi tal -ICT;
- i. reviżjoni indipendenti u proċessi ta’ validazzjoni biex jitnaqqsu r - riskji għall - iżbalji tal - bnedmin meta jsiru bidliet għas - sistemi tal - ICT li jista' jkollhom effett negattiv importanti fuq id - disponibbiltà, il - kontinwità jew is - sigurtà tal - istituzzjoni (eż. bidliet importanti għall - konfigurazzjoni tal - firewall), jew is- sigurtà tal - istituzzjoni (eż. bidliet lill - firewalls).
- (d) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ integrità ta’ data materjali tal-ICT;
|
|
57. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - ftehim, il - kejl u l - mitigazzjoni tar -riskju tal- integrità tad -data tal-ICT proporzjonali man - natura, l -iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet tal -istituzzjoni u tal- profil tar -riskju tal-ICT tal-istituzzjoni. Il- qafas tal - istituzzjoni għandu jikkunsidra r - riskji assoċjati mal - preservazzjoni tal - integrità tad- data maħżuna u pproċessata mis - sistemi tal - ICT. Għal din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, għandhom iqisu jekk il - qafas jikkunsidrax: - a. politika li tiddefinixxi r -rwoli u r- responsabbiltajiet għall - ġestjoni tal - integrità tad - data fis - sistemi tal- ICT (eż. perit tad - data, uffiċjali tad -data6 , kus todji tad-data7 , sidien/amministraturi (stewards) tad-data8 ) u li tipprovdi gwida dwar liema data hi kritika minn perspettiva ta’ integrità tad -data u liem għandha tkun soġġetta għal kontrolli (eż. kontrolli tal - validazzjoni tal - input awtomatizzati, kontrolli tat- trasferiment tad - data, rekonċiljazzjonijiet, eċċ.) jew reviżjonijiet (eż. verifika tal - kompatibbiltà mal - arkitettura tad - data) speċifiċi tal - ICT fil - fażijiet differenti taċ - ċiklu tal - ħajja tad - data tal-ICT;
- b. arkitettura tad - data, mudell u/jew dizzjunarju tad - data dokumentat, li jkun validat ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti tan - negozju u tal - IT biex tiġi żgurata l - konsistenza tad - data meħtieġa madwar is- sistemi tal - ICT u biex jiġi żgurat li l - arkitettura ta d- data, il - mudell u/jew id -dizzjunarju tad-data jibqgħu allinjati mal - ħtiġijiet tal - ġestjoni tan - negozju u tar -riskju;
- c. politika li tirrigwarda l- użu permess ta’ u d - dipendenza fuq l - Informatika tal - Utent Finali, b’mod partikolari li tirrigwarda l- identifikazzjoni, ir - reġistrazzjoni u d - dokumentazzjoni ta’ soluzzjonijiet importanti tal - informatika tal - utent finali (eż. meta tiġi pproċessata data importanti) u l - livelli ta’ sigurtà mistennija biex jiġu evitati modifiki mhux awtorizzati, kemm fl - għodda nnifisha, kif ukoll fid - data maħżuna fiha;
- d. proċessi dokumentati tat - trattament tal - eċċezzjonijiet biex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ integrità tad - data tal- ICT identifikati f’konformità mal - kritikalità u s - sensittività tagħhom.
6 Uffiċjal tad - data hu responsabbli għall -ippro ċessar u l - użu tad -data. 7 Kustodju tad- data hu responsabbli għall - kustodja, it -trasport u l- ħżin sigur tad -data. 8 Amministratur tad - data hu responsabbli għall - ġestjoni u l - idoneità tal - elementi tad -data – kemm il - kontenut kif ukoll il - metadata.
|
|
58. Għal istituzzjonijiet sorveljati li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tal - prinċipji tal …
|
Għal istituzzjonijiet sorveljati li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tal - prinċipji tal - BCBS 239 għall - aggregazzjoni tad - data ta’ riskju u r -rappurtar tar- riskji effettivi (principles for effective risk data aggregation and risk reporting)9 , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirreved u l- analiżi tar -riskju tal-istituzzjoni tal- kapaċitajiet tar -rappurtar tar-riskji u tal- aggregazzjoni tad - data tagħha mqabbla mal - prinċipji u d - dokumentazzjoni ppreparata fuqhom, filwaqt li jqisu l - iskeda taż - żmien tal - implimentazzjoni u l- ftehimiet tranżizzjonali f'dawn il - prinċipji. - (e) Kontrolli għall-ġestjoni ta’ riskji ta’ esternalizzazzjoni materjali tal-ICT
9 Kumitat ta' Basel dwar is - Superviżjoni Bankarja, Prinċipji għall - aggregazzjoni tad - data ta’ riskju u r -rappurtar tar- riskji effettivi, Jannar 2013, disponibbli online: http://www.bis.org/publ/bcbs239.pdf.
|
|
59. L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġija tal - esternalizzazzjoni …
|
L-a wtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istrateġija tal - esternalizzazzjoni tal - istituzzjoni, f’konformità mar - rekwiżiti tal -Linji Gwida tas- CEBS dwar l - esternalizzazzjoni (2006) u b’żieda mar - rekwiżit fil - paragrafu 85 (d) tal -Linji Gwida tal- EBA SREP, tapplikax b’mod adegwat għall - esternalizzazzjoni tal - ICT, inkluż esternalizzazzjoni intragrupp li tipprovdi servizzi tal - ICT fi ħdan il -grupp. Meta jkunu qed jivvalutaw ir - riskji ta’ esternalizzazzjoni tal - ICT, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqis u li r- riskji ta’ esternalizzazzjoni tal - ICT jistgħu jiġu koperti wkoll bħala parti mill - valutazzjoni ta’ riskji operazzjonali inerenti taħt il - paragrafu 240 (j) tal -Linji Gwida tal- EBA SREP, biex jiġi evitat xogħol doppju jew għadd doppju.
|
|
60. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …
|
B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju ta’ esternalizzazzjoni tal - ICT, u b’mod partikolari, kontrolli u ambjent ta’ kontroll fis - seħħ għ all- mitigazzjoni tar - riskji relatati ma’ servizzi esternalizzati materjali tal - ICT li huma proporzjonali għad - daqs, mal - attivitajiet u mal - profil tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni u jinkludu: - a. valutazzjoni tal - impatt tal - esternalizzazzjoni tal - ICT fuq il - ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni relatata mal - użu ta’ fornituri ta’ servizz (eż. fornituri ta’ servizz ta’ cloud) u s - servizzi tagħhom matul il - proċess ta’ akkwist li hu dokumentat u li jitqies mill - maniġment superjuri jew mill - korp maniġerjali għad -d eċiżjoni dwar jekk is - servizzi jiġux esternalizzati jew le. L - istituzzjoni għandha tirrevedi l - politiki tal- ġestjoni tar -riskju tal-ICT u l-kontrolli tal-ICT u l- ambjent ta’ kontroll tal - fornitur tas - servizz biex jiġi żgurat li jissodisfaw l - għanijiet tal - ġestjoni tar -riskju u l- aptit għar - riskju interni tal - istituzzjoni. Din ir- reviżjoni għandha tiġi aġġornata perjodikament matul il - perjodu tal - esternalizzazzjoni kuntrattwali, filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi tas - servizzi esternalizzati;
- b. monitoraġġ tar-riskji tal-ICT tas- servizzi esternalizzati matul il - perjodu tal - esternalizzazzjoni kuntrattwali bħala parti mill - ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni, li jikkontribwixxi għar -rappurtar tal-ġestjoni tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni (eż. rappurtar dwa r il- kontinwità tan - negozju, rappurtar dwar is- sigurtà);
- c. monitoraġġ u paragun tal - livelli ta’ servizz riċevuti mal - livelli ta’ servizz miftiehma kuntrattwalment li għandhom jiffurmaw parti mill -kuntratt tal- esternalizzazzjoni jew mill - ftehim dwar il - livell ta’ servizz (FLS); u
- d. persunal, riżorsi u kompetenzi adegwati biex jiġu mmonitorjati u amministrati r -riskji tal- ICT mis - servizzi esternalizzati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|