+60. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …

60. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni …

B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas effettiv fis - seħħ għall - identifikazzjoni, il - fehim u l - kejl tar - riskju ta’ esternalizzazzjoni tal - ICT, u b’mod partikolari, kontrolli u ambjent ta’ kontroll fis - seħħ għ all- mitigazzjoni tar - riskji relatati ma’ servizzi esternalizzati materjali tal - ICT li huma proporzjonali għad - daqs, mal - attivitajiet u mal - profil tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni u jinkludu:

  • a. valutazzjoni tal - impatt tal - esternalizzazzjoni tal - ICT fuq il - ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni relatata mal - użu ta’ fornituri ta’ servizz (eż. fornituri ta’ servizz ta’ cloud) u s - servizzi tagħhom matul il - proċess ta’ akkwist li hu dokumentat u li jitqies mill - maniġment superjuri jew mill - korp maniġerjali għad -d eċiżjoni dwar jekk is - servizzi jiġux esternalizzati jew le. L - istituzzjoni għandha tirrevedi l - politiki tal- ġestjoni tar -riskju tal-ICT u l-kontrolli tal-ICT u l- ambjent ta’ kontroll tal - fornitur tas - servizz biex jiġi żgurat li jissodisfaw l - għanijiet tal - ġestjoni tar -riskju u l- aptit għar - riskju interni tal - istituzzjoni. Din ir- reviżjoni għandha tiġi aġġornata perjodikament matul il - perjodu tal - esternalizzazzjoni kuntrattwali, filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi tas - servizzi esternalizzati;
  • b. monitoraġġ tar-riskji tal-ICT tas- servizzi esternalizzati matul il - perjodu tal - esternalizzazzjoni kuntrattwali bħala parti mill - ġestjoni tar -riskju tal- istituzzjoni, li jikkontribwixxi għar -rappurtar tal-ġestjoni tar -riskju tal-ICT tal- istituzzjoni (eż. rappurtar dwa r il- kontinwità tan - negozju, rappurtar dwar is- sigurtà);
  • c. monitoraġġ u paragun tal - livelli ta’ servizz riċevuti mal - livelli ta’ servizz miftiehma kuntrattwalment li għandhom jiffurmaw parti mill -kuntratt tal- esternalizzazzjoni jew mill - ftehim dwar il - livell ta’ servizz (FLS); u
  • d. persunal, riżorsi u kompetenzi adegwati biex jiġu mmonitorjati u amministrati r -riskji tal- ICT mis - servizzi esternalizzati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.