+Kamp ta’ applikazzjoni
---+7. Dawn il- linji gwida japplikaw fir -rigward ta’ dawk il-prattiki tal- ġestjoni tar - riskju tal …
---+8. Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE li jiddikjara li …
---+9. Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.3 japplik aw biss fir - rigward ta’ istituzzjonijiet …
---+10. Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ma japplikawx oqfsa kontabilistiċi tal - ECL, l - …
---+11. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonformaw …
---+12. Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.4 għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissupplimentaw …

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
7. Dawn il- linji gwida japplikaw fir -rigward ta’ dawk il-prattiki tal- ġestjoni tar - riskju tal …

Dawn il- linji gwida japplikaw fir -rigward ta’ dawk il-prattiki tal- ġestjoni tar - riskju tal - kreditu tal- istituzzjonijiet ta’ kreditu li jaffettwaw il - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u l - kejl tat - telf ta’ kreditu mistenni minn skoperturi ta’ għoti ta’ self u provvediment taħt il - qafas kontabilistiku applikabbli. Dawn il- linji gwida japplikaw ukoll meta, fejn ikun permess mill - qafas kontabilistiku applikkabbli, l - ammont riportat tal - iskopertura tal - għoti tas - self jitnaqqas direttament mingħajr l - użu ta’ kont ta’ provvediment. Dawn il - linji gwida ma jistabbilixxu l - ebda rekwiżiti addizzjonali fir -rigward tad- determinazzjoni tat - telf mistenni għall - iskopijiet ta’ kapital regolatorju.

8. Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE li jiddikjara li …

Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE2 li jiddikjara li l-istituzzjonijiet għandu jkollhom mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajba li jkunu konsistenti ma’ ġestjoni tar - riskji soda u effettiva u jippromwovuha, u l - Artikolu 79(b) u (c) ta’ dik id - Direttiva, li jiddikjara li l - awtoritajiet kompetenti jeħtieġ jiżguraw li l - istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li jippermettulhom jivvalutaw ir - riskju tal - kreditu tal - iskoperturi għall - obbilganti individwali u fil - livell tal - portafoll, u sistemi effettivi għall - amministrazzjoni u l - monitoraġġ kontinwi tad - diversi portafolli u skoperturi riskjużi, inkluż għall - identifikazzjoni u l - ġestjoni ta’ krediti problematiċi u biex isiru aġġustamenti u dispożizzjonijiet ta' valur adegwati, rispettivament. Barra minn hekk, l - Artikolu 88(1)(b) tad - Direttiva 2013/36/UE jiddikjara li l- prinċipju li “il - korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l - integrità tas - sistemi tal - kontabbiltà u tar- rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal - liġi u l - istandards rilevanti”. Finalment, kif speċifikat fl - Artikolu 104(1) tad - Direttiva 2013/36/UE, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw setgħat superviżorji inkluż li jeħtieġu li l - istituzzjonijiet jirrinfurzaw l - arranġamenti, il- proċessi, il - mekkaniżmi u l - istrateġiji implimentati biex ikun hemm konformità mal - Artikoli 73 sa 74 (l - Artikolu 104(1)(b)), l - applikazzjoni ta’ politika speċifika ta’ proviżjoname nt jew it - trattament tal - assi fir -rigward tar- rekwiżiti ta' fondi proprji (l - Artikolu 104(1)(d)).


2 Id- Direttiva 2013/36/UE tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad -ditti tal- investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

9. Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.3 japplik aw biss fir - rigward ta’ istituzzjonijiet …

Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.3 japplik aw biss fir - rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jippreparaw id - dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom f’konformità mal - Standards Internazzjonali tar - Rappurtar Finanzjarju® (“Standards IFRS®”) adottati skont ir - Regolament (KE) 1606/20023 u li għalih japplika l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (“IFRS 9).


3 Ir- Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill tad -19 ta’ Lulju 2002 dwar l- applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal - kontijiet (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1). 4 EBA GL/2014/13. 5 Ir- Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu u d -ditti tal- investiment u li jemenda r - Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1- 337).

10. Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ma japplikawx oqfsa kontabilistiċi tal - ECL, l - …

Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ma japplikawx oqfsa kontabilistiċi tal - ECL, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw japplikaw l - aspetti rilevanti ta’ dawn il -linji gwida relatati mal - prattiċi tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu, sa fejn hu xieraq, fi ħdan il - kuntest tal- qafas kontabilistiku applikabbli.

11. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonformaw …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkonformaw ma’ dawn il- linji gwida fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata skont l - Artikolu 109 tad-Direttiva 2013/36/UE.

12. Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.4 għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissupplimentaw …

Il- linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.4 għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissupplimentaw u li jispeċifikaw aktar il - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorjii (SREP) imsemmija fl - Artikolu 97 u 107(1)(a) tad - Direttiva 2013 /36/UE, b’mod partikolari fir -rigward tal- valutazzjoni tal- ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju tal - kreditu u li jkopru telf ta’ kreditu mistenni. L - awtoritajiet kompetenti għalhekk għandhom jikkonformaw mal - linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.4 f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għall - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP)4 .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.