+4.1 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+17. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu …
---+18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - …
---+19. Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - …
---+20. Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem …
---+21. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta …
---+22. Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …
---+23. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni …
---+24. L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l …

4.1 Dispożizzjonijiet ġenerali

4.1.1 Applikazzjoni tal-prinċipji tal-proporzjonalità, il-materjalità u s-simetrija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
17. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida b’mod li hu xieraq għad - daqs u l - organizzazzjoni interna tagħhom u n - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet u l - portafolli tagħhom, u, b’mod aktar ġenerali, il- fatti u ċ - ċirkustranzi l - oħra kollha rilevanti tal - istituzzjoni ta’ kreditu (u l - grupp (jekk hemm) li tappartjeni għalih). L - użu ta’ approċċi proporzjonali mfassla sew m’għandux jipperikola l - implimentazzjoni ta’ kwalità għolja tal - oqfsa kontabilistiċi tal- ECL.

18. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jagħtu kunsiderazzjoni xierqa għall - applikazzjoni tal- prinċipju tal - materjalità. Madankollu, din m’għandhiex tirriżulta fi skoperturi jew f’portafolli individwali li jiġu kkunsidrati immaterjali jekk, b’mod akkumulattiv, dawn jirrappreżentaw skopertura materjali għall - istituzzjoni ta’ kreditu. Barra minn hekk, il - materjalità m’għandhiex tiġi vvalutata biss fuq il - bażi tal - impatt potenzjali fuq ir - rapport tal - introjtu fid -data tar- rappurtar. Pereżempju, portafoll(i) kbar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, bħal ipoteki fuq proprjetà immobbli, ġeneralment jitqiesu bħala materjali anki jekk ikunu kollateralizzati ħafna.

19. Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - …

Fil- kunsiderazzjoni ta’ kif għandha titqies il - proporzjonalità jew il - materjalità fit - tfassil ta’ metodoloġija tal - ECL jew fl - implimentazzjoni tagħha, hu importanti li jiġi żgurat li ma jkunx qed jiddaħħal preġudizzju.

20. Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem …

Ir- rikonoxximent f'waqtu ta’ deterjorament tal - kreditu u provvedimenti m’għandux jiddewwem mingħajr preġudizzju għall - fatt li l- oqfsa kontabilistiċi tal - ECL huma simetriċi b'tali mod li bidliet sussegwenti (kemm deterjoramenti kif ukoll treġġigħ lura ta’ dawk id - deterjoramenti) fil - profil tar - riskju ta’ kreditu ta’ debitur għandhom jitqiesu fil - kejl tal - provvedimenti.

4.1.2 Kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni raġonevoli u li tista’ tiġi sostnuta

21. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ informazzjoni meta japplikaw mudelli kontabilistiċi tal - ECL. L - informazzjoni kkunsidrata għandha tkun rilevanti għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - kejl tal - ECL tal - iskopertura tal - għoti ta’ self partikolari li qed tiġi vvalutata, u għandha tinkludi informazzjoni dwar events tal - passat, kundizzjonijiet attwali u previżjonijiet ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi futuri. L- informazzjoni li finalment tiġi inkluża fil - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u fil - kejl tal - ECL ukoll għandha tkun raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il - ġudizzju tal - kreditu għaqli tagħhom biex jiddeterminaw il - firxa ta’ informazzjoni rilevanti li għandha tiġi kkunsidrata u biex jiġi ddeterminat jekk l - informazzjoni hix ikkunsidrata li tkun raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta. Informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta għandha tkun ibbażata fuq fatti rilevanti u ġudizzju sod.

4.1.3 Kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem

22. Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …

Sabiex jiżguraw rikonoxximent f’waqtu ta’ telf ta’ kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. Meta jikkunsidraw informazzjoni li tħares ‘il quddiem, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw ġudizzju sod konsistenti mal - metodi ġeneralment aċċettati għall - analiżi u l - previżjoni ekonomiċi, u li jista’ jiġi appoġġjat minn sett suffiċjenti ta’ data.

23. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru kif ikkunsidraw informazzjoni rilevanti, raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta fil - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw ġudizzju tal - kreditu għaqli fil - kunsiderazzjoni ta’ xenarji futuri u jqisu l - konsegwenza potenzjali tal - events li jseħħu jew li ma jseħħux, u l - impatt li jirriżulta fuq il - kejl tal - ECL. L - informazzjoni m’għandhiex tiġi eskluża minn dak il - proċess sempliċiment għaliex event ikollu probabbiltà baxxa li jseħħ jew l - effett ta’ dak l - event fuq ir - riskju tal - kreditu jew l - ammont ta’ telf tal - kreditu mistenni ma jkunx ċert. F'ċerti ċirkostanzi l - informazzjoni rilevanti għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju ta l- kreditu tista’ ma tkunx raġjonevoli u tista’ ma tiġix sostnuta u għalhekk għandha tiġi eskluża mill - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL. Peress li dawn iċ - ċirkostanzi jkunu eċċezzjonali fin - natura tagħhom, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dokumentata b’mod ċar u robusta.

24. L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l …

L- informazzjoni użata għandha tinkludi kunsiderazzjoni imparzjali tal - fatturi rilevanti u l - impatt tagħhom fuq l - affidabbiltà kreditizja u n - nuqqasijiet ta’ flus. Il - fatturi rilevanti jinkludu dawk intrinsiċi għall - bank u n - negozju tiegħu jew derivati minn kundizzjonijiet esterni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.