+33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …

33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …

B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - kejl tal - livell ta’ provvedimenti (soġġetti għat - tip ta’ skopertura, pereżempju tal - ingrossa u tal - imnut) għandhom:

  • a. jinkludu proċess robust li hu mfassal biex jipprovdi l - istituzzjoni tal - kreditu bil - kapaċità li tidentifika l - livell, in - natura u l - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu m ar- rikonoxximent inizjali tal - iskopertura tal - għoti ta’ self, biex jiġi żgurat li bidliet sussegwenti fir - riskju tal - kreditu jkunu jistgħu jiġu identifikati u kwantifikati;
  • b. jinkludu kriterji biex l - impatt tal - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, jitqies sew. Jekk il - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu ssirx fuq bażi kollettiva jew individwali, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi turi li din il - kunsiderazzjoni seħħet sabiex ir - rikonoxximent tal - ECL ma jiddewwimx. Da wn il- kriterji għandhom jirriżultaw fl - identifikazzjoni ta’ fatturi li jaffettwaw il - ħlas lura, jekk hux relatati mal - inċentivi, mar - rieda jew mal - kapaċità li l - mutwatarju jwettaq fuq l - obbligi kuntrattwali, jew it - termini u l - kundizzjonijiet tal - skopertur a tal- għoti ta’ self. Il - fatturi ekonomiċi kkunsidrati (bħar -rati tal-qgħad u r -rati tal- okkupanza) għandhom ikunu rilevanti għall - valutazzjoni u, skont iċ - ċirkustanzi, dan jista’ jkun fil - livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali jew lokali;
  • c. fil - każ ta’ skoperturi vvalutati kollettivament, jinkludu deskrizzjoni tal - bażi għall - ħolqien ta’ gruppi ta’ portafolli ta’ skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma;
  • d. jidentifikaw u jiddokumentaw il - metodi tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL (bħal metodu tar -rata ta’ telf, metodu tal - probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)/telf fil - każ ta’ inadempjenza (LGD), jew metodu ieħor) li għandhom jiġu applikati għal kull skopertura jew portafoll;
  • e. jiddokumentaw ir - raġunijiet għaliex il - metodu li ntgħażel huwa xieraq, speċjalment jekk jiġu applikati metodi ta’ kejl tal - ECL differenti lil portafolli u tipi differenti ta’ skoperturi individwali. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jispjegaw lill - awtoritajiet kompetenti r - raġunament għal kwalunkwe bidla fl - approċċ tal - kejl (pereżempju, ċaqliqa minn metodu ta’ telf ta’ rata għal metodu PD/LGD) u l - impatti kwantitattivi ta’ dawn il - bidliet;
  • f. dokument:
  • i. l- inputs, id - data u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal - istima tal - provvedimenti, bħar -rati ta ’ telf storiku, stimi PG/LGD u previżjonijiet ekonomiċi;
  • ii. kif tiġi ddeterminata l - ħajja ta’ skopertura jew portafoll (inkluż kif ġew ikkunsidrati prepagamenti u inadempjenzi mistennija);
  • iii. il- perjodu ta’ żmien li matulu tiġi vvalutata l - esperjenza storika ta’ telf;
  • iv. kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall - istima tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli. Pereżempju, jekk il - kundizzjonijiet ekonomiċi attwali u previsti jkunu differenti minn dawk li jeżistu matul il - perjodu storiku ta’ stima li qed jintuża, għandhom isiru aġġustamenti li jkunu direttament konsistenti ma’ dawk id - differenzi. Barra minn hekk, jista’ jkun li istituzzjoni ta’ kreditu esperjenzat ftit jew l - ebda telf reali fil - perjodu storiku analizzat; madankollu, kundizzjonijiet attwali jew li jħarsu ‘l quddiem jistgħu jvarjaw mill - kundizzjonijiet matul il - perjodu storiku, u l - impatt ta’ dawn il- bidliet fuq l - ECL għandu jiġi vvalutat u imkejjel;
  • g. jinkludu proċess għall - valutazzjoni tal - adegwatezza ta’ inputs u suppożizzjonijiet sinifikanti fil - metodu tal - kejl tal - ECL magħżul. Il - bażi għall - inputs u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal- istima tal - provvedimenti ġeneralment għandha tkun konsistenti minn perjodu għall - ieħor. Fejn l - inputs u s - suppożizzjonijiet jew il - bażi għal dawn jinbidlu, għandu jiġi dokumentat ir - raġunament;
  • h. jidentifika s - sitwazzjonijiet li ġeneralment iwasslu għal bidliet fil - metodi, fl - inputs jew fis - suppożizzjonijiet tal - kejl tal - ECL minn perjodu għall - ieħor (pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiddikjara li self li qabel ġie vvalutat fuq bażi kollettiva bl - użu ta’ metodu PD/LGD jista’ jitneħħa u jiġi vvalutat individwalment bl - użu tal - metodu tal - fluss ta’ flus skontat malli tiġi rċevuta informazzjoni ġdida u speċifika għall - mutwatarju bħat - telf tal - impjieg);
  • i. j ikkunsidra l - fatturi interni u esterni rilevanti li jistgħu jaffettwaw l - istimi tal - ECL, bħall - istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skopertura ta’ għoti ta’ self fl - oriġini u bidliet fil - fatturi industrijali, ġeografiċi, ekonomiċi u politiċi;
  • j. jind irizza kif l - istimi tal - ECL jiġu ddeterminati (pereżempju rati ta’ telf storiku jew analiżi tal - migrazzjoni bħala punt ta’ bidu, aġġustati għal informazzjoni dwar kundizzjonijiet attwali u mistennija). Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha ħarsa imparzjali fuq l - inċertezza u r - riskji fl - attivitajiet ta’ self tagħha meta tagħmel stima tal - ECL;
  • k. tidentifika liema fatturi jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu stabbiliti perjodi storiċi ta’ żmien xierqa li matulhom tiġi vvalutata l - esperjenza tat - telf storiku. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżomm biżżejjed data storika tat - telf biex tipprovdi analiżi sinifikanti tal - esperjenza tat - telf ta’ kreditu tagħha għall - użu bħala punt ta’ bidu meta jiġi stmat il - livell ta’ provvedimenti fuq bażi kollettiva jew individwa li;
  • l. tiddetermina sa liema punt il - valur tal - kollateral u ta’ mitiganti oħra tar - riskju tal - kreditu jaffettwa l - ECL;
  • m. tiddeskrivi l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjoni tal - kreditu fuq tħassir u rkupri;
  • n. teħtieġ li analiżi, stimi, reviżjonijiet u kompiti/proċessi oħra li huma inputs għal jew outputs mill - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu jsiru minn persunal kompetenti u mħarreġ sew u jiġu vvalidati minn persunal li hu indipendenti mill - attivitajiet ta’ self tal - istituzzjoni tal - kreditu. Dawn l - inputs għal u outputs minn dawn il - funzjonijiet għandhom ikunu dokumentati sew, u d - dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjonijiet ċari li jappoġġjaw l - analiżi, l - istimi u r - reviżjonijiet;
  • o. tiddokumenta l - metodi li ntużaw biex jiġu vvalidati mudelli għall - kejl tal - ECL (pereżempju, ittestjar b’lura);
  • p. tiżgura li l - istimi tal - ECL jinkorporaw b’mod xieraq informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, li għadha ma ġietx inkluża fil - provvedimenti mitkejla fuq bażi ta’ skopertura individwali. Dan jista’ jeħtieġ li l - maniġment juża l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tiegħu biex jikkunsidra xejriet mifruxa fil - protafoll sħiħ tas - self, bidliet fil - mudell tan - negozju tal- istituzzjoni tal - kreditu, fatturi makroenkonomiċi, eċċ.; u
  • q. teħtieġ proċess biex tivvaluta l - adegwatezza ġenerali tal - provvedimenti skont il - qafas kontabilistiku rilevanti, inkluża reviżjoni regolari tal - mudelli tal - ECL.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.