+40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …

40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …

Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - riskji inerenti fl - ipprezzar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - mudelli ta’ fatti li ġejjin, li potenzjalment jindikaw stimi inadegwati tal - ECL;

  • a. l- għoti ta’ kreditu lil mutwatarji skont flussi ta’ dħul fraġli (li jistgħu jsiru mhux rikorrenti malli jkun hemm tnaqqis) jew b’ebda dokumentazzjoni jew b’verifika limitata tas - sorsi ta’ dħul tal - mutwatarju;
  • b. rekwiżiti tas - servizz ta’ dejn għoli relattivi mal - flussi ta’ flus mistennija disponibbli netti tal - mutwatarju;
  • c. skedi flessibbli ta’ ħlas lura, inkuż ħlas ta’ vaganzi, ħlas tal - imgħax biss u karatteristiċi negattivi tal- amortizzament;
  • d. għal proprjetà immobbli u finanzjament ieħor ibbażat fuq l - assi, self ta’ ammonti daqs jew li jaqbżu l - valur tal - proprjetà ffinanzjati jew inkella li jonqsu li jipprovdu marġini adegwat ta’ protezzjoni kollaterali;
  • e. żidiet żejda fil - modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self minħabba diffikultajiet finanzjarji affaċċjati mill - mutwatarju11 jew negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal- għoti ta’ self għal raġunijiet oħra (bħal pressjonijiet kompetittivi affaċċjati mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu);
  • f. ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tal - klassifikazzjoni u tal - gradazzjoni, inkluż l - iskedar mill - ġdid, il - finanzjament mil l- ġdid jew il - klassifikazzjoni mill - ġdid tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self;
  • g. żidiet żejda fil - volum ta’ kreditu, speċjalment fir - rigward maż - żieda fil - volum ta’ kreditu minn mutwanti oħrajn fl - istess suq; u
  • h. żieda fil - volum u fis - severità ta’ kreditu skadut, ta’ kwalità baxxa u indebolit.

11 Ara wkoll ir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2015/227 tad -9 ta’ Jannar 2015 li jemenda r - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir -rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 41, 20.2.2015, p. 1) li jistabbilixxi definizzjonijiet speċifiċi ta’ skoperturi mrażżna u improduttivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.