+6.3.2.1 Historical observation period
---+147. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data …
---+148. Fil-valutazzjoni dwar jekk l-RDS jinkludix għadd suffiċjenti ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin …

6.3.2.1 Historical observation period

6.3.2.1 Historical observation period

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
147. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data …

Jenħtieġ li l-perjodu ta’ osservazzjoni storika jkun mifrux kemm jista’ jkun u jkun fih data minn diversi perjodi b’ċirkostanzi ekonomiċi differenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet mill-inqas jagħżlu perjodu ta’ osservazzjoni storika b’tali mod li:

  • (a) it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika, jiġifieri t-tul ta’ żmien bejn l-eqdem inadempjenza kkunsidrata fl-RDS u l-mument tal-istima tal-LGD, ikopri mill-inqas it-tul minimu speċifikat fl-Artikolu 181(1)(j) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi lil korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u, għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 181(2), is-subparagrafu 2 ta’ dak ir-Regolament u, fejn ikun applikabbli, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jadotta standards tekniċi stipulati fl-Artikolu 181(3)(b) ta’ dak ir-Regolament;
  • (b) huwa jiżgura li l-RDS jinkludi għadd suffiċjenti ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin sabiex jingħataw stimi robusti tal-LGD;
  • (c) huwa jkun magħmul minn perjodi konsekuttivi u jinkludi l-aktar perjodi riċenti qabel il-mument tal-istima tal-LGD;
  • (d) huwa jinkludi l-perjodu sħiħ li għalih l-istituzzjoni tkun kapaċi biżżejjed li tirreplika d-definizzjoni applikabbli attwali ta’ inadempjenza;
  • (e) id-data interna disponibbli kollha tiġi kkunsidrata “rilevanti”, kif imsemmi fl-Artikoli 181(1)(j) u 181(2), is-subparagrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tiġi inkluża fil-perjodu ta’ osservazzjoni storika.
148. Fil-valutazzjoni dwar jekk l-RDS jinkludix għadd suffiċjenti ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin …

Fil-valutazzjoni dwar jekk l-RDS jinkludix għadd suffiċjenti ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin skont il-paragrafu 147(b), jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw in-numru ta’ proċessi ta’ rkupru magħluqin fl-għadd totali ta’ osservazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.