+4.3 Governanza
---+32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …
---+33. Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …
---+34. L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt …
---+35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew …
---+36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB …
---+37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal …
---+38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
---+40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …
---+41. B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
---+42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
---+43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …
---+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
---+45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar …
---+46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta …
---+47. Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
---+48. Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba …
---+49. Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …
---+50. Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
---+51. Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom …
---+52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …
---+53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
---+54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …
---+55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …
---+56. Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- …
---+57. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …
---+58. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex …
---+59. Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - …
---+60. Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …
---+61. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …
---+62. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - …
---+63. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex …
---+64. Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
---+65. Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu …
---+66. Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
---+67. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
---+68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …
---+69. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
---+70. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …
---+71. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li …
---+72. Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
---+73. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
---+74. Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu …
---+75. Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu …
---+76. Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
---+77. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
---+78. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex …
---+79. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …

4.3 Governanza

4.3.1 Strateġija globali rigward l -IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
32. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju …

L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju għall -IRRBB u l-mitigazzjoni tal - IRRBB, għandhom jagħmlu parti mill - istrateġija globali, b’mod partikolari l - objettivi strateġiċi u l- objettivi għar - riskju, li l - korp maniġerjali jrid japprova kif stabbilit fis - subparagrafu (2), l -ittra (a) tal - Artikolu 88(1) tad - Direttiva 2013/36/UE.

33. Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa …

Il- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju għall - IRRBB għandha tiġi espressa f’termini tal-impatt aċċettabbli ta' rati tal - imgħax fluttwanti kemm fuq il - qligħ kif ukoll fuq il -valur ekonomiku, u għandha tiġi riflessa fil - limiti. Istituzzjonijiet bi skoperturi sinifikanti għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi, jew ir - riskju tal - opzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju fir - rigward ta’ kull wieħed minn dawn is - sottotipi materjali ta’ IRRBB.

34. L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt …

L- istrateġija ġenerali rigward l - IRRBB għandha tinkludi wkoll id - deċiżjoni dwar il - punt safejn il - mudell kummerċjali jiddependi mill - ġenerazzjoni tal - qligħ billi “jirkeb il - kurva tar - rendiment”, jiġifieri jiffinanzja assi b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament twil b’obbligazzjonijiet b’perjodu ta’ pprezzar mill - ġdid relattivament qasir. Fejn il - mudell ta’ negozju jkun jiddependi ħafna minn dan is - sors ta’ qligħ, il - korp ta’ ġestjoni għandu jispjega l - istrateġija tiegħu rigward l - IRRBB u kif huwa jippjana li jissopravvivi perjodi ċatti jew inversi fil - kurvi tar - rendiment.

35. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew …

L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kif xieraq proposti biex jintużaw prodotti jew jinbdew attivitajiet ġodda, kif ukoll strateġiji għat - teħid tar - riskju jew għall - iħħeġġjar, u dan qabel l - akkwiżizzjoni jew l - implimentazzjoni sabiex jiżguraw li jkunu ġew identifikati r - riżorsi meħtieġa biex tiġi stabbilita ġestjoni soda u effettiva tal - IRRBB fir -rigward tal- prodott jew l - attività, li l - attivitajiet proposti jkunu f’konformità mal - predispożizzjoni globali tal - istituzzjoni għar - riskju, u li jkunu ġew stabbiliti l - proċeduri għall - identifikazzjo ni, il- kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tar - riskji tal- prodott jew l - attività proposti. Għandu jiġi żgurat li l - karatteristiki tal -IRRBB ta’ dawn il-prodotti u attivitajiet ġodda jkunu mifhuma sew.

36. L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB …

L- istituzzjonijiet li jużaw strumenti derivattivi biex jim mitigaw l- iskoperturi għall -IRRBB għandhom ikollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - iħħeġġjar bid - derivattivi tar -rati tal- imgħax.

37. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal …

L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli tal - imġiba t al- klijenti bħala input għat - tkejjil tal - IRRBB tagħhom għandhom ikollhom l - għarfien u l - kompetenza esperta meħtieġa. Kull istituzzjoni għandha tkun tista’ turi li hija tifhem il - konsegwenzi tal - immudellar tal - imġiba tal - klijentela tagħha.

38. Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom …

Meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l - attivitajiet ta’ ħħeġġjar, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji mill- effetti tal - politiki ta’ kontabilità, iżda t - trattament ta’ kontabilità ma għandux jixpruna l - approċċ tagħhom għall - ġestjoni tar - riskju. Għalhekk, il - ġestjoni tar - riskji ekonomiċi għandha tkun prijorità, u l - impatti kontabilistiċi għandhom jiġu ġġestiti bħala kwistjoni sekondarja.

39. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …

Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ governanza għall - ġestjoni tal - IRRBB ikunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata u sottokonsolidata. 4.3.2 Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju u responsabbiltajiet

40. Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 …

Bil- ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad-Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej:

  • (a) Li l- korp ta’ ġestjoni tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d- distribuzzjoni tal - kapital intern biex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l -IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Madankollu, il - korp ta’ ġestjoni jista’ jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal -IRRBB lill- maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati ulterjurment fil - paragrafu 41.
  • (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
41. B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …

B’mod partikolari, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli minn dan li ġej:

  • (a) Fehim tan -natura u l- livell tal - iskopertura għall -IRRBB. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir -rigward tal-istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
  • (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa biex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir -rigward, il-korp ta’ ġestoni jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
  • i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti.
  • ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l -anal iżi li l - istituzzjoni twettaq fir -rigward tal-IRRBB;
  • iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rappurtar u rieżami tal -IRRBB; u
  • iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
  • (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
  • (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r- rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal -IRRBB. Il- livell ta’ skopertura għall -IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp ta’ ġestjoni (mill - inqas darba kull tliet xhur).
  • (e) Żg urar li l- validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB u l- valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill- korp ta’ ġestoni jew mid - delegati tiegħu.
  • (f) Fehim u valutazzjoni tal- funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp ta’ ġestjoni, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
  • (g) Fehim tal - implikazzjonijiet t al- istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l -IRRBB u l- irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku biex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp ta’ ġestjoni. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp ta’ ġestjoni huma responsabbli biex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l -IRRBB u li l- maniġment tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.
42. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp ta’ ġestjoni tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tal - IRRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej:

  • (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp ta’ ġestjoni għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki relatati mal - IRRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew kumitat għall - ġestjoni tal -attiv u tal- passiv (ALCO), għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp ta’ ġestjoni.
  • (b) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju għall -IRRBB. Il- funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal - IRRBB għandhom ikollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw l - IRRBB u għandhom jirrappurtaw l - iskoperturi għall -IRRBB direttament lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu.
  • (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp ta’ ġestjoni jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mal -IRRBB. Il- mezz ta’ komunikazzjoni biex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar.
  • (d) Il- korp ta’ ġestjoni għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l- governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO b’mod regolari u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir relatat mal -IRRBB. Il- korp ta’ ġestjoni għa ndu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tal - IRRBB, kemm fost il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll fost id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.

4.3.3 Predispożizzjoni għar - riskju u limiti tal - politika

43. L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall …

L- istituzzjonijiet għandhom jartikolaw il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju għall -IRRBB, b'mod partikolari f’termini tar - riskju għall - valur ekonomiku u għall - qligħ:

  • (a) L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom dikjarazzjonijiet iddefiniti ċari dwar il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju li jiġu approvati mill - korp ta’ ġestjoni u implimentati permezz ta’ oqfsa komprensivi tal - predispożizzjoni għar - riskju, jiġifieri politiki u proċeduri biex jiġi llimitat u kkontrollat l -IRRBB.
  • (b) L- oqfsa tal - predispożizzjoni għar - riskju għandhom jiddelinjaw is - setgħat delegati, il -linji ta’ responsabbiltà u ta’ obbligu ta’ rendikont rigward id - deċiżjoni relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB, u għandhom jelenkaw l - istrumenti, l - istrateġiji ta’ ħħeġġjar u l - opportunitajiet ta’ teħid ta’ riskju awtorizzati għall -IRRBB.
  • (c) Meta jkunu qed jiddefinixxu l - predispożizzjonijiet tagħhom għar - riskju, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tar - riskju relatat mal - qligħ li jista’ jirriżulta bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar. Ir - riskju għall - qligħ jista’ ma jkunx limitat għall - introjtu u l - ispejjeż relatati mal - imgħax: l - effetti tal - bidliet fir -rati tal- imgħax fuq il -valur tal- istrumenti fis - suq li, skont it - trattament kontabilistiku, jiġu riflessi jew fir - rapport tal - introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (permezz ta’ introju komprensiv ieħor), għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni separatament. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l - impatt fuq il - qligħ relatat ma’ opzjonalitajiet inkorporati fi strumenti ta’ valur ġust li jkunu taħt xenarji kontinwi ta’ xokkijiet u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax. L - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l - impatt potenzjali fuq il - kontijiet P&L tad - derivattivi ħħeġġjati tar - rati tal- imgħax jekk l - effettività tagħhom tkun ixxekklet minn bidliet fir -rati tal- imgħax.
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …

L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

  • (a) Limiti tar- riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
  • (b) Il- limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir -rati tal- imgħax u fl - istruttura tat- termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir -rati tal- imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżent a sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar -rati tal- imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment biex jimmitigaw dawk l- iskoperturi għar - riskju.
  • (c) Il- limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan -natura, id- daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
  • (d) Skont in -natura tal- attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta' IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet.
  • (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi infurmat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
  • (f) Ir- rappurtar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
45. Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar …

Għandu jkun hemm stabbilit qafas biex jimmonitorja l - evoluzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħħeġġjar li jiddependu minn strumenti bħal derivattivi, kif ukoll biex jikkontrolla riskji ta’ valwazzjoni skont is - suq fi strumenti li jiġu kkontabilizzati bil - valur tas - suq.

4.3.4 Politiki, proċessi u kontrolli tar - riskju

  • a. Politiki u proċessi tar - riskju
46. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta …

Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward l -IRRBB, il- korp ta’ ġestjoni għandu jadotta politiki, proċessi u sistemi robusti relatati mar - riskju li għandhom jiżguraw li:

  • (a) jiġu stabbiliti proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji għall - kejl u għall - valutazzjoni tal - IRRBB;
  • (b) l- approċċ tal - kejl u s - suppożizzjonijiet korrispondenti għall - kejl u l -valu tazzjoni tal -IRRBB, inkluża l - allokazzjoni ta’ kapital intern għar - riskji tal - IRRBB, ikunu xierqa u proporzjonali;
  • (c) is - suppożizzjonijiet tal - mudelli użati jiġu rieżaminati regolarment u emendati jekk ikun meħtieġ;
  • (d) jiġu definiti standards għall - evalwazzjoni tal- pożizzjonijiet u għall - kejl tal - prestazzjoni;
  • (e) ikunu jeżistu dokumentazzjoni u kontrolli xierqa dwar l - istrateġiji u l - istrumenti għall - iħħeġġjar permissibbli; u
  • (f) ikunu definiti l -linji tal- awtorità u r - responsabbiltà għall - ġestjoni tal - iskoperturi għall -IRRBB.
47. Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …

Il- politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - komponenti kollha tal - IRRBB li huma importanti għaċ - ċirkustanzi individwali tal - istituzzjoni. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipju ta’ proporzjonalità, il- politiki li jikkonċernaw l -IRRBB għandhom jinkludu dan li ġej:

  • (a) L- applikazzjoni tal - limitu bejn il - “portafoll mhux tan - negozjar” u l - “portafoll tan - negozjar”. Trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll bankarju u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati u mmonitorjati kif xieraq fi ħdan il - monitoraġġ usa’ tal - IRRBB li joriġina minn strumenti ta’ derivattivi tar -rata tal- imgħax.
  • (b) Id- definizzjoni aktar dettaljata tal - valur ekonomiku u l - konsistenza tagħha mal - metodu użat sabiex jiġu valwati l- assi u l - obbligazzjonijiet (eż. ibbażat fuq il - valur skontat tal - flussi tal - flus fil - futur, kif ukoll fuq il - valur skontat tal - qligħ fil - futur) adottata għall - użu intern.
  • (c) Id- definizzjoni aktar dettaljata tar - riskju għall - qligħ u l - konsistenza tagħha mal - approċċ tal - istituzzjoni għall - iżvilupp ta’ pjanijiet u tbassir finanzjarji adottata għall - użu intern.
  • (d) Id- daqs u l - forma tal - iskossi differenti fuq ir -rati tal- imgħax li għandhom jintużaw għall - kalkoli interni tal -IRRBB.
  • (e) L- użu ta’ approċċi kundizzjonali jew mhux kundizzjonali għall - mmudellar tal - fluss tal - flus.
  • (f) It- trattament ta’ “tranżazzjonijiet fil - ġejjieni”7 (inkluż kwalunkwe ħħeġġjar relatat).
  • (g) L- aggregazzjoni ta’ esponimenti għar -rati tal- imgħax ta’ bosta muniti.
  • (h) Il- kejl u l - ġestjoni tar - riskju ta’ bażi li jirriżulta minn indiċijiet differenti tar -rati tal- imgħax.
  • (i) Jekk l -attiv u l- passiv mingħajr imgħax tal - portafoll mhux tan - negozjar (inklużi dawk kapitali u ta’ riżerva) humiex inklużi jew le fil - kalkoli li jkejlu l - IRRBB għall -ICAAP.
  • (j) It- trattament ibbażat fuq l - imġiba tal - kontijiet kurrenti u tat - tfaddil (jiġifieri l - maturità preżunta għal obbligazzjonijiet b’maturità kuntrattwali qasira iżda maturità komportamentali twila).
  • (k) Il- kejl tal - IRRBB li jirriżulta minn opzjonijiet komportamentali u awtomatiċi fl - assi jew fl - obbligazzjonijiet, inklużi effetti ta’ konvessità u profili ta’ ħlas mhux lineari.
  • (l) Il- grad ta’ granularità użata fil - kalkoli tal - kejl (eż. l - użu ta’ taqsimiet tal - ħin).
  • (m) Id- definizzjoni interna ta’ marġnijiet kummerċjali u metodoloġija adegwata għat - trattament intern tal - marġnijiet kummerċjali.

7 Skoperturi fil - ġejjieni (eż. fejn ikun inqabel self u l - klijent ikun jista’ jiddeċiedi jekk jagħmilx prelevament jew le) effettivament jagħtu għażla lill - klijent li x’aktarx tiġi eżerċitata meta l - kundizzjonijiet tas - suq ikunu jiffavorixxu l - inqas lill - istituzzjoni (konvessività negattiva). Il - ġestjoni ta’ skoperturi fil - ġejjieni tiddependi minn data preċiża dwar l - applikazzjonijiet riċevuti kif ukoll mill - immudellar tal - prelevamenti mistennija.

48. Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba …

Il- politiki kollha tal - IRRBB għandhom jiġu rieżaminati regolarment, mill - inqas darba f’sena, u riveduti kif meħtieġ.

49. Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi …

Biex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tal - IRRBB jibqgħu xierqa u sodi , il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri ta’ ġesjtoni tal - IRRBB fid -dawl tal- eżiti ta’ rapporti regolari.

50. Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …

Il- korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ analiżi ta’ ġestjoni tar- riskju relatati mal - IRRBB jitwettqu minn biżżejjed persunal kompetenti b’għarfien tekniku u esperjenza, konsistenti man -natura u l-ambitu tal- attivitajiet tal - istituzzjoni.

  • b. Kontrolli interni
51. Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom …

Fir -rigward tal- politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tal-IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom ikollhom proċessi ta’ approvazzjoni, limiti ta’ skopertura, rieżamijiet u mekkaniżmi xierqa oħra mfassla biex jipprovdu aċċertament raġonevoli li jkunu qed jintlaħqu l - objettivi tal - ġestjoni tar - riskju.

52. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu rieżamijiet u evalwazzjonijiet regolari tas - sistemi ta’ kontroll intern u l - proċessi ta’ ġestjoni tar - riskju tagħhom, fejn ifittxu aċċertament li l - persunal jikkonforma mal - politiki u l - proċeduri stabbiliti. Dawn ir - rieżamijiet għandhom jindirizzaw ukoll kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa l - effettività tal - kontrolli, inklużi bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq, fil - persunal, fit - teknoloġija u fl - istrutturi ta’ konformità mal -limiti tal-iskopertura, u jiżguraw li jkun hemm proċeduri ta’ eskalazzjoni xierqa għal kwalunkwe limitu maqbuż. Ir - rieżamijiet u l - evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment minn individwi jew unitajiet li huma indipendenti mill - funzjoni taħt rieżami. Meta jkunu ġġustifikati reviżjonijiet jew titj ib għall - kontrolli interni, għandu jkun hemm mekkaniżmu ta’ rieżami intern stabbilit biex jiżgura li dawn jiġu implimentati f’waqthom.

53. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl, monitoraġġ u kontroll tal - IRRBB rieżaminati regolarment minn funzjoni tal - awditjar indipendenti, li jista’ jkun awditur intern jew estern. F’dawn il - każijiet, rapporti miktuba minn awdituri interni jew esterni, jew kwalunkwe partijiet esterni ekwivalenti, għandhom ikunu disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti rilevanti.

  • c. Is - sistema tal -IT u l- kwalità tad -data tal-IRRBB
54. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq …

Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni biex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għall - IRRBB, kif ukoll biex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tal - IRRBB f’waqtha u bi preċiżjoni. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom:

  • (a) Jirreġistraw data dwar ir - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fir -rigward tal- iskoperturi materjali tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inklużi l - iskoperturi għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni biex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għall -IRRBB.
  • (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiki tal - IRRBB tagħhom.
  • (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u l - għadd ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu l -IRRBB; u
  • (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali.
  • (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom.
  • (f) Ikunu jistgħu jikkomputaw il - kejl tal - IRRBB ibbażat fuq il - valur ekonomiku u l - qligħ, kif ukoll kejl ieħor tal - IRRBB preskritt mill - awtoritajiet kompetenti tagħhom, abbażi tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax stipulati fit - Taqsimiet 4.4.3 u 4.4.4.
  • (g) Ikunu flessibbli biżżejjed biex jinkorporaw restrizzjonijiet superviżorji imposti fuq is - suppożizzjonijiet dwar il - parametru tar- riskju intern.
55. Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw …

Is - sistema tal - IT u s - sistema tat - tranżazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw il - profil tal - ipprezzar mill - ġdid, il - karatteristiki tar -rati tal- imgħax (inkluża l - firxa) u l - karatteristiċi tal - opzjonijiet tal - prodotti, sabiex ikunu jistgħu jitkejlu r - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. B’mod partikolari, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dettaljata dwar id - data(i) tal - ipprezzar mill - ġdid ta’ tranżazzjoni partikolari, it- tip jew l - indiċi tar -rata tal- imgħax, kwalunkwe opzjoni (inkluż il - pagament lura qabel iż - żmien jew it - tifdija), u t - tariffi marbuta mal - eżerċitar ta’ dawn l - opzjonijiet.

56. Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- …

Is - sistemi li jintużaw biex jitkejjel l - IRRBB għandhom ikunu kapaċi jaqb du l- karatteristiki tal - IRRBB tal- prodotti kollha. Is - sistemi għandhom jippermettu wkoll id - diżaggregazzjoni tal - impatt ta’ strumenti u portafolli individwali tal - IRRBB fil - livell tar - riskju tal - portafoll mhux tan - negozjar.

57. B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet …

B’mod partikolari għal prodotti strutturati u kumplessi, is - sistema tat - tranżazzjonijiet għandha tkun kapaċi tiġbor informazzjoni dwar il - partijiet separati tal - prodott u taqbad il - karatteristiki tal- IRRBB tagħhom (eż. il - karatteristiki ta’ attiv u passiv miġbura flimkien skont ċerti karatteristiki, bħad -dati tal- ipprezzar mill - ġdid jew elementi ta’ opzjonalità). L - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistema tal - IT tkun kapaċi żżomm il - pass mal - introduzzjoni ta’ prodotti ġodda.

58. Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex …

Għandu jkun hemm stabbiliti kontrolli organizzazzjonali adegwati tas - sistemi tal - IT biex tiġi evitata l - korruzzjoni tad - data użata mis - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - komputer għall -IRRBB, u biex jiġu kkontrollati bidliet fl - ikkowdjar użat f’dawk l - applikazzjonijiet, sabiex b’mod partikolari jiġu żgurati:

  • (a) l- affidabbiltà tad - data użata bħala input, u l - integrità tas - sistemi tal - ipproċessar għall - mudelli tal -IRRBB;
  • (b) il- minimizzazzjoni tal - probabbiltà li jseħħu żbalji fis - sistema tal - IT, inklużi dawk li jseħħu matul l- ipproċessar u l - aggregazzjoni tad -data; u
  • (c) it- teħid ta’ miżuri adegwati jekk iseħħu tfixkil fis - suq jew perjodi ħżiena fin - negozju.
59. Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - …

Il- kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiskrutinizzaw kemm il - kwalità tas - sorsi ta’ informazzjoni esterni li jintużaw fl - istabbiliment tal - bażijiet ta’ data storiċi tar -rati tal- imgħax, kif ukoll il - frekwenza li biha jiġu aġġornati l - bażijiet ta’ data.

60. Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi …

Biex jiżguraw kwalità għolja tad -data, l- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi xierqa li jiżguraw li d - data li tiddaħħal fis - sistema tal - IT tkun korretta. L - inputs tad - data għandhom jiġu awtomatizzati mill - aktar fis possibbli biex jitnaqqsu l - iżbalji amministrattivi, u l - immappjar tad - data għandu jiġu rieżaminat u ttestjat perjodikament bi tqabbil ma’ verżjoni mudell approvata. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti tas - sorsi l - kbar ta’ data użati fil - proċess ta’ kejl tar - riskju tal - istituzzjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi xierqa biex jivverifikaw il - korrettezza tal - proċess ta’ aggregazzjoni u l - affidabbiltà tar- riżultati mudell. Dawn il - mekkaniżmi għandhom jikkonfermaw il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tad-data.

61. Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti …

Fejn l - istituzzjonijiet jorganizzaw il - flussi tal - flus f’taqsimiet tal - ħin differenti (eż. għal analiżi tad - diskrepanzi) jew jassenjaw il - flussi tal - flus għal punti vertiċi differenti biex jirriflettu l - perjodi ta’ maturità differenti tal - kurva tar -rata tal- imgħax, il - kriterji għall - organizzazzjoni għandhom ikunu stabbli matul iż - żmien biex jippermettu li jsir tqabbil sinifikattiv taċ - ċifri relatati mar - riskju tul perjodi differenti.

62. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - …

L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw raġunijiet potenzjali għad - diskrepanzi u l - irregolaritajiet li jistgħu jirriżultaw fi żmien l - ipproċessar tad -data. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti proċeduri biex jittrattaw dawn id - diskrepanzi u l - irregolaritajiet, inklużi proċeduri għar - rikonċiljazzjoni reċiproka tal - pożizzjonijiet sabiex dawn id - diskrepanzi u irregolaritajiet ikunu jistgħu jiġu e liminati.

63. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex …

L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċessi xierqa biex jiżguraw li d - data użata biex talimenta l - mudelli li jkejlu l - IRRBB fil - grupp — eż. għas - simulazzjoni tal - qligħ — tkun konsistenti mad- data użata għall - ippjanar finanzjarju.

  • d. Rappurtar intern
64. Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …

Is - sistemi interni ta’ rappurtar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u komprensiva dwar l - iskoperturi tagħhom għall -IRRBB. Il- frekwenza tar - rapporti interni għandha tkun ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur.

65. Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu …

Ir- rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu b’informazzjoni f’livelli rilevanti ta’ aggregazzjoni (skont il - livell ta’ konsolidazzjoni u l -munita), u jiġu rieżaminati regolarment. Ir - rapporti għandhom jinkludu livell ta’ informazzjoni adattat għal - livell maniġerjali partikolari (eż. korp ta’ ġestjoni, maniġment superjuri) u għas - sitwazzjoni speċifika tal - istituzzjoni u tal - ambjent ekonomiku.

66. Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …

Ir- rapporti dwar l - IRRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed dettall ta’ sostenn biex il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu jkunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal- istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħra. Il - kontenut tar - rapporti għandu jirrifletti l - bidliet fil - profil ta’ riskju tal - istituzzjoni u fl - ambjent ekonomiku, u jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.

67. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …

Fuq bażi regolari, ir - rapporti tal - IRRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet u l -awditi tal-mudelli, kif ukoll tqabbil ta’ tbassir jew stimi tar - riskju fil - passat mar - riżultati reali biex jiġu infurmati xi nuqqasijiet potenzjali fl - immudellar. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandho m jivvalutaw it- telf ta’ prepagamenti mmudellati bi tqabbil ma’ telf storiku rrealizzat. Portafolli li jistgħu jkunu soġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, u l - impatt għandu jiġi mmonitorjat fi ħ dan il-MIS tal- istituzzjoni u jkun soġġett għal sorveljanza f’konformità ma’ kwalunkwe portafoll ieħor espost għar - riskju tas - suq.

68. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu …

Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp ta’ ġestjoni jew għad - delegati tiegħu jvarjaw abbażi tal - kompożizzjoni tal - portafoll tal - istituzzjoni, dawn għandhom jinkludu, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l - paragafu 65, dan li ġej:

  • (a) Sommarji tal - iskoperturi aggregati tal - istituzzjoni għall - IRRBB, inkluża informazzjoni dwar l - iskopertura għar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet. Għandhom jiġu identifikati u spjegati l -attivi, il- passivi, il - flussi tal - flus u l - istrateġiji li qed jixprunaw il - livell u d - direzzjoni tal -IRRBB.
  • (b) Rapporti li juru l - konformità tal - istituzzjoni mal - politiki u l -limiti.
  • (c) Suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar, bħal karatteristiki ta’ depożiti mingħajr maturità (NMDs), prepagamenti fuq self b’rata fissa, ġbid bikri ta’ depożiti ta’ żmien fiss, ġbid ta’ impenji, aggregazzjoni ta’ muniti u trattament tal - marġnijiet kummerċjali.
  • (d) Dettalji tal - impatt tas - suppożizzjonijiet ewlenin fl - immudellar fuq il - kejl tal - IRRBB f’termini tal- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ, inklużi bidliet fis - suppożizzjonijiet taħt diversi xenarji tar -rati tal- imgħax.
  • (e) Dettalji tal - impatt tad - derivattivi tar -rati tal- imgħax fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini tal - kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
  • (f) Dettalji tal - impatt ta’ strumenti ta’ valur ġust, inklużi attivi u passivi tal - Livell 3, fuq il - kejl tal - IRRBB, f’termini ta l- kejl kemm tal - valur ekonomiku kif ukoll tal - qligħ.
  • (g) Ir- riżultati tat - testijiet tal - istress kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.4, ix - xokkijiet kif imsemmija fit - Taqsima 4.4.3, it- test superviżorju tal - eċċezzjonijiet kif imsemmi fit - Taqsima 4.5, u l-valutazzjonijiet tas - sensittività għas - suppożizzjonijiet u l - parametri ewlenin; u
  • (h) Sommarji tar - rieżamijiet tal - politiki u l - proċeduri relatati mal -IRRBB u tal- adegwatezza tas - sistemi ta’ kejl, inklużi kwalunkwe sejbiet ta’ awdituri interni u esterni jew ta’ partijiet esterni ekwivalenti oħra (bħal konsulenti).
69. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …

Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp ta’ ġestjoni jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw is - sensittività tal - istituzzjoni għal bidliet fil - kundizzjonijiet tas - suq u fatturi ta’ riskju importanti oħra, b’referenza partikolari għall - portafolli li potenzjalment jistgħu jkunu suġġetti għal ċaqliq sinifikanti fil - valwazzjoni skont is - suq.

70. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli …

Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - livelli differenti tal- maniġment tal - istituzzjoni jifhmu r - rapporti faċilment u jieħdu deċiżjonijiet xierqa fil - ħin. Ir - rapporti għandhom jikkostitwixxu l - bażi għal monitoraġġ regolari dwar jekk l - istituzzjoni toperax f’konformità mal - istrateġija tagħha u mal -limiti tar- riskju għar -rata tal- imgħax li hija tkun adottat.

  • e. Governanza mudell
71. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal -IRRBB — li għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tagħhom — u l- valutazzjoni tal - mudell tar -r iskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu. Il - politika għandha tiġi integrata mal - proċessi ta’ governanza għall - ġestjoni tal - mudell tar - riskju u għandha tispeċifika:

  • (a) ir- rwoli tal - maniġment u tinnomina min huwa responsabbli mill - iżvilupp, il - validazzjoni, id - dokumentazzjoni, l - implimentazzjoni u l - użu tal - mudelli; u
  • (b) ir- responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tal - mudell kif ukoll politiki li jinkludu l - iżvilupp ta’ proċeduri inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, ta’ evalwazzjoni tar - riżultati, u ta’ proċessi ta’ approvazzjoni, ta’ kontroll tal - verżjonijiet, ta’ eċċezzjoni, ta’ eskalazzjoni, ta’ modifika u ta’ dekummissjoni.
72. Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin: (a) …

Il- qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - erba’ elementi ewlenin li ġejjin:

  • (a) evalwazzjoni tas - solidità kunċettwali u metodoloġika, inkluża evidenza tal - iżvilupp;
  • (b) monitoraġġ kontinwu tal - mudell, inklużi verifika u tqabbil tal - proċess ma’ punt ta’ riferiment;
  • (c) analiżi tal - eżitu, inkluż ittestjar retrospettiv ta’ parametri interni ewlenin (eż. stabbiltà tad- depożiti, rati ta’ prepagament tas - self, tifdija bikrija tad - depożiti, ipprezzar tal - istrumenti); u
  • (d) valutazzjoni approfondita ta’ kwalunkwe opinjoni u ġudizzju esperti użati fil - mudell i interni.
73. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …

Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika għandha tistabbilixxi proċess ġerarkiku għad - determinazzjoni tas - solidità tal - mudell tar - riskju, abbażi ta’ dimensjonijiet kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi bħad - daqs, l - impatt, il - prestazzjoni fil - passat u l - għarfien espert tal - persunal bit - teknika ta’ mmudellar użata.

74. Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu …

Il- ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - miżuri relatati mal - IRRBB għandhom isegwu approċċ olistiku li jibda bil - motivazzjoni, l - iżvilupp u l - implimentazzjoni mis - sidien u l - utenti tal - mudell. Wara li jiġu approvati internament biex jintużaw, il - proċessi għad - determinazzjoni tal - inputs tal - mudelli, is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji ta’ mmudellar u l - outputs għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tal - mudelli tal -IRRBB.

75. Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu …

Ir- riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l - użu tal - mudell għandhom jiġu ppreżentati lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu, u jiġu approva ti minnhom. Wara l - approvazzjoni, il - mudell għandu jkun soġġett għal rieżami, verifika tal - proċess u validazzjoni kontinwi bi frekwenza li hija konsistenti mal - livell ta’ mudell tar - riskju ddeterminat u approvat mill - istituzzjoni.

76. Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …

Il- proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ eċċezzjoni li jobbligaw lill - evalwaturi tal - mudell li jinnotifikaw lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu fil - ħin, sabiex jiġu determinati l - azzjonijiet korrettivi u r - restrizzjonijiet dwar l- użu tal - mudell. Fejn xieraq, għandhom jiġu ddeżinjati awtorizzazzjonijiet ċari għall - kontroll tal - verżjonijiet għas - sidien tal - mudelli.

77. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …

Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat jista’ jiġi mmodifikat jew irtirat. L - istituzzjonijiet għandhom jartikolaw politiki għat - tranżizzjoni tal - mudell, inklużi awtorizzazzjonijiet għat - tibdil u għall - kontroll tal - verżjonijiet, u dokumentazzjoni.

78. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex …

L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi biex jiġġestixxu u jikkontrollaw l - IRRBB, dment li dawn il - mudelli jkunu adattati b’mod adegwat biex jirriflettu sew il- karatteristiki speċifiċi tal - istituzzjoni inkwistjoni. L - istituzzjonijiet huma mistennija li jifhmu b’mod sħiħ l - analitika, is - suppożizzjonijiet u l - metodoloġiji sottostanti tal - mudelli ta’ partijiet terzi, u li jiżguraw li dawn ikunu integrati adegwatament fis - sistemi u l - proċessi globali ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjonijiet. Fejn partijiet terzi jipprovdu input għad -data tas - suq, għas - suppożizzjonijiet dwar l - imġiba jew għall - konfigurazzjonijiet tal - mudelli, l - istituzzjoni għandu jkollha proċess stabbilit biex tiddetermina jekk dawk l - inputs ikunux raġonevoli għan - negozju tagħha u għall - karatteristiki tar - riskju tal -attiv itajiet tagħha. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkun hemm dokumentazzjoni adegwata tal - użu li jagħmlu minn mudelli ta’ partijiet terzi, inkluż kwalunkwe adattament speċifiku.

79. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …

Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni ta’ mmudellar kif ukoll jekk joriġinaw minn partijiet terzi, għandhom jiġu inklużi fil - proċess ta’ validazzjoni. L - istituzzjoni għandha tiddokumenta u tispjega l - għażliet ta’ speċifikazzjoni tal - mudell bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.