+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
|
44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …
L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin: - (a) Limiti tar- riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
- (b) Il- limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir -rati tal- imgħax u fl - istruttura tat- termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir -rati tal- imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżent a sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar -rati tal- imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment biex jimmitigaw dawk l- iskoperturi għar - riskju.
- (c) Il- limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan -natura, id- daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
- (d) Skont in -natura tal- attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta' IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet.
- (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi infurmat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
- (f) Ir- rappurtar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|