+Definizzjonijiet
---+18. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE …
---+19. Barra minn hekk u b’mod partikolari, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida, għandhom …

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
18. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE, ir - Regolament (UE) Nru 575/2013,6 u r - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014, kif emendati u fis - seħħ, għandhom l - istess tifsira fil - linji gwida.


6 Ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir - rekwiżiti prudenzjali għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu u d - ditti tal - investiment u li jemenda r - Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

19. Barra minn hekk u b’mod partikolari, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida, għandhom …

Barra minn hekk u b’mod partikolari, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida, għandhom japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin:

Perjodu ta’ kuraKif iddefinit fil - Parti 2, il - paragrafu 231(b), tal - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
EBITDAQligħ qabel l - imgħax, it - taxxi, id - deprezzament u l - amortizzament
TolleranzaMiżuri ta’ tolleranza kif imsemmija fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
Skoperturi mrażżna (FBEs)Skoperturi li fir - rigward tagħhom ikunu ġew applikati miżuri ta’ tolleranza skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
Assi preklużiAssi miksuba bit - teħid f’pussess ta’ kollateral u li jibqgħu rikonoxxuti fil - karta tal - bilanċ. L - assi preklużi jistgħu jinkisbu permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji, permezz ta’ ftehim bilaterali mal - mutwatarju jew permezz ta’ tipi oħra ta’ trasferiment ta’ kollateral mill - mutwatarju għall - istituzzjoni ta’ kreditu Assi preklużi jistgħu jinkludu assi finanzjarji u mhux finanzjarji u għandhom jinkludu l - kollateral kollu miksub irrispettivament mill - klassifikazzjoni tal - kontabbiltà
Proprjetà immobbliProprjetà immobbli kif definit fl - Artikolu 208 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013
Kost tal - likwidazzjoniIl - kostijiet tal - likwidazzjoni huma ddefiniti bħala l - flussi ta’ ħruġ ta’ flus imġarrba matul l - eżekuzzjoni tal - kollateral u l - proċess tal - bejgħ u jinkludu: a) il - kostijiet legali kollha applikabbli; b) il - kostijiet tal - bejgħ, it - taxxi u spejjeż oħra; c) kwalunkwe kost addizzjonali ta’ manutenzjoni li għandu jitħallas mill - istituzzjoni ta’ kreditu f’relazzjoni mal - pussess mill - ġdid u r - rimi tal - kollateral; d) kwalunkwe introjtu ta’ flus sad - data tal - likwidazzjoni
Korp maniġerjaliKif iddefinit fil - punti 7 u 8 tal - Artikolu 3(1) tad - Direttiva 2013/36/UE
Proprjetà mobbliProprjetà fiżika għajr proprjetà immobbli skont l - Artikolu 210 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013
Skoperturi improduttivi (NPEs)Skoperturi kklassifikati bħala improduttivi skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
Self improduttiv (NPLs)Self u avvanzi kif iddefiniti fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 li huma kklassifikati bħala improduttivi skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
Proporzjon ta’ NPLBiex jiġi kkalkulat il - proporzjon ta’ NPL, l - ammont riportat gross ta’ NPLs u avvanzi huwa diviż bl - ammont riportat gross ta’ self u avvanzi totali skont id - definizzjoni tal - NPE
Qafas tal - NPEPolitiki, proċessi, kontrolli u sistemi għall - ġestjoni tar - riskju tal - NPEs
PortafollGrupp ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili tar - riskju tal - kreditu
Perjodu ta’ provaKif iddefinit fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014
Qafas għall - predispożizzjoni għar - riskju (RAF)L- approċċ ġenerali, inklużi l - politiki, il - proċessi, il - kontrolli u s - sistemi, li minnhom tiġi stabbilita, ikkomunikata u mmonitorjata l - predispożizzjoni għar - riskju. Dan jinkludi dikjarazzjoni dwar il - predispożizzjoni għar - riskju, limiti ta’ riskju u deskrizzjoni tar - rwoli u r - responsabbiltajiet ta’ dawk li jissorveljaw l - implimentazzjoni u l - monitoraġġ tal - RAF. L - RAF għandha tikkunsidra r - riskji materjali għall - istituzzjoni ta’ kreditu, kif ukoll għar - reputazzjoni tagħha mad - depożituri, l - investituri u l - klijenti. L- RAF tallinja mal - istrateġija tal - bank.
Proporzjon ta’ TexasProporzjon ta’ Texas: proporzjon li jqabbel l - istokk ta’ NPLs ma’ ekwità tal - istituzzjoni ta’ kreditu. NPLs (ammont riportat gross) fuq l - ekwità u indebolimenti akkumulati

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.